Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0059

    Kawża C-59/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas- 6 ta' Diċembru 2007 — Luigi Marcuccio vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew (Appell — Uffiċjal — Impjieg f'pajjiż terz — Assenjazzjoni mill-ġdid ta' l-impjieg u tan-nomina tiegħu — Prinċipju ta' osservanza tad-drittijiet tad-difiża — Portata — Oneru tal-prova)

    ĠU C 22, 26.1.2008, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 22/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Luigi Marcuccio vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew

    (Kawża C-59/06 P) (1)

    (Appell - Uffiċjal - Impjieg f'pajjiż terz - Assenjazzjoni mill-ġdid ta' l-impjieg u tan-nomina tiegħu - Prinċipju ta' osservanza tad-drittijiet tad-difiża - Portata - Oneru tal-prova)

    (2008/C 22/12)

    Lingwa tal-proċedura: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Luigi Marcuccio [rappreżentant: L. Garofalo, avvocato]

    Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew [rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, A. Dal Ferro, avvocato]

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) ta' l-24 ta' Novembru 2005, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (T-236/02) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li assenjat mill-ġdid lir-rikorrent mid-delegazzjoni tal-Kummissjoni f'Luanda (l-Angola) għas-sede fi Brussell, kif ukoll talba għal danni.

    Dispożittiv

    1)

    Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropew ta' l-24 ta' Novembru 2005, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (T-236/02) hija annullata.

    2)

    Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropew.

    3)

    L-ispejjeż huma riżervati.


    (1)  ĠU C 96, 22.4.2006.


    Top