EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0254

Kawża T-254/09: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Ġunju 2009 — Wilo vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ kaxxa tal-krank [crankcase] ħadra)

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/44


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2009 — Wilo vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ kaxxa tal-krank [crankcase] ħadra)

(Kawża T-254/09)

2009/C 205/81

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wilo SE (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Braun, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta’ Marzu 2009 fil-Każ R 1196/2008-1 u;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva, li tirrappreżenta kaxxa tal-krank [crankcase] ħadra għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 11 (Applikazzjoni Nru 5 620 001)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li issa sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1)), peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha l-karattru distintiv minimu meħtieġ.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)


Top