EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0176

Kawża C-176/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad- 29 ta' Novembru 2007 — Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH, Stadtwerke Tübingen GmbH, Stadtwerke Uelzen GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, E.ON Kernkraft GmbH, RWE Power AG, EnBW Energie Baden-Württemberg AG, Vattenfall Europe Nuclear Energy GmbH, li qabel kienet Hamburgische Electricitäts-WerkeAG (Appell — Għajnuna allegatament mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lil ċentri nukleari — Riżervi għall-għeluq ta' ċentri u għall-eliminazzjoni ta' skart radjuattiv — Inammissibbiltà tar-rikors quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza — Motiv ta' ordni pubblika)

ĠU C 22, 26.1.2008, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH, Stadtwerke Tübingen GmbH, Stadtwerke Uelzen GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, E.ON Kernkraft GmbH, RWE Power AG, EnBW Energie Baden-Württemberg AG, Vattenfall Europe Nuclear Energy GmbH, li qabel kienet Hamburgische Electricitäts-WerkeAG

(Kawża C-176/06 P) (1)

(Appell - Għajnuna allegatament mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lil ċentri nukleari - Riżervi għall-għeluq ta' ċentri u għall-eliminazzjoni ta' skart radjuattiv - Inammissibbiltà tar-rikors quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza - Motiv ta' ordni pubblika)

(2008/C 22/14)

Lingwa tal-proċedura: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH, Stadtwerke Tübingen GmbH, Stadtwerke Uelzen GmbH (rappreżentanti: D. Fouquet u P. Becker, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: V. Kreuschitz, aġent), E.ON Kernkraft GmbH, RWE Power AG, EnBW Energie Baden-Württemberg AG, Vattenfall Europe Nuclear Energy GmbH, li qabel kienet Hamburgische Electricitäts-WerkeAG (rappreżentanti: U. Karpenstein u D. Sellner, Rechtsanwälte)

Suġġett

Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tas-26 ta' Jannar 2006, Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH et vs Il-Kummissjoni (T-92/02), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2001)3967 finali tal-Kummissjoni, tal-11 ta' Diċembru 2001, li tikkonstata li l-iskema Ġermaniża ta' eżenzjoni mit-taxxa ta' riżervi stabbiliti miċ-ċentri nukleari għall-finijiet ta' l-eliminazzjoni ta' l-iskart radjuattiv tagħhom u ta' l-għeluq definittiv ta' l-impjanti tagħhom ma tammontax għal għajnuna mogħtija mill-Istat fis-sens ta' l-Artikolu 87(1) KE — Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja fis-sens ta' l-Artikolu 88(2) KE f'każ ta' diffikultà ta' evalwazzjoni jew ta' dubju

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-26 ta' Jannar 2006, Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH et vs Il-Kummissjoni (T-92/02) hija annullata.

2)

Ir-rikors ippreżentat minn Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH, Stadtwerke Tübingen GmbH u Stadtwerke Uelzen GmbH quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2001)3967 finali tal-Kummissjoni, tal-11 ta' Diċembru 2001, li tikkonstata li l-iskema Ġermaniża ta' eżenzjoni mit-taxxa ta' riżervi stabbiliti miċ-ċentri nukleari għall-finijiet ta' l-eliminazzjoni ta' l-iskart radjuattiv tagħhom u ta' l-għeluq definittiv ta' l-impjanti tagħhom ma tammontax għal għajnuna mogħtija mill-Istat fis-sens ta' l-Artikolu 87(1) KE huwa miċħud bħala inammissibbli.

3)

Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH, Stadtwerke Tübingen GmbH u Stadtwerke Uelzen GmbH huma kkundannati jbatu l-ispejjeż taż-żewġ istanzi.


(1)  ĠU C 131, 3.6.2002.


Top