Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0160

    Kawża C-160/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (ir-Repubblika tal-Polonja) fl- 1 ta’ April 2011 — Bawaria Motors Spółka z o. o. vs Minister Finansów

    ĠU C 204, 9.7.2011, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.7.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 204/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (ir-Repubblika tal-Polonja) fl-1 ta’ April 2011 — Bawaria Motors Spółka z o. o. vs Minister Finansów

    (Kawża C-160/11)

    2011/C 204/25

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Naczelny Sąd Administracyjny

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Bawaria Motors Spółka z o. o.

    Konvenut: Minister Finansów

    Domanda preliminari

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 313(1) u 314 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2006/112”), flimkien mal-Artikoli 136 u 315 ta’ din l-istess direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jawtorizzaw l-applikazzjoni tal-iskema partikolari tal-“marġni” għan-negozjanti taxxabbli fir-rigward ta’ provvisti ta’ oġġetti użati anki meta jerġgħu jbigħu l-karozzi personali u vetturi bil-mutur oħrajn mixtrija li għalihom ġiet applikata l-eżenzjoni mit-taxxa għall-provvista ta’ karozzi personali u vetturi oħrajn minn persuni taxxabbli li għandhom biss dritt parzjali li jnaqqsu t-taxxa tal-input fuq ix-xiri tagħhom, kif ipprovdut fl-Artikolu 86(3) tal-Ustawa o podatku od towarów i usług (Liġi dwar it-taxxa fuq l-oġġetti u s-servizzi) tal-11 ta’ Marzu 2004 (Dziennik Ustaw Nru 54, pożizzjoni 535, kif emendata, iktar ’il quddiem il-“liġi dwar il-VAT”), skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali Pollakki stipulati fl-Artikolu 13(1)(5) tar-Regolament tal-Ministru tal-Finanzi tat-28 ta’ Novembru 2008 li jimplementa ċerti dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar it-taxxa fuq l-oġġetti u s-servizzi (Dziennik Ustaw Nru 212, pożizzjoni 1336, kif emendata), meta dawn il-karozzi u l-vetturi bil-mutur huma “oġġetti użati” fis-sens tal-Artikolu 43(2) tal-liġi dwar il-VAT u tal-Artikolu 311(1)(1) tad-Direttiva 2006/112?


    (1)  ĠU 2006 L 347, p. 1.


    Top