Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005CA0051

    Kawża C-51/05 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas- 17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Cantina sociale di Dolianova Soc. coop. rl, Cantina Trexenta Soc. coop. rl, Cantina sociale Marmilla — Unione viticoltori associati Soc. coop. rl, Cantina sociale S. Maria La Palma Soc. coop. rl, Cantina sociale del Vermentino Soc. coop. rl Monti-Sassari (Appell — Organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid — Għajnuna għad-distillazzjoni — Rikors għad-danni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità — Terminu ta' preskrizzjoni — Mument meta jibda jiddekorri)

    ĠU C 223, 30.8.2008, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 223/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Cantina sociale di Dolianova Soc. coop. rl, Cantina Trexenta Soc. coop. rl, Cantina sociale Marmilla — Unione viticoltori associati Soc. coop. rl, Cantina sociale S. Maria La Palma Soc. coop. rl, Cantina sociale del Vermentino Soc. coop. rl Monti-Sassari

    (Kawża C-51/05 P) (1)

    (Appell - Organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid - Għajnuna għad-distillazzjoni - Rikors għad-danni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Terminu ta' preskrizzjoni - Mument meta jibda jiddekorri)

    (2008/C 223/02)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u L. Visaggio, aġenti)

    Il-partijiet l-oħra fil-kawża: Cantina sociale di Dolianova Soc. coop. rl, Cantina Trexenta Soc. coop. rl, Cantina sociale Marmilla — Unione viticoltori associati Soc. coop. rl, Cantina sociale S. Maria La Palma Soc. coop. rl, Cantina sociale del Vermentino Soc. coop. rl Monti-Sassari (rappreżentanti: C. Dore u G. Dore, avvocati)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) tat-23 ta' Novembru 2004 fil-kawża T-166/98, Cantina sociale di Dolianova Soc. Coop. rl et vs Il-Kummissjoni li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza kkundannat lill-Kummissjoni sabiex tagħmel tajjeb għad-dannu mġarrab mir-rikorrenti b'riżultat tad-Deċiżjoni Nru VI B-1-3 M 4/97PVP, tal-31 ta' Lulju 1998, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti dwar il-ħlas ta' għajnuna għad-distillazzjoni għas-sena 1982/1983

    Dispożittiv

    1)

    Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-23 ta' Novembru 2004, Cantina sociale di Dolianova et vs Il-Kummissjoni (T-166/98), għandha tiġi annullata safejn tiddikjara ammissibbli l-azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali mibdija mill-Cantina sociale di Dolianova Soc. coop. arl, Cantina Trexenta Soc. coop. arl, Cantina sociale Marmilla — Unione viticoltori associati Soc. coop. arl, Cantina sociale S. Maria La Palma Soc. coop. arl u Cantina sociale del Vermentino Soc. coop. arl Monti-Sassari u tordna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tagħmel tajjeb għad-dannu mġarrab minnhom, b'konsegwenza tal-falliment tad-Distilleria Agricola Industriale de Terralba, minħabba n-nuqqas ta' mekkaniżmu li seta' jiggarantixxi, taħt is-sistema stabbilita fl-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2499/82, tal-15 ta' Settembru 1982, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar id-distillazzjoni preventiva għas-sena ta' l-inbid 1982/83, il-ħlas lill-produtturi kkonċernati ta' l-għajnuna Komunitarja prevista f'dan ir-regolament.

    2)

    Ir-rikors fil-kawża T-166/98 huwa miċħud.

    3)

    Cantina sociale di Dolianova Soc. coop. arl, Cantina Trexenta Soc. coop. arl, Cantina sociale Marmilla — Unione viticoltori associati Soc. coop. arl, Cantina sociale S. Maria La Palma Soc. coop. arl u Cantina sociale del Vermentino Soc. coop. arl Monti-Sassari huma kkundannati għall-ispejjeż relatati ma' din l-istanza u ma' dik quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.


    (1)  ĠU C 82, 2.4.2005.


    Top