This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0297
Case C-297/07: Judgment of the Court (Second Chamber) of 11 December 2008 (reference for a preliminary ruling from the Landgericht Regensburg — Germany) — Criminal proceedings against Klaus Bourquain (Convention implementing the Schengen Agreement — Article 54 — Ne bis in idem principle — Scope — Conviction in absentia in respect of the same acts — Concept of finally disposed of — Procedural rules of national law — Concept of penalty which can no longer be enforced )
Kawża C-297/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Regensburg — Il-Ġermanja) — Proċeduri kriminali kontra Klaus Bourquain (Konvenzjoni li timplimenta l-ftehim ta' Schengen — Artikolu 54 — Prinċipju ta' ne bis in idem — Kamp ta' applikazzjoni — Sentenza ta' kundanna mogħtija in absentia għall-istess fatti — Kunċett ta' sentenza definittiva — Regoli proċedurali tad-dritt nazzjonali — Kunċett ta' piena li ma tkunx tista' tiġi infurzata iżjed )
Kawża C-297/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Regensburg — Il-Ġermanja) — Proċeduri kriminali kontra Klaus Bourquain (Konvenzjoni li timplimenta l-ftehim ta' Schengen — Artikolu 54 — Prinċipju ta' ne bis in idem — Kamp ta' applikazzjoni — Sentenza ta' kundanna mogħtija in absentia għall-istess fatti — Kunċett ta' sentenza definittiva — Regoli proċedurali tad-dritt nazzjonali — Kunċett ta' piena li ma tkunx tista' tiġi infurzata iżjed )
ĠU C 32, 7.2.2009, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 32/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Regensburg — Il-Ġermanja) — Proċeduri kriminali kontra Klaus Bourquain
(Kawża C-297/07) (1)
(Konvenzjoni li timplimenta l-ftehim ta' Schengen - Artikolu 54 - Prinċipju ta' “ne bis in idem’ - Kamp ta' applikazzjoni - Sentenza ta' kundanna mogħtija in absentia għall-istess fatti - Kunċett ta' “sentenza definittiva’ - Regoli proċedurali tad-dritt nazzjonali - Kunċett ta' piena “li ma tkunx tista' tiġi infurzata iżjed’)
(2009/C 32/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Regensburg
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
Klaus Bourquain
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Regensburg — Interpretazzjoni tal-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, tal-14 ta' Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (ĠU 2000, L 239, p. 19) — Interpretazzjoni tal-prinċipju ne bis in idem — Kundanna mogħtija in absentia għall-istess fatti — Nuqqas ta' eżekuzzjoni u ta' kundanna koperta sussegwentement minn miżuri ta' amnestija ġenerali
Dispożittiv
Il-prinċipju ta' ne bis in idem stabbilit mill-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, tal-14 ta' Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f'Schengen (il-Lussemburgu) fid-19 ta' Ġunju 1990, japplika għal proċeduri kriminali mibdija fi Stat Kontraenti fir-rigward ta' fatti li l-akkużat ikun diġà ġie definittivament ikkundannat għalihom fi Stat Kontraenti ieħor, filwaqt li, bis-saħħa tad-dritt tal-Istat Membru li fih ikun ġie kkundannat u minħabba partikolaritajiet proċedurali bħal dawk fil-proċeduri prinċipali, il-piena li tkun ingħatatlu qatt ma kienet setgħet tiġi infurzata direttament.