EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0242

Kawża T-242/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 13 ta' Diċembru 2007 — Cabrera Sánchez vs L-UASI– Industrias Cárnicas Valle (el charcutero artesano) ( Trade mark Komunitarja — Proċediment ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva el charcutero artesano — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti El Charcutero — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni — Nuqqas ta' xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )

ĠU C 22, 26.1.2008, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/45


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Diċembru 2007 — Cabrera Sánchez vs L-UASI– Industrias Cárnicas Valle (el charcutero artesano)

(Kawża T-242/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċediment ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva el charcutero artesano - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti El Charcutero - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 22/83)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Miguel Cabrera Sánchez (Móstoles, Spanja) (rappreżentanti: J. Calderón Chavero u T. Villate Consonni, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. García Murillo, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: Industrias Cárnicas Valle, SA (Madrid, Spanja)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-15 ta' Ġunju 2006 (każ R 790/2005-1) dwar proċediment ta' oppożizzjoni bejn Miguel Cabrera Sánchez u Industrias Cárnicas Valle, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Miguel Cabrera Sánchez għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 261, 28.10.2006.


Top