Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0251

    Kawża T-251/08: Rikors ippreżentat fis- 26 ta' Ġunju 2008 — Vion vs UASI (PASSION FOR BETTER FOOD)

    ĠU C 223, 30.8.2008, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 223/52


    Rikors ippreżentat fis-26 ta' Ġunju 2008 — Vion vs UASI (PASSION FOR BETTER FOOD)

    (Kawża T-251/08)

    (2008/C 223/92)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Vion NV (Best, l-Olanda) (rappreżentant: A. Klinger, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta' April 2008 (rikors R 562/2007-4), u

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “PASSION FOR BETTER FOOD” għall-prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30 (applikazzjoni Nru 5 039 946).

    Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ċaħad l-applikazzjoni.

    Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: caħad l-appell.

    Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), billi t-trade mark li għalija saret l-applikazzjoni għandha karattru distintiv biżżejjed.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 11).


    Top