Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62002TA0388

    Kawża T-388/02: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 10 ta' Diċembru 2008 — Kronoply u Kronotex vs Il-Kummissjoni ( Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet — Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta' rikors — Pubblikazzjoni ta' komunikazzjoni fil-qosor — Nuqqas ta' effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva — Inammissibbiltà — Status ta' persuna kkonċernata — Ammissibbiltà — Nuqqas ta' ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali — Nuqqas ta' diffikultajiet serji )

    ĠU C 32, 7.2.2009, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/24


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — Kronoply u Kronotex vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-388/02) (1)

    (“Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta' rikors - Pubblikazzjoni ta' komunikazzjoni fil-qosor - Nuqqas ta' effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva - Inammissibbiltà - Status ta' persuna kkonċernata - Ammissibbiltà - Nuqqas ta' ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali - Nuqqas ta' diffikultajiet serji’)

    (2009/C 32/44)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Kronoply GmbH & Co. KG (Heiligengrabe, il-Ġermanja); u Kronotex GmbH & Co. KG (Heiligengrabe) (rappreżentanti: inizjalment R. Nierer, u sussegwentement R. Nierer u L. Gordalla, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Kreuschitz u M. Niejahr, u sussegwentement V. Kreuschitz, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Zellstoff Stendal GmbH (Arneburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Müller-Ibold u K.U. Karl, u sussegwentement T. Müller-Ibold, avukati); Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: W.D. Plessing u M. Lumma, aġenti); u Land Sachsen-Anhalt (Il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. von Donat u G. Quardt, avukati)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2002 li ma tqajjimx oġġezzjonijiet dwar l-għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lil Zellstoff Stendal għall-kostruzzjoni ta' fabbrika għall-produzzjoni tal-polpa tal-karta.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Kronoply GmbH & Co. KG u Kronotex GmbH & Co. KG huma kkundannati jbatu, barra mill-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll minn Zellstoff Stendal GmbH u l-Land Sachsen-Anhalt.

    3)

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 44, 22.2.2003.


    Top