Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021M10178

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10178 — Eni/Aldro EyS/Instalaciones MD) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 58/17

    PUB/2021/120

    ĠU C 58, 18.2.2021, p. 84–85 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 58/84


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.10178 — Eni/Aldro EyS/Instalaciones MD)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2021/C 58/17)

    1.   

    Fil-11 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Eni gas e luce S.p.A. (“Eni G&L”, l-Italja), sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ Eni S.p.A. (“Eni”, l-Italja)

    Aldro Energia y Soluciones, S.L.U. (“Aldro EyS”, Spanja) u Instalaciones Martinez Diez, S.L.U. (“Instalaciones MD”, Spanja), it-tnejn sussidjarji u proprjetà kollha kemm huma ta’ Aldro Energy, S.L.U. (“Aldro Energy”, Spanja).

    Eni takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Aldro EyS u Instalaciones kollha kemm huma.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Eni: grupp dinji li jaħdem fiż-żejt u l-gass, attiv fl-esplorazzjoni, il-produzzjoni, l-irfinar u l-operazzjonijiet tal-bejgħ, l-elettriċità u l-kimika, Eni G & L, li hija sussidjarja u proprjetà kollha kemm hi tagħha, hija attiva fil-provvista tal-elettriċità u tal-gass naturali, kif ukoll fis-soluzzjonijiet tal-enerġija madwar l-UE.

    Aldro EyS: il-provvista tal-elettriċità u l-gass naturali fi Spanja u l-Portugall.

    Instalaciones MD: tipprovdi servizzi ta’ back office u għall-konsumaturi lil Aldro EYS.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.10178 — Eni/Aldro EyS/Instalaciones MD

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt.

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles / Brussel

    BELGIQUE / BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top