This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007TN0428
Case T-428/07: Action brought on 22 November 2007 — Centre d'Étude et de Valorisation des Algues v Commission
Kawża T-428/07: Rikors ippreżentat fit- 22 ta' Novembru 2007 — Centre d'Étude u de Valorisation des Algues vs Il-Kummissjoni
Kawża T-428/07: Rikors ippreżentat fit- 22 ta' Novembru 2007 — Centre d'Étude u de Valorisation des Algues vs Il-Kummissjoni
ĠU C 22, 26.1.2008, p. 48–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 22/48 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta' Novembru 2007 — Centre d'Étude u de Valorisation des Algues vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-428/07)
(2008/C 22/90)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Centre d'Étude et de Valorisation des Algues SA (CEVA) (Pleubian, Franza) (rappreżentant: J.-M. Peyrical, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrent
— |
prinċipalment, tikkonstata l-irregolarità proċedurali u l-ksur tal-prinċipju tal-kontradittorju u konsegwentament, tannulla n-nota ta' debitu Nru 3240908670 tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Settembru 2007 u tordna lill-Kummissjoni tirrifondi lura n-nota ta' debitu in kwistjoni lil CEVA; |
— |
sussidjarjament, tikkonstata li l-iżbalji fir-rapport ta' verifika mhumiex serji biżżejjed biex ikun jista' jiġi applikat l-Artikolu 3.5 ta' l-Anness II tal-kuntratt, tannulla n-nota ta' debitu Nru 3240908670 tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Settembru 2007 f'dak li jirrigwarda t-talba għar-rimbors sħiħ ta' l-ammonti mħallsa lil CEVA fil-kuntest tal-kuntratt SEAHEALTH u tordna lill-Kummissjoni tiġi ordnata tipproċedi għar-rimbors tan-nota ta' debitu in kwistjoni lil CEVA; |
— |
b'mod aktar sussidjarju, tappunta espert magħżul mill-Qorti tal-Prim'Istanza li bl-inkarigu li jerġa' jeżamina l-metodu tal-kalkolu ta' CEVA dwar il-ħin iddedikat għall-proġetti; li jqabbel dan il-metodu mal-kuntratt SEAHEALTH u ma' l-ispejjeż effettivament ippreżentati fid-dikjarazzjonijiet ta' l-ispejjeż; li jiddetermina, bħala perċentwali, id-diskrepanza bejn l-ammont ta' l-iżbalji tar-reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol kif ippreżentati lill-Kummissjoni u l-ammont tar-reġistrazzjoni ta' dawn il-ħinijiet tax-xogħol skond il-metodu ta' kalkolu li issa huwa applikat minn CEVA; li jevalwa l-ħin dirett tax-xogħol meħtieġ biex jitwettqu l-impenji li ħadet CEVA fil-kuntest tal-kuntratt SEAHEALTH; li jiddikjara jekk dan il-ħin tax-xogħol effettiv, biex jitwettqu dawn l-impenji, setax kien inqas mis-7,092.88 siegħa li ddikjara CEVA. |
Motivi u argumenti prinċipali
B'dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament tan-nota ta' debitu li permezz tagħha l-Kummissjoni talbet ir-rimbors sħiħ tal-ħlasijiet mogħtija minn qabel lir-rikorrent fil-kuntest tal-kuntratt SEAHEALTH Nru QLK1-CT-2002-02433, fir-rigward tal-proġett “Ikel, nutrizzjoni u saħħa”, li jifforma parti mill-azzjoni prinċipali “Kwalità tal-ħajja u ġestjoni tar-riżorsi ħajjin” (1).
In sostenn tat-talba tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża, peress li l-Kummissjoni, bi ksur tal-prinċipju tal-kontradittorju, ibbażat it-talba għar-rimbors fuq l-iskedi tal-ħin u l-konklużjonijiet ta' OLAF, li r-rikorrent ma kien jaf xejn dwarhom.
Sussidjarjament, ir-rikorrent ikkontesta l-applikazzjoni mill-Kummissjoni ta' l-Artikolu 3.5 ta' l-Anness II u l-konstatazzjoni magħmula mill-Kummissjoni li l-fatti tal-kawża kienu serji biżżejjed biex jiġi applikat il-kunċett ta' irregolarità finanzjarja serja li tiġġustifika rimbors sħiħ tal-ħlasijiet mogħtija minn qabel.
(1) Ħames Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għal azzjonijiet Komunitarji ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni 1998-2002.