Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0190

    Kawża T-190/09: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Mejju 2009 — Longevity Health Products vs UASI — Performing Science (5 HTP)

    ĠU C 167, 18.7.2009, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 167/17


    Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2009 — Longevity Health Products vs UASI — Performing Science (5 HTP)

    (Kawża T-190/09)

    2009/C 167/34

    Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (rappreżentant: J. Korab, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Performing Science LLC

    Talbiet tar-rikorrenti

    tiddikjara r-rikors tal-kumpannija Longevity Health Products, Inc. inammissibbli,

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-21 ta’ April 2009 u tiċħad l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-Performing Science, LLC kontra t-trade mark Komunitarja Nru 002846483 — “5 HTP”

    tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “5 HTP” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 16, u 35 (trade mark Komunitarja Nru 2 846 483)

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Performing Science LLC

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark inkwistjoni ġiet milqugħa parzjalment

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rifjut tal-oppożizzjoni tar-rikorrenti

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1)]


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).


    Top