Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FB0023

    Kawża F-23/07: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad- 19 ta' Ottubru 2007 — M vs L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMEA) ( Servizz pubbliku — Uffiċjali — Invalidità — Kumitat ta' l-Invalidità — Rifjut ta' konvokazzjoni — Inammissibbiltà manifesta )

    ĠU C 22, 26.1.2008, p. 55–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 22/55


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-19 ta' Ottubru 2007 — M vs L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMEA)

    (Kawża F-23/07) (1)

    (“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Invalidità - Kumitat ta' l-Invalidità - Rifjut ta' konvokazzjoni - Inammissibbiltà manifesta’)

    (2008/C 22/106)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: M (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, u É. Marchal, avocats)

    Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMEA) (rappreżentanti: V. Salvatore u S. Vanlievendael, aġenti)

    Suġġett tal-kawża

    Annullament tad-deċiżjoni ta' l-EMEA tal-25 ta' Ottubru 2006 li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża sabiex jiġi kkostitwit Kumitat ta' l-Invalidità — Talba għal danni

    Dispożittiv tad-digriet

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 117, 26.5.2007, p. 35.


    Top