Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CN0502

    Kawża C-502/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Naczelny Sąd Administracyjny (Il-Polonja) fid- 19 ta' Novembru 2007 — K-1 sp. z o.o. vs Izba Skarbowa w Bydgoszczy

    ĠU C 22, 26.1.2008, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 22/30


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Naczelny Sąd Administracyjny (Il-Polonja) fid-19 ta' Novembru 2007 — K-1 sp. z o.o. vs Izba Skarbowa w Bydgoszczy

    (Kawża C-502/07)

    (2008/C 22/55)

    Lingwa tal-kawża: l-Pollak

    Qorti tar-rinviju

    Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja).

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: K-1 sp. z o.o..

    Konvenuta: Izba Skarbowa w Bydgoszczy.

    Domandi preliminari

    1)

    L-ewwel u t-tieni paragrafi ta' l-Artikolu 2 ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tal-11 ta' April 1967 (1) fuq l-armonizazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ, meħuda flimkien ma' l-Artikoli 2, 10(1)(a) u 10(2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977 (2), fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, jipprekludu l-possibilità li, għall-fini ta' taxxa fuq merkanzija u servizzi, jiġi impost obbligu fuq persuna taxxabbli li tħallas taxxa addizzjonali skond il-provvedimenti ta' l-Artikolu 109(5) u (6) ta' l-Ustawa o Podatku od Towarów i Uslug (Liġi dwar it-taxxa fuq merkanzija u servizzi) tal-11 ta' Marzu 2004 … fil-każ li jiġi stabbilit li, għal finijiet ta' taxxa fuq merkanzija u servizzi, fid-dikjarazzjoni tat-taxxa mibgħuta, il-persuna taxxabbli indikat ammont tad-differenza fit-taxxa li għandha terġa' tiġi mħallsa jew tat-taxxa ta' l-input li għandha terġa' tiġi mħallsa li huwa akbar mill-ammont dovut ?

    2)

    “[M]iżuri speċjali” previsti fl-Artikolu 27(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, jistgħu jikkonsistu, b'kunsiderazzjoni għan-natura u l-għan tagħhom, fil-possibilità li jiġi impost fuq persuna taxxabli, għal finijiet ta' taxxa fuq merkanzija u servizzi, obbligu ta' taxxa addizzjonali stabbilita permezz ta' deċiżjoni ta' l-awtorità tat-taxxa fil-każ li jiġi stabbilit li l-persuna taxxabbli ddikjarat ammont akbar tad-differenza fit-taxxa li għandha terġa' tiġi mħallsa jew ammont akbar ta' taxxa ta' l-input li għandha terġa' tiġi mħallsa ?

    3)

    Is-setgħa mogħtija bis-saħħa ta' l-Artikolu 33 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, tinkudi d-dritt li jidaħħal l-obbligu ta' taxxa addizzjonali imsemmi fl-Artikolu 109(5) u 6(6) ta' l-Ustawa o Podatku od Towarów i Uslug tal-11 ta' Marzu 2004 …?


    (1)  ĠU 71, p. 1301.

    (2)  ĠU 1977 L 145, p. 1.


    Top