Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0509

    Kawża T-509/08: Rikors ippreżentat fis- 7 ta' Novembru 2008 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 32, 7.2.2009, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/44


    Rikors ippreżentat fis-7 ta' Novembru 2008 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-509/08)

    (2009/C 32/85)

    Lingwa tal-kawża: Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, I. Metaxas-Maragkidis, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    tiddikjara, skont l-Artikoli 230 KE u 231 KE, li d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni, li tirrifjuta aċċess lir-rikorrenti għad-dokumenti li għalihom kienet talbet aċċess permezz ta' applikazzjoni tal-20 ta' Ġunju 2008, hija vvizzjata b'nullità u li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Settembru 2008, li tirrifjuta aċċess għall-istess dokumenti, hija ineżistenti;

    sussidjarjament, tiddikjara, skont l-Artikoli 230 KE u 231 KE, li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Settembru 2008, li tirrifjuta aċċess lir-rikorrenti għad-dokumenti li għalihom kienet talbet aċċess permezz ta' applikazzjoni tal-20 ta' Ġunju 2008, hija vvizzjata b'nullità;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura; u

    tagħti kwalunkwe ordni ulterjuri li l-Qorti tal-Prim'Istanza jidhrilha xieraq.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad l-applikazzjoni tagħha, skont ir-Regolament Nru 1049/2001 (1), li permezz tagħha talbet aċċess għad-dokumenti dwar il-proċeduri fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-allegata għajnuna mill-Istat mogħtija permezz ta' ftehim mal-operatur tal-ajruport ta' Bratislava. Din id-deċiżjoni ġiet segwita mid-deċiżjoni espliċita tas-26 ta' Settembru 2008. Ir-rikorrenti fil-kawża preżenti titlob, sussidjarjament, l-annullament tad-deċiżjoni espliċita.

    Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma l-istess bħal dawk invokati fil-kawża T-494/08, Ryanair vs Il-Kummissjoni.


    (1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ĠU L 145, p. 43.


    Top