EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0300

Kawża C-300/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 6 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — Il-Ġermanja) — Ursula Voß vs Land Berlin (Artikolu 141 KE — Prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa — Uffiċjali pubbliċi — Xogħol matul sigħat supplimentari — Diskriminazzjoni indiretta kontra ħaddiema nisa impjegati part time)

ĠU C 22, 26.1.2008, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — Il-Ġermanja) — Ursula Voß vs Land Berlin

(Kawża C-300/06) (1)

(Artikolu 141 KE - Prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa - Uffiċjali pubbliċi - Xogħol matul sigħat supplimentari - Diskriminazzjoni indiretta kontra ħaddiema nisa impjegati part time)

(2008/C 22/16)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ursula Voß

Konvenut: Land Berlin

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 141 tat-Trattat KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, kemm fir-rigward tal-ħaddiema full time kif ukoll fir-rigward ta' dawk part time, tnaqqis fir-remunerazzjoni għas-sigħat supplimentari meta mqabbla ma' dik imħallsa għall-ħin normali tax-xogħol — Remunerazzjoni ta' għalliem, li huwa uffiċjal pubbliku u li jaħdem part time, u li barra minn hekk jaħdem sigħat supplementari, li hija inqas minn dik imħallsa għall-istess numru ta' sigħat ta' xogħol fil-kuntest ta' impjieg full time — Diskriminazzjoni indiretta kontra ħaddiema nisa

Dispożittiv

Konsegwentement, jeħtieġ li r-risposta għad-domanda magħmula tkun li l-Artikolu 141 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tar-remunerazzjoni ta' l-uffiċjali pubbliċi li, minn naħa, tiddefinixxi s-sigħat supplimentari maħduma kemm mill-uffiċjali pubbliċi impjegati full time kif ukoll minn dawk impjegati part time bħala sigħat li huma jaħdmu iktar mill-ħin normali tax-xogħol tagħhom u li, min-naħa l-oħra, tipprovdi li r-remunerazzjoni għal dawn is-sigħat għandha tkun skond rata inqas mir-rata fis-siegħa applikata għas-sigħat maħduma sal-limitu tal-ħin normali tax-xogħol ta' individwu, b'mod li l-uffiċjali pubbliċi part time huma mħallsa inqas tajjeb mill-uffiċjali pubbliċi full time għal dak li jikkonċerna s-sigħat li jaħdmu iktar mill-ħin normali tax-xogħol tagħhom u sal-limitu ta' sigħat li huwa obbligat jaħdem uffiċjal pubbliku full time fil-ħin normali tax-xogħol tiegħu, fil-każ li:

fost il-ħaddiema kollha suġġetti għal-leġiżlazzjoni in kwistjoni, huwa affettwat perċentwali kunsiderevolment ikbar ta' ħaddiema nisa milli rġiel;

u

id-differenza fit-trattament mhijiex iġġustifikata minn fatturi oġġettivi li mhumiex relatati ma' diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess.


(1)  ĠU C 96 tat-22.4.2006.


Top