Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FN0037

    Kawża F-37/09: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ April 2009 — Doyle vs Europol

    ĠU C 167, 18.7.2009, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 167/26


    Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2009 — Doyle vs Europol

    (Kawża F-37/09)

    2009/C 167/51

    Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Margaret Doyle (Noordwijkerhout, l-Olanda) (rappreżentant: P. de Casparis)

    Konvenut: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    L-annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrenti bl-impossibbiltà li tiġi offruta impjieg permanenti, kif ukoll id-deċiżjoni tas-7 ta’ Jannar 2009 li tiċħad l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.

    Talbiet tar-rikorrenti

    jannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li permezz tagħha l-konvenut informa lill-konvenuta li ma setax joffrilha impjieg permanenti, kif ukoll id-deċiżjoni mogħtija fuq ilment fis-7 ta’ Jannar 2009 li tiddikjara l-ilmenti li r-rikorrenti għamlet kontra l-ewwel deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 bħala infondati;

    jikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.


    Top