EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0558

Kawża C-558/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 7 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Queen’s Bench Division) — L-Ingilterra) — The Queen, S.P.C.M. SA, C.H. Erbslöh KG, Lake Chemicals and Minerals Ltd, Hercules Inc. vs Secretary of State for the Environment, Food and Rural Affairs ( Regolament (KE) Nru 1907/2006 — Sustanzi kimiċi — Reġistrazzjoni, valutazzjoni, awtorizzazzjoni ta’ dawn is-sustanzi u restrizzjonijiet applikabbli għalihom (REACH) — Kunċett ta’ sustanzi monomeriċi — Validità — Proporzjonalità — Trattament ugwali )

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Queen’s Bench Division) — L-Ingilterra) — The Queen, S.P.C.M. SA, C.H. Erbslöh KG, Lake Chemicals and Minerals Ltd, Hercules Inc. vs Secretary of State for the Environment, Food and Rural Affairs

(Kawża C-558/07) (1)

(“Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Sustanzi kimiċi - Reġistrazzjoni, valutazzjoni, awtorizzazzjoni ta’ dawn is-sustanzi u restrizzjonijiet applikabbli għalihom (REACH) - Kunċett ta’ “sustanzi monomeriċi” - Validità - Proporzjonalità - Trattament ugwali”)

2009/C 205/08

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Queen’s Bench Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Queen, S.P.C.M. SA, C.H. Erbslöh KG, Lake Chemicals and Minerals Ltd, Hercules Inc.

Konvenut: Secretary of State for the Environment, Food and Rural Affairs

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice Queen’s Bench Division — Interpretazzjoni u validità tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1) — Kunċett ta’ “sustanzi monomeriċi”

Dispożittiv

1)

Il-kunċett ta’ “sustanzi monomeriċi”, li jinsab fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, jirrigwarda biss il-monomeri reaġiti magħquda mal-polimeri.

2)

L-analiżi tat-tieni domanda ma wriet l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 1907/2006.


(1)  ĠU C 51, 23.02.2008


Top