This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TN0231
Case T-231/08: Action brought on 17 June 2008 — Asenbaum Fine Arts v OHIM (WIENER WERKSTÄTTE)
Kawża T-231/08: Rikors ippreżentat fis- 17 ta' Ġunju 2008 — Asenbaum Fine Arts Ltd vs UASI
Kawża T-231/08: Rikors ippreżentat fis- 17 ta' Ġunju 2008 — Asenbaum Fine Arts Ltd vs UASI
ĠU C 223, 30.8.2008, p. 49–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/49 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta' Ġunju 2008 — Asenbaum Fine Arts Ltd vs UASI
(Kawża T-231/08)
(2008/C 223/85)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Asenbaum Fine Arts Ltd. (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Vögel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
temenda d-deċiżjoni ta' l-10 ta' April 2008 tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI (Każ R 1571/2006-4), billi tilqa' kompletament l-appell tar-rikorrenti tad-29 ta' Novembru 2006; alternattivament: tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat il-każ lura lill-UASI sabiex jiġu kkompletati l-proċedimenti; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk ta' l-appell quddiem il-Bord ta' l-Appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “WIENER WERKSTAÄTTE” għal prodotti fil-klassi 14 (Applikazzjoni Nru 4 207 783).
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Rifjut ta' l-applikazzjoni.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell.
Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) 40/94 (1), inkwantu t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni la hija deskrittiva u lanqas hija nieqsa minn karattru distintiv.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komuntarja (ĠU L 11, 14.1.1994).