Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0057

    Kawża C-57/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas- 6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2003/86/KE — Dritt għal riunifikazzjoni tal-familja — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu preskritt)

    ĠU C 22, 26.1.2008, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 22/14


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

    (Kawża C-57/07) (1)

    (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/86/KE - Dritt għal riunifikazzjoni tal-familja - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu preskritt)

    (2008/C 22/27)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Condou-Durande, aġent)

    Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE tat-22 ta' Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU L 251, p. 12).

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma adottax, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE tat-22 ta' Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligi imposti fuqu skond din id-direttiva.

    2)

    Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 95, 28.4.2007.


    Top