EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0106

Kawża C-106/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas- 6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2000/59/KE — Faċilitajiet fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija — Nuqqas ta' ħolqien u ta' implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' akkoljenza u ta' trattament ta' l-iskart għall-portijiet kollha)

ĠU C 22, 26.1.2008, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-106/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2000/59/KE - Faċilitajiet fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija - Nuqqas ta' ħolqien u ta' implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' akkoljenza u ta' trattament ta' l-iskart għall-portijiet kollha)

(2008/C 22/30)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Bordes u K. Simonsson, aġenti)

Konvenuat: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues et A. Hare, agenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/59/KE, tas-27 ta' Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet ta' l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (ĠU L 332, p. 81)

Dispożittiv

1)

Billi ma ħolqotx u ma implimentatx, fit-terminu preskritt, il-pjanijiet ta' akkoljenza u ta' trattament ta' l-iskart għall-portijiet kollha tagħha, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi tagħha skond l-Artikolu 5(1) u 16(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/59/KE, tas-27 ta' Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet ta' l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95 tat-28.4.2007.


Top