Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TA0066

    Kawża T-66/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 11 ta' Diċembru 2007 — Sack vs Il-Kummissjoni ( Servizz pubbliku — Uffiċjal — Rikors għal annullament — Allowance għal kariga — Kariga ta' kap ta' diviżjoni — Trattament ugwali — Obbligu ta' motivazzjoni — Sistema lingwistika )

    ĠU C 22, 26.1.2008, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 22/40


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Diċembru 2007 — Sack vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-66/05) (1)

    (“Servizz pubbliku - Uffiċjal - Rikors għal annullament - Allowance għal kariga - Kariga ta' ‘kap ta' diviżjoni’ - Trattament ugwali - Obbligu ta' motivazzjoni - Sistema lingwistika’)

    (2008/C 22/73)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Jörn Sack (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Lehmann-Brauns u D. Mahlo, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u H. Krämer, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

    Suġġett

    Talba ta' annullament tad-deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-iffissar tal-ħlas ta' kull xahar tar-rikorrent minn Mejju 2004 sa Frar 2005, talba għal kalkolu ġdid ta' dan il-ħlas u talba ta' annullament tad-deċiżjoni espliċita ta' ċaħda tat-talba tar-rikorrent, innotifikata lilu fis-26 ta' Novembru 2004.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors hu miċħud.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 106, 30.4.2005.


    Top