Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0168

    Kawża C-168/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas- 27 ta’ Jannar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale di Milano — l-Italja) — Flos SpA vs Semeraro Casa e Famiglia SpA (Proprjetà industrijali u kummerċjali — Direttiva 98/71/KE — Protezzjoni ġuridika tad-disinji — Artikolu 17 — Obbligu ta’ akkumulazzjoni tal-protezzjoni tad-disinji ma’ dik tad-dritt tal-awtur — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi jew trendi inapplikabbli għal ċertu perijodu l-protezzjoni permezz tad-dritt tal-awtur għad-disinji li jaqgħu fil-qasam pubbliku qabel id-dħul fis-seħħ tagħha — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)

    ĠU C 80, 12.3.2011, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.3.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 80/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Jannar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale di Milano — l-Italja) — Flos SpA vs Semeraro Casa e Famiglia SpA

    (Kawża C-168/09) (1)

    (Proprjetà industrijali u kummerċjali - Direttiva 98/71/KE - Protezzjoni ġuridika tad-disinji - Artikolu 17 - Obbligu ta’ akkumulazzjoni tal-protezzjoni tad-disinji ma’ dik tad-dritt tal-awtur - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi jew trendi inapplikabbli għal ċertu perijodu l-protezzjoni permezz tad-dritt tal-awtur għad-disinji li jaqgħu fil-qasam pubbliku qabel id-dħul fis-seħħ tagħha - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)

    2011/C 80/05

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale di Milano

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Flos SpA

    Konvenuta: Semeraro Casa e Famiglia SpA

    fil-preżenza ta’: Assoluce — Associazione nazionale delle Imprese degli Apparecchi di Illuminazione

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Milano — Interpretazzjoni tal-Artikoli 17 u 19 tad-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-protezzjoni legali ta’ disinji — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ttrasponiet id-direttiva bl-introduzzjoni tal-protezzjoni tad-dritt tal-awtur għad-disinji — Fakultà ta’ Stat Membru li jestendi l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ din il-protezzjoni

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 17 tad-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1998, dwar il-protezzjoni legali ta’ disinji, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi mill-protezzjoni permezz tad-dritt tal-awtur ta’ dan l-Istat Membru d-disinji li jkunu ġew irreġistrati fi Stat Membru jew għal Stat Membru u li kienu jaqgħu fil-qasam pubbliku qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni, minkejja li dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jibbenefikaw minn din il-protezzjoni.

    (2)

    L-Artikolu 17 tad-Direttiva 98/71 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi, permezz ta’ perijodu sostanzjali ta’ għaxar snin jew totalment, il-protezzjoni permezz tad-dritt tal-awtur tad-disinji li, minkejja li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jibbenefikaw minn din il-protezzjoni, kienu jaqgħu fil-qasam pubbliku qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni, fil-konfront ta’ kull terz li mmanifattura jew ikkummerċjalizza fit-territorju nazzjonali prodotti skont dawn id-disinji, u dan indipendentement mid-data li fiha saru dawn l-atti.


    (1)  ĠU C 167, 18.07.2009.


    Top