EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0559

Kawża C-559/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van koophandel te Antwerpen (il-Belġju) fis- 7 ta’ Novembru 2011 — Pelckmans Turnhout NV vs Walter Van Gastel Balen NV et

ĠU C 32, 4.2.2012, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van koophandel te Antwerpen (il-Belġju) fis-7 ta’ Novembru 2011 — Pelckmans Turnhout NV vs Walter Van Gastel Balen NV et

(Kawża C-559/11)

2012/C 32/23

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van koophandel te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pelckmans Turnhout NV

Konvenuti: Walter Van Gastel Balen NV, Walter Van Gastel NV, Walter Van Gastel Schoten NV, Walter Van Gastel Lifestyle NV

Domandi preliminari

(1)

Il-ftuħ ta’ ħanut, sebat ijiem fil-ġimgħa, minn kummerċjant u l-fatt li dan jiġi rreklamat, għandhom jitqiesu bħala azzjoni, ommissjoni, kondotta, proċedura jew komunikazzjoni kummerċjali, inkluż ir-reklamar u l-marketing, min-naħa ta’ professjonist, b’rabta diretta mal-promozzjoni, il-bejgħ jew il-provvista ta’ prodott lill-konsumaturi, u konsegwentement, bħala prattika kummerċjali fis-sens tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern?

(2)

Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern jew dispożizzjoni oħra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, bħalma huma, fost oħrajn, l-Artikolu 34 jew 35 TFUE jew l-Artikolu 49 jew 56 TFUE, tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħalma hija dik tal-Artikoli 8 sa 14 tal-liġi tal-10 ta’ Novembru 2006 (dwar il-ħinijiet ta’ ftuħ fil-kummerċ, l-artiġjanat u s-servizzi), li — b’riżerva għal xi eċċezzjonijiet elenkati fil-liġi — timponi lill-kummerċjant sabiex jagħżel jum fil-ġimgħa fejn il-ħanut ikun magħluq, minħabba l-fatt li huwa pprojbit, b’mod totali, li kummerċjant jiftaħ il-ħanut tiegħu sebat ijiem fil-ġimgħa u dan indipendentement mill-effett li dan għandu jew jista’ jkollu fuq il-konsumatur medju u indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk dan l-att jistax jitqies, fiċ-ċirkustanzi konkreti (ta’ dan il-każ), bħala li huwa kuntrarju għad-diliġenza professjonali jew għall-prattiċi kummerċjali leali, u wkoll indipendentement mill-fatt li, indipendentement minn din il-liġi, il-mistrieħ tal-ħaddiema bħala dritt tax-xogħol huwa ggarantit minn leġiżlazzjoni oħra?


Top