This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CA0356
Case C-356/08: Judgment of the Court (First Chamber) of 25 June 2009 — Commission of the European Communities v Republic of Austria (Failure of a Member State to fulfil obligations — Freedom to provide services — Freedom of establishment — Free movement of capital — National legislation imposing an obligation on medical doctors established in the territory of the Land of Upper Austria to open a bank account with a particular bank)
Kawża C-356/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 25 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Libertà ta’ stabbiliment — Moviment liberu tal-kapital — Liġi nazzjonali li timponi fuq it-tobba stabbiliti fit-territorju tal-Land ta’ Oberösterreich l-obbligu li jiftħu kont bankarju ma’ bank speċifiku)
Kawża C-356/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 25 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Libertà ta’ stabbiliment — Moviment liberu tal-kapital — Liġi nazzjonali li timponi fuq it-tobba stabbiliti fit-territorju tal-Land ta’ Oberösterreich l-obbligu li jiftħu kont bankarju ma’ bank speċifiku)
ĠU C 205, 29.8.2009, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-356/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Libertà ta’ stabbiliment - Moviment liberu tal-kapital - Liġi nazzjonali li timponi fuq it-tobba stabbiliti fit-territorju tal-Land ta’ Oberösterreich l-obbligu li jiftħu kont bankarju ma’ bank speċifiku)
2009/C 205/16
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Traversa, aġent, A. Böhlke, avukat)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 43 KE, 49 KE u 56 KE — Liġi nazzjonali li timponi fuq it-tobba stabbiliti fit-territorju tal-Land ta’ Oberösterreich l-obbligu li jiftħu kont bankarju mal-Oberösterreichische Landesbank
Dispożittiv
1) |
Billi tobbliga lil kull tabib li jistabbilixxi ruħu fl-Oberösterreich li jiftaħ kont bankarju mal-Oberösterreichische Landesbank f’Linz, li fih għandhom jiġu ttrasferiti l-ħlasijiet ta’ benefiċċji in natura, irċevuti mill-fondi ta’ assigurazzjoni għall-mard, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-attività professjonali tiegħu, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 49 KE. |
2) |
Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż. |