EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0504

Kawża T-504/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Diċembru 2011 — Völkl vs UASI — Marker Völkl (VÖLKL) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VÖLKL — Trade mark internazzjonali verbali preċedenti VÖLKL — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u Regola 22(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — Kompetenza tal-Bord tal-Appell fil-każ ta’ appell limitat għal parti mill-prodotti jew mis-servizzi koperti mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009 — Talba għal bidla tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell — Artikolu 65(3) tar-Regolament Nru 207/2009” )

ĠU C 32, 4.2.2012, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Diċembru 2011 — Völkl vs UASI — Marker Völkl (VÖLKL)

(Kawża T-504/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VÖLKL - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti VÖLKL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u Regola 22(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Kompetenza tal-Bord tal-Appell fil-każ ta’ appell limitat għal parti mill-prodotti jew mis-servizzi koperti mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009 - Talba għal bidla tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell - Artikolu 65(3) tar-Regolament Nru 207/2009)

2012/C 32/43

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Völkl GmbH & Co. KG (Erding, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Raßmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Marker Völkl International GmbH (Baar, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Bauer, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1387/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Marker Völkl International GmbH u Völkl GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat 30 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1387/2008-1) hija annullata.

(2)

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

(3)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Völkl GmbH & Co. KG.

(4)

Marker Völkl International GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 37, 13.2.2010.


Top