This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CA0007
Case C-7/08: Judgment of the Court (First Chamber) of 2 July 2009 (reference for a preliminary ruling from the Hoge Raad der Nederlanden (Netherlands)) — Har Vaessen Douane Service BV v Staatssecretaris van Financiën (Relief from import duties — Regulation (EEC) No 918/83 — Article 27 — Goods of a negligible individual value dispatched as a grouped consignment — Consignments dispatched direct from a third country to a consignee in the Community)
Kawża C-7/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — l-Olanda) — Har Vaessen Douane Service BV vs Staatssecretaris van Financiën (Eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni — Regolament (KEE) Nru 918/83 — Artikolu 27 — Merkanzija ta’ valur individwali negliġibbli mibgħuta bħala kunsinna kollettiva — Kunsinni mibgħuta direttament minn Stat terz lil kunsinnatarju fil-Komunità)
Kawża C-7/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — l-Olanda) — Har Vaessen Douane Service BV vs Staatssecretaris van Financiën (Eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni — Regolament (KEE) Nru 918/83 — Artikolu 27 — Merkanzija ta’ valur individwali negliġibbli mibgħuta bħala kunsinna kollettiva — Kunsinni mibgħuta direttament minn Stat terz lil kunsinnatarju fil-Komunità)
ĠU C 205, 29.8.2009, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — l-Olanda) — Har Vaessen Douane Service BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-7/08) (1)
(Eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni - Regolament (KEE) Nru 918/83 - Artikolu 27 - Merkanzija ta’ valur individwali negliġibbli mibgħuta bħala kunsinna kollettiva - Kunsinni mibgħuta direttament minn Stat terz lil kunsinnatarju fil-Komunità)
2009/C 205/09
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Har Vaessen Douane Service BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden Den Haag (l-Olanda) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83, tat-28 ta’ Marzu 1983, li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazju doganali, kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3357/91 (ĠU L 105, p. 1) — Kunsinni mibgħuta direttament minn Stat terz lil kunsinnatarju fil-Komunità u li kull waħda minnhom għandha valur negliġibbli iżda li saru fil-forma ta’ kunsinna kollettiva li għandha valur intrinsiku totali li jaqbeż il-valur massimu leġiżlattiv.
Dispożittiv
L-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83, tat-28 ta’ Marzu 1983, li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazju doganali, kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3357/91, tas-7 ta’ Novembru 1991, ma jipprekludix li kunsinni kollettivi ta’ merkanzija, li l-valur intrinsiku totali tagħhom jaqbeż il-limitu previst fl-imsemmi Artikolu 27, iżda li, ikkunsidrati separatament, għandhom valur negliġibbli, jingħataw eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni, bil-kundizzjoni li kull pakkett tal-kunsinna kollettiva jkun indirizzat individwalment lil kunsinnatarju li jinsab fil-Komunità Ewropea. F’dan ir-rigward, il-fatt li l-parti l-oħra fil-kuntratt ma’ dawn il-kunsinnatarji tkun hija stess stabbilita fil-Komunità Ewropea huwa irrilevanti meta l-merkanzija tintbagħat direttament minn Stat terz lill-imsemmija kunsinnatarji.