This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009FN0035
Case F-35/09: Action brought on 2 April 2009 — Visser-Fornt Raya v Europol
Kawża F-35/09: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ April 2009 — Visser — Fornt Raya vs Europol
Kawża F-35/09: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ April 2009 — Visser — Fornt Raya vs Europol
ĠU C 167, 18.7.2009, p. 26–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 167/26 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2009 — Visser — Fornt Raya vs Europol
(Kawża F-35/09)
2009/C 167/49
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Maria Teresa Visser — Fornt Raya (La Haye, L-Olanda) (rappreżentanti: P. de Casparis)
Konvenut: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li informat lir-rikorrenti dwar l-impossibbiltà li jiġi offrut lilha impjieg permanenti, kif ukoll id-deċiżjoni tas-7 ta’ Jannar 2009 li ċaħdet l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li biha l-konvenut indika lir-rikorrenti li huwa ma setax jipproponilha impjieg permanenti, kif ukoll id-deċiżjoni, wara l-ilment tagħha, mogħtija fis-7 ta’ Jannar 2009, li tgħid illi l-oġġezzjonijiet li r-rikorrenti qajmet kontra d-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 kienu infondati; |
— |
tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż. |