Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TB0013

    Kawża T-13/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 8 ta' Ottubru 2008 — Koinotita Grammatikou vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Fond ta' Koeżjoni — Nuqqas ta' interess dirett — Inammissibbiltà)

    ĠU C 32, 7.2.2009, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/35


    Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ottubru 2008 — Koinotita Grammatikou vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-13/08) (1)

    (Rikors għal annullament - Fond ta' Koeżjoni - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà)

    (2009/C 32/67)

    Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrent: Koinotita Grammatikou (il-Greċja) (rappreżentanti: M. Chaïntarlis u A. Papakonstantinou, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou u L. Flynn, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċizjoni C (2004) 5509 tal-Kummissjoni, tal-21 ta' Diċembru 2004, dwar l-għoti ta' għajnuna finanzjarja mill-Fond ta' Koeżjoni għat-twettiq ta' progett imsemmi “Kostruzzjoni ta' sit ta' landfill fil-faċilità ta' mmaniġġjar tal-iskart integrat fil-grigal ta' Attika f'‘Mavro Vouno Grammatikou’”

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Koinotita Grammatikou għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


    (1)  ĠU C 79, tad-29.3.2008.


    Top