Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TB0285

    Kawża T-285/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat- 30 ta’ Ġunju 2009 — Securvita vs UASI (Natur-Aktien-Index) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja Natur-Aktien Index — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] — Talba għal riforma — Inammissibbiltà manifesta )

    ĠU C 205, 29.8.2009, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 205/38


    Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ġunju 2009 — Securvita vs UASI (Natur-Aktien-Index)

    (Kawża T-285/08) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja Natur-Aktien Index - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Talba għal riforma - Inammissibbiltà manifesta”)

    2009/C 205/71

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Securvita — Gesellschaft zur Entwicklung alternativer Versicherungskonzepte mbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. van Eendenburg, C. Uhlig u J. Nabert, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Mejju 2008 (Każ R 525/2007-4), li tikkonċerna applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Natur-Aktien-Index bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

    2)

    Securvita Gesellschaft zur Entwicklung alternativer Versicherungskonzepte mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 247, 27.09.2008.


    Top