This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TN0208
Case T-208/08: Action brought on 4 June 2008 — Gosselin World Wide Moving v Commission
Kawża T-208/08: Rikors ippreżentat fl- 4 ta' Ġunju 2008 — Gosselin Word Wide Moving vs Il-Kummissjoni
Kawża T-208/08: Rikors ippreżentat fl- 4 ta' Ġunju 2008 — Gosselin Word Wide Moving vs Il-Kummissjoni
ĠU C 223, 30.8.2008, p. 45–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/45 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta' Ġunju 2008 — Gosselin Word Wide Moving vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-208/08)
(2008/C 223/78)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Gosselin Word Wide Moving NV (Deurne, Il-Belġju) (rappreżentanti: F. Wijckmans u S. De Keer, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 926 finali tal-11 ta' Marzu 2008, innotifikata lir-rikorrenti fil-25 ta' Marzu 2008, dwar proċedura skond l-Artikolu 81 KE (Każ COMP/38.543 — Servizzi ta' ġarr internazzjonali) fil-parti li tikkonċerna lir-rikorrenti; |
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni, fil-parti li tikkonċerna lir-rikorrenti, safejn il-Kummissjoni tikkonstata ksur kontinwu min-naħa tar-rikorrenti mill-31 ta' Jannar 1992 sat-18 ta' Settembru 2002, u tnaqqas il-multa imposta fl-Artikolu 2, fil-parti li tikkonċerna lir-rikorrenti, skond il-perijodu hekk irrivedut tal-ksur; |
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2(e) tad-Deċiżjoni, fil-parti li tikkonċerna lir-rikorrenti, għar-raġunijiet imqajma fit-tieni u/jew fit-tielet motiv, u tnaqqas b'mod korrispondenti l-multa imposta fl-Artikolu 2, fil-parti li tikkonċerna lir-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
L-ewwel motiv invokat mir-rikorrenti jafferma li d-deċiżjoni kisret l-Artikolu 81 KE. L-ewwel parti tafferma li l-Kummissjoni ma stabilixxietx fid-dritt li l-aġir li jista' jiġi attribwit lir-rikorrenti għandu jiġi kklassifikat bħala restrizzjoni notevoli għall-kompetizzjoni taħt l-Artikolu 81 KE. It-tieni parti tafferma li l-Kummissjoni ma stabilixxietx fid-dritt li l-ftehim li pparteċipat fih ir-rikorrenti jista' jaffettwa b'mod notevoli l-kummerċ bejn l-Istati Membri.
Sussidjarjament, it-tieni motiv jafferma li d-deċiżjoni kisret l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 (1), l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17/62 (2) u l-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi (3). Il-Kummissjoni kisret dawn id-dispożizzjonijiet meta ddeterminat il-gravità tal-ksur, id-dewmien tal-ksur u l-valur tal-bejgħ li jservu sabiex jiġi kkalkolat l-ammont bażiku tal-multa u, fl-aħħar nett, injorat xi ċirkustanzi attenwanti tar-rikorrenti meta kkalkolat il-multa.
Sussidjarjament, it-tielet motiv jafferma li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' trattament ugwali, u dan b'mod partikolari meta ddeterminat il-gravità tal-ksur u l-valur tal-bejgħ meħuda in kunsiderazzjoni sabiex tiġi kkalkolata l-multa.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 1, p. 1).
(2) Ir-Regolament Nru 17: L-ewwel Regolament li jimplimenta l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat (ĠU 1962, 13, p. 204).
(3) Linji ta' gwida tal-Kummissjoni dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi imposti skond l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (ĠU 2006 C 210, p. 2).