EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0207

Kawża C-207/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 43 KE u 56 KE — Liġi nazzjonali li tissuġġetta għal awtorizzazzjoni bil-quddiem l-akkwist ta' ishma f'impriżi li jeżerċitaw attivitajiet irregolati fis-settur ta' l-enerġija u ta' l-attiv neċessarju għall-eżerċizzju ta' dawn l-attivitajiet)

ĠU C 223, 30.8.2008, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-207/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 43 KE u 56 KE - Liġi nazzjonali li tissuġġetta għal awtorizzazzjoni bil-quddiem l-akkwist ta' ishma f'impriżi li jeżerċitaw attivitajiet irregolati fis-settur ta' l-enerġija u ta' l-attiv neċessarju għall-eżerċizzju ta' dawn l-attivitajiet)

(2008/C 223/22)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u R. Vidal Puig, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 43 u 56 KE — Liġi nazzjonali li tissuġġetta għall-awtorizzazzjoni bil-quddiem ta' kummissjoni speċjali, l-akkwist ta' ċerti ishma f'impriżi li jeżerċitaw attivitajiet irregolati fis-settur ta' l-enerġija

Dispożittiv

1)

Bl-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' l-Erbatax-il Funzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Enerġija stabbilita mill-Ħdax-il Dispożizzjoni Addizzjonali, Titolu 3.1 tal-Liġi 34/1998 li tirregola s-settur ta' l-idrokarburi (Ley 34/1998, del sector de hidrocarburos), tas-7 ta' Ottubru 1998, kif emendata bid-Digriet Liġi Rjali 4/2006 (Real Decreto-ley 4/2006), ta' l-24 ta' Frar 2006, sabiex l-akkwist ta' ċerti ishma fl-impriżi li jeżerċitaw ċerti attivitajiet irregolati fis-settur ta' l-enerġija kif ukoll l-akkwist ta' l-attiv neċessarju għall-eżerċizzju ta' dawn l-attivitajiet jiġu ssuġġettati għall-awtorizzazzjoni bil-quddiem tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Enerġija, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 43 KE u 56 KE.

2)

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 140, 23.6.2007.


Top