Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0596

    Kawża T-596/10: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Diċembru 2010 — Almunia Textil vs UASI — FIBA Europe (EuroBasket)

    ĠU C 80, 12.3.2011, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.3.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 80/20


    Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2010 — Almunia Textil vs UASI — FIBA Europe (EuroBasket)

    (Kawża T-596/10)

    2011/C 80/39

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Almunia Textil SA (La Almunia de Doña Godina, Spanja) (rappreżentant: J. E. Astiz Suárez, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: FIBA Europe eV (München, il-Ġermanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta’ Ottubru 2010, fil-Każ R 280/2010-1.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: FIBA Europe eV.

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “EuroBasket” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 16, 24, 25, 26, 28, 35, 38 u 41.

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva Komunitarja u nazzjonali li tinkludi l-element verbali “Basket”, għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għall-prodotti fil-klassijiet 9, 25, 28 u 41 miċħuda parzjalment.

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u oppożizzjoni miċħuda.

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


    Top