Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TN0425

    Kawża T-425/07: Rikors ippreżentat fis- 16 ta' Novembru 2007 — Agencja Wydawnicza Technopol vs L-UASI (100)

    ĠU C 22, 26.1.2008, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 22/46


    Rikors ippreżentat fis-16 ta' Novembru 2007 — Agencja Wydawnicza Technopol vs L-UASI (100)

    (Kawża T-425/07)

    (2008/C 22/87)

    Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrenti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentant: D. Rzążewska, radca prawny)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tal-parti rikorrenti

    tannulla kompletament id-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tat-3 ta' Settembru 2007, Nru R 1275/2006-4;

    tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “100” għall-prodotti u s-servizi kklassifikati fil-klassijiet 16, 28 u 41 (talba Nru 3 875 416)

    Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: rifjut tar-reġistrazzjoni

    Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors

    Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 40/94 (1), għaliex skond ir-rikorrent is-sinjal “100” mhuwiex deskrittiv u ma għandux karattru distintiv għall-prodotti u s-servizzi indikati.


    (1)  Regolament (KE) tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1993, Nru 40/93, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


    Top