Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FN0056

Kawża F-56/09: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Ġunju 2009 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/48


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2009 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-56/09)

2009/C 205/90

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent li għandha bħala suġġett, minn naħa waħda, il-kumpens għad-danni subiti minħabba li membri tal-persunal tal-Kummissjoni allegatament daħlu fir-residenza pprovduta lilu minn min kien jimpjegah f’Luanda fit-8 ta’ April 2002 u, min-naħa l-oħra, in-notifika tal-kopji tar-ritratti meħuda f’dik l-okkażjoni u l-qerda tad-dokumentazzjoni kollha relatata ma’ dan l-avveniment.

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara l-ineżistenza ex lege, jew sussidjarjament, tannulla, id-deċiżjoni li tiċħad it-talba tal-24 ta’ April 2008;

sa fejn neċessarju, tiddikjara l-ineżistenza ex lege, jew sussidjarjament, tannulla, in-nota tal-11 ta’ Settembru 2008;

sa fejn neċessarju, tiddikjara l-ineżistenza ex lege, jew sussidjarjament, tannulla, l-att li jiċħad l-ilment tat-3 ta’ Novembru 2008;

tikkonstata l-fatt li fit-8 ta’ April 2002 membri tal-persunal tal-Kummissjoni daħlu fir-residenza tar-rikorrent ipprovduta lilu minn min kien jimpjegah, ħadu xi ritratti u ħadu nota ta’ xi oġġetti u tikkonstata u tiddikjara l-illegalità ta’ dan il-fatt;

tordna lill-Kummissjoni tikkomunika bil-miktub lir-rikorrent kull element tad-dokumentazzjoni relatat ma’ dan il-fatt;

tordna lill-Kummissjoni tinnotifika bil-miktub lir-rikorrent b’din id-dokumentazzjoni, inklużi r-ritratti;

tordna lill-Kummissjoni tiżgura li d-dokumentazzjoni tinqered u tipprovdi notifika ta’ tali qerda materjali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas, lir-rikorrent, bħala kumpens għad-danni, tas-somma ta’ EUR 225 000, jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis li hija ekwa u ġusta, jiġifieri: (a) EUR 100 000 għad-danni li jirriżultaw mid-dħul illegali; (b) EUR 100 000 għad-danni li jirriżultaw mit-teħid illegali tar-ritratti; (c) EUR 25 000 għad-danni li jirriżultaw mill-fatt li ttieħdet nota ta’ diversi oġġetti personali tar-rikorrent;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas, lir-rikorrent tal-interessi fuq is-somma msemmija, li jibdew jiddekorru mill-għada tal-ġurnata li fih it-talba tal- 24 ta’ April 2008 waslet għand il-Kummissjoni sad-data tal-pagament effettiv, tas-somma ta’ EUR 225 000, bir-rata ta’ 10 % fis-sena u bil-kapitalizzazzjoni annwali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas, lir-rikorrent, bħala kumpens għad-danni subiti minħabba n-nuqqas ta’ tfassil tal-lista tad-dokumentazzjoni, minn l-għada sa dik il-ġurnata meta d-dokumentazzjoni tkun innotifikata lir-rikorrent, tas-somma ta’ EUR 100 kuljum, jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis li hija ekwa u ġusta, li għandha titħallas fl-ewwel ġurnata tax-xahar ta’ wara li fih tingħata s-sentenza fil-kawża inkwistjoni inkwantu tirrigwarda l-ammonti diġà dovuti fil-ġranet bejn l-għada u l-aħħar ġurnata tax-xahar li fih tingħata s-sentenza fil-kawża inkwistjoni, u fl-ewwel ġurnata ta’ kull xahar wara dak li fih tingħata s-sentenza fil-kawża inkwistjoni fir-rigward tad-drittijiet, f’dan il-kuntest, dovuti f’dak preċedenti.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas lir-rikorrenti, bħala kumpens għad-danni subiti minn dan tal-aħħar minħabba n-nuqqas ta’ qerda materjali, minn l-għada sa dik il-ġurnata li jsir hekk, tas-somma ta’ EUR 100 kuljum, jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis li hija ekwa u ġusta, li għandha titħallas fl-ewwel ġurnata tax-xahar ta’ wara li fih tingħata s-sentenza fil-kawża inkwistjoni inkwantu tirrigwarda ammonti diġà dovuti fil-ġranet bejn l-għada u l-aħħar ġurnata tax-xahar li fih tingħata s-sentenza fil-kawża inkwistjoni, u fl-ewwel ġurnata ta’ kull xahar wara dak li fih tingħata s-sentenza fil-kawża inkwistjoni fir-rigward tad-drittijiet, f’dan il-kuntest, dovuti f’dak preċedenti.

tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tirrifondi lir-rikorrent l-ispejjeż kollha tal-kawża, inklużi dawk relatati mar-redazzjoni tal-perizja ex parte;

tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tħallas l-ispejjeż relatati mal-eventwali redazzjoni tal-perizja ex officio.


Top