EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FA0004

Kawża F-4/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal- 21 ta' Frar 2008 — Skoulidi vs Il-Kummissjoni ( Servizz pubbliku — Uffiċjali — Skambju ta' uffiċjali bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri — Issekondar ta' uffiċjal Komunitarju ma' l-amministrazzjoni Griega — Rifjut — Rikors għad-danni — Dannu morali — Proċedura prekontenzjuża — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità )

ĠU C 92, 12.4.2008, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 92/47


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-21 ta' Frar 2008 — Skoulidi vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-4/07) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Skambju ta' uffiċjali bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri - Issekondar ta' uffiċjal Komunitarju ma' l-amministrazzjoni Griega - Rifjut - Rikors għad-danni - Dannu morali - Proċedura prekontenzjuża - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità’)

(2008/C 92/94)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Eleni-Eleftheria Skoulidi (Brussell, il-Belġju) [rappreżentant: G. Vandersanden, avocat]

Konvenuta: il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: D. Martin u M. Velardo, aġenti]

Suġġett

Talba għal kumpens għad-danni morali sofferti mir-rikorrenti minħabba d-deċiżjoni ta' l-awtorità tal-ħatra tat-28 ta' Marzu 2006 li ma tawtorizzax l-issekondar tagħha mal-Ministeru Grieg ta' l-Edukazzjoni Nazzjonali u l-Affarijiet Reliġjużi fil-kuntest ta' l-iskambju ta' uffiċjali bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 56, 10.3.2007, p. 44.


Top