EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0508

Kawża C-508/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad- 29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Malta (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 96/59/KE — Artikolu 11 — Ġestjoni ta' l-iskart — Rimi ta' polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls — Nuqqas ta' komunikazzjoni tal-pjanijiet u tal-qafas meħtieġa)

ĠU C 22, 26.1.2008, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Malta

(Kawża C-508/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 96/59/KE - Artikolu 11 - Ġestjoni ta' l-iskart - Rimi ta' polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls - Nuqqas ta' komunikazzjoni tal-pjanijiet u tal-qafas meħtieġa)

(2008/C 22/23)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Konstantinidis u D. Lawunmi, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta' Malta (rappreżentanti: S. Camilleri u L. Farrugia, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE, tas-16 ta' Settembru 1996, dwar ir-rimi ta' polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (PCB/PCT) (ĠU L 243, p. 31) — Nuqqas li jiġu ppreparati u kkomunikati lill-Kummissjoni, fit-terminu preskritt, il-pjanijiet, il-qafas u s-sommarji ta' inventarji previsti mid-Direttiva

Dispożittiv

1)

Billi ma kkomunikatx il-pjanijiet u l-qafas meħtieġa mill-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE, tas-16 ta' Settembru 1996, dwar ir-rimi ta' polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (PCB/PCT), ir-Repubblika ta' Malta naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11, moqri flimkien ma' l-Artikolu 54 ta' l-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea.

2)

Ir-Repubblika ta' Malta hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 56, 10.3.2007.


Top