Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0237

    Kawża T-237/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Diċembru 2011 — Vuitton Malletier vs UASI — Friis Group International (Rappreżentazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ sokra) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub bl-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

    ĠU C 32, 4.2.2012, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.2.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/23


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 — Vuitton Malletier vs UASI — Friis Group International (Rappreżentazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ sokra)

    (Kawża T-237/10) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub bl-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    2012/C 32/45

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Louis Vuitton Malletier SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, M. Boletto u E. Gavuzzi, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Friis Group International ApS (Kopenħagen, id-Danimarka) (rappreżentant: C. Type Jardorf, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Frar 2010 (Każ R 1590/2008-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Friis Group International Aps u Louis Vuitton Malletier.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-24 ta’ Frar 2010 (Każ R 1590/2008-1), hija annullata sa fejn hija ddikjarat invalida t-trade mark Komunitarja Numru 3 693 116 għall-“ġojjelli”, inkluż ċrieket, ħoloq taċ-ċwievet, bokkli u msielet, pulzieri, brazzuletti, ornamenti, labar, ġiżirajjen, labar tal-ingravati, dekorazzjonijiet, medaljuni; arloġġerija u instrumenti u apparat kronometriċi, inkluż arloġġi, kaxxi ta’ arloġġi, żveljarini; għodda għat-tiksir tal-ġewż magħmula b’metall prezzjuż, il-liġi tagħhom jew miksija bihom, gandlieri magħmula b’metall prezzjuż, il-ligi tagħhom jew miksija bihom fil-klassi 14 u l-prodotti “ġilda u imitazzjonijiet tal-ġilda” u “umbrellel” fil-klassi 18.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Louis Vuitton Malletier, Friis Group International ApS u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom sostnuti matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.


    (1)  ĠU C 209, 31.7.2010.


    Top