EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0227

Kawża C-227/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Audiencia Provincial de Salamanca (Spanja) fis- 26 ta' Mejju 2008 — Eva Martín Martín vs EDP Editores, S.L. u Juan Caballo Bueno

ĠU C 223, 30.8.2008, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/20


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Audiencia Provincial de Salamanca (Spanja) fis-26 ta' Mejju 2008 — Eva Martín Martín vs EDP Editores, S.L. u Juan Caballo Bueno

(Kawża C-227/08)

(2008/C 223/32)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Salamanca

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eva Martín Martín

Konvenuti: EDP Editores, S.L. u Juan Caballo Bueno

Domandi preliminari

L-Artikolu 153 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, flimkien ma' l-Artikoli 3 KE u 95 KE, kif ukoll ma' l-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea u mad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE (1), ta' l-20 ta' Diċembru 1985, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-qorti, adita b'appell kontra sentenza mogħtija fl-ewwel istanza, tiddikjara ex officio n-nullità ta' kuntratt li jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-direttiva, meta fl-ebda mument ma ntalbet din in-nullità mill-konsumatur konvenut, la fil-kuntest ta' l-oppożizzjoni tiegħu għall-proċeduri għal ordni ta' ħlas fis-seduta u lanqas fl-appell?


(1)  ĠU L 372, p. 31 — EE 15/06, p. 131.


Top