Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0226

    Kawża C-226/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 17 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Flughafen Köln/Bonn GmbH vs Hauptzollamt Köln (Direttiva 2003/96/KE — Struttura tal-Komunità dwar tassazzjoni tal-prodotti ta' enerġija u ta' l-elettriku — Artikolu 14(1)(a) — Eżenzjoni ta' prodotti ta' enerġija użati għall-produzzjoni ta' l-elettriku — Fakultà ta' tassazzjoni għal raġunijiet ta' politika dwar l-ambjent — Effett dirett ta' l-eżenzjoni)

    ĠU C 223, 30.8.2008, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 223/15


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Flughafen Köln/Bonn GmbH vs Hauptzollamt Köln

    (Kawża C-226/07) (1)

    (Direttiva 2003/96/KE - Struttura tal-Komunità dwar tassazzjoni tal-prodotti ta' enerġija u ta' l-elettriku - Artikolu 14(1)(a) - Eżenzjoni ta' prodotti ta' enerġija użati għall-produzzjoni ta' l-elettriku - Fakultà ta' tassazzjoni għal raġunijiet ta' politika dwar l-ambjent - Effett dirett ta' l-eżenzjoni)

    (2008/C 223/23)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniz

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Flughafen Köln/Bonn GmbH

    Konvenuta: Hauptzollamt Köln

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta' Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, p. 51) — Effett dirett — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma teżentax in-nafta użata għall-produzzjoni ta' l-elettriku mit-taxxa fuq iż-żjut minerali

    Dispożittiv

    L-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta' Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku, safejn jipprovdi għal eżenzjoni tal-prodotti ta' enerġija użati għall-produzzjoni ta' l-elettriku mit-taxxa prevista minn din id-direttiva, għandu effett dirett fis-sens li dan jista' jiġi invokat minn individwu quddiem qrati nazzjonali — għal dak li jirrigwarda perijodu li fih l-Istat Membru kkonċernat naqas milli jittrasponi fit-terminu previst din id-direttiva fid-dritt nazzjonali tiegħu — fil-kuntest ta' kontroversja, bħal dik fil-kawża prinċipali, bejnu u l-awtoritajiet doganali ta' dan l-Istat, sabiex tiġi eskluża l-applikazzjoni ta' liġi nazzjonali inkompatibbli ma' din id-dispożizzjoni u, għaldaqstant, sabiex jikseb il-ħlas lura ta' taxxa inkompatibbli magħha.


    (1)  ĠU C 155, 7.7.2007.


    Top