Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0207

    Kawża T-207/09: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Mejju 2009 — El Jirari Bouzekri vs UASI — Nike International (NC NICKOL)

    ĠU C 167, 18.7.2009, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 167/21


    Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2009 — El Jirari Bouzekri vs UASI — Nike International (NC NICKOL)

    (Kawża T-207/09)

    2009/C 167/42

    Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Mustapha El Jirari Bouzekri (Malaga, Spanja) (rappreżentant: E. Ragot, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nike International Ltd (Beaverton, L-Istati Uniti)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tal-25 ta’ Frar 2009 fil-Każ R 554/2008-2 minħabba li hemm żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009); u

    tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż legali u dawk inkorsi fil-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza mir-rikorrenti.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrent

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “NC NICKOL” għal prodotti fil-klassi 9

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja tat-trade mark “NIKE” għal firxa ta’ prodotti, fosthom prodotti fil-klassijiet 9 u 25

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li l-Bord tal-Appell ikkonkluda b’mod żbaljat li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni kienu sodisfatti.


    Top