Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0062

Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-politika tas-sigurtà tal-ikel, veterinarja u fitosanitarja, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja

/* COM/2013/062 final - 2013/0041 (NLE) */

52013PC0062

Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-politika tas-sigurtà tal-ikel, veterinarja u fitosanitarja, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja /* COM/2013/062 final - 2013/0041 (NLE) */


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1.           IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-politika tas-sigurtà tal-ikel, dik veterinarja u fitosanitarja hija meħtieġa minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.

It-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea[1] ġie ffirmat mill-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja fi Brussell fid-9 ta' Diċembru 2011.

L-Artikolu 3(3) tat-Trattat tal-Adeżjoni jistipula li jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2013 sakemm l-istrumenti ta' ratifika kollha jkunu ġew depożitati qabel dik id-data.

L-Artikolu 3(4) tat-Trattat tal-Adeżjoni jippermetti lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex, qabel id-dħul, jadottaw miżuri li għalihom hemm referenza, inter alia, fl-Artikolu 50 tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja[2]. Dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ biss soġġetti għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni, u mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

L-Artikolu 50 tal-Att tal-Adeżjoni jipprovdi li fejn atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma ġewx previsti f'dan l-Att jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill jew il-Kummissjoni, (jekk l-att oriġinali kien adottat mill-Kummissjoni) għandhom jadottaw l-atti meħtieġa.

Il-punt 2 tal-Att Finali[3] jirreferi għall-ftehim politiku fuq sett ta' adattamenti biex jiġu adottati mill-istituzzjonijiet li ntlaħaq bejn l-Istati Membri u l-Kroazja fil-kuntest tal-approvazzjoni tat-Trattat tal-Adeżjoni; Il-Partijiet Għolja Kontraenti tat-Trattat tal-Adeżjoni, stiednu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni skont l-Artikolu 50 tal-Att tal-Adeżjoni, kompluti u aġġornati fejn meħtieġ sabiex jittieħed kont tal-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

Il-proposta preżenti għal Direttiva tal-Kunsill tkopri l-adattamenti tekniċi tad-direttivi kollha tal-Kunsill kif ukoll għad-direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jeħtieġu addattament tekniku minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja fil-qasam tal-politika tas-sigurtà tal-ikel, veterinarja u fitosanitarja – tikkorrispondi għall-Kapitlu 12 tan-negozjati.

Din il-proposta hija parti minn serje ta' proposti għal direttivi tal-Kunsill mill-Kummissjoni lill-Kunsill li jiġbru flimkien l-adattamenti tekniċi għad-direttivi tal-Kunsill kif ukoll għad-direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkorrispondu mal-kapitoli tan-negozjati fi proposti separati għal direttivi differenti tal-Kunsill. Din l-istruttura hija mfassla sabiex tkun iffaċilitata t-traspożizzjoni tad-direttivi kkonċernati mill-Istati Membri fl-ordnijiet ġuridiċi rispettivi tagħhom. Il-pakkett ta’ proposti għal atti legali li l-Kummissjoni ttrażmettiet lill-Kunsill huwa kompost minn din is-serje ta' proposti għal direttivi tal-Kunsill fuq naħa waħda, kif ukoll proposta għal regolament wieħed tal-Kunsill li jkopri r-regolamenti u d-deċiżjonijiet relevanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet tal-Kunsill fuq in-naħa l-oħra. Dan huwa f'konformità mal-approċċ li ttieħed fil-passat għall-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija[4].

Huwa previst li l-atti legali kollha inklużi f’dan il-pakkett se jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-istess data.

Il-proposta preżenti u l-proposti l-oħra inklużi f’dan il-pakkett se jqisu l-adattamenti tekniċi għall-acquis li kienu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-1 ta’ Settembru 2012. Ir-raġunijiet għal dan huma li jkun provdut biżżejjed żmien għall-proċessi leġiżlattivi involuti fuq naħa, u għat-twettiq tat-traspożizzjoni ta' wara u l-obbligi ta’ notifika mill-Istati Membri rigward direttivi min-naħa l-oħra. L-adattamenti li jistgħu jkunu meħtieġa mal-acquis ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara l-1 ta' Settembru 2012 se jkunu previsti fl-atti rilevanti nfushom jew magħmula fi stadju aktar tard permezz tal-proċedura x-xierqa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni bi ħsiebha informalment tipprovdi lista ta’ tali leġiżlazzjoni lill-Istati Membri fil-bidu ta' Lulju 2013.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Minħabba li din il-proposta hi ta' natura purament teknika u ma tinvolvix għażliet politiċi, konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati jew valutazzjonijiet tal-impatt ma jagħmlux sens.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Il-bażi legali għal din il-proposta huwa l-Artikolu 50 tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja.

Il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità jiġu osservati b’mod sħiħ. L-azzjoni tal-UE hija meħtieġa skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà (l-Artikolu 5(3) tat-TUE) għax tikkonċerna adattamenti tekniċi għal atti legali li kienu approvati mill-Unjoni. Il-proposta tirrispetta l-prinċipju ta’ proporzjonalità (Artikolu 5(4) tat-TUE) u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet segwiti.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni baġitarja.

2013/0041 (NLE)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-politika tas-sigurtà tal-ikel, veterinarja u fitosanitarja, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikulari l-Artikolu 50 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)       Skont l-Artikolu 50 tal-Att tal-Adeżjoni, fejn atti li jibqgħu validi wara l-1 ta' Lulju 2013 jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma kienux previsti fl-Att tal-Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, l-adattamenti meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, dment li l-Kummissjoni ma tkunx adottat l-att oriġinali.

(2)       L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet it-Trattat tal-Adeżjoni indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lil-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni, ikkompletati u aġġornati kif meħtieġ biex titqies l-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

(3)       Id-Direttivi 64/432/KEE[5], 89/108/KEE[6], 91/68/KEE[7], 96/23/KE[8], 97/78/KE[9], 2000/13/KE[10], 2000/75/KE[11], 2002/99/KE[12], 2003/85/KE[13], 2003/99/KE[14] u 2009/156/KE[15]  għandhom għalhekk jiġu emendati kif jixraq,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttivi 64/432/KEE, 89/108/KEE, 91/68/KEE, 96/23/KE, 97/78/KE, 2000/13/KE, 2000/75/KE, 2002/99/KE, 2003/85/KE, 2003/99/KE u 2009/156/KE għandhom jiġu emendati kif imniżżla fl-Anness.

Artikolu 2

1.           L-Istati Membri jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Minnufih huma jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Huma japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.           L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ soġġetta għad-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja uminn dik id-data.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

                                                                      

ANNESS

SIKUREZZA TAL-IKEL, POLITIKA VETERINARJA U FITOSANITARJA

I. LEĠIŻLAZZJONI DWAR IS-SIKUREZZA TAL-IKEL

1.           31989 L 0108: Id-Direttiva tal-Kunsill 89/108/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' oġġetti tal-ikel iffriżati malajr għal konsum mill-bniedem (ĠU L 40, 11.2.1989, p. 34):

Dan li ġej qed jiżdied ma' l-Artikolu 8 (1)(a):

– 'bil-Kroat: "brzo smrznuto".'

2.           32000 L 0013: Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti tal-ikel (ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29).

(a) Fl-Artikolu 5(3) it-tieni sottoparagrafu, il-lista li tibda ‘bil-Bulgaru’ u tispiċċa bi ‘bestrålad’ jew ‘behandlad med joniserande strålning’ tiġi sostitwita b'li ġej:

– 'bil-Bulgaru:

'облъчено' or 'обработено с йонизиращо лъчение',

– bl-Ispanjol:

'irradiado' jew 'tratado con radiación ionizante',

– biċ-Ċek:

'ozářeno 'jew' ošetřeno ionizujícím zářením',

– bid-Daniż:

'bestrålet/…' jew 'strålekonserveret' jew 'behandlet med ioniserende stråling' jew 'konserveret med ioniserende stråling',

– bil-Ġermaniż:

'bestrahlt' or 'mit ionisierenden Strahlen behandelt',

– bl-Estonjan:

'kiiritatud' jew ‘töödeldud ioniseeriva kiirgusega’,

– bil-Grieg:

‘επεξεργασμένο με ιονίζουσα ακτινοβολία’ jew ‘ακτινοβολημένο’,

– bl-Ingliż:

'irradiated' or 'treated with ionising radiation',

– bil-Franċiż:

'traité par rayonnements ionisants" or "traité par ionisation',

– bil-Kroat:

'konzervirano zračenjem 'jew' podvrgnuto ionizirajućem zračenju',

– bit-Taljan:

"irradiato" jew "trattato con radiazioni ionizzanti",

– bil-Latvjan:

‘apstarots’ jew ‘apstrādāts ar jonizējošo starojumu’,

– bil-Litwan:

‘apšvitinta’ jew ‘apdorota jonizuojančiąja spinduliuote’,

– bl-Ungeriż:

"sugárkezelt 'jew" ionizáló energiával kezelt',

– bil-Malti:

‘ittrattat bir-radjazzjoni’ jew ‘ittrattat b’radjazzjoni jonizzanti’,

– bl-Olandiż:

'doorstraald' jew 'door bestraling behandeld' jew 'met ioniserende stralen behandeld',

– bil-Pollakk:

'napromieniony' jew 'poddany działaniu promieniowania jonizującego',

– bil-Portugiż:

'irradiado' jew 'tratado por irradiação' jew 'tratado por radiação ionizante',

– bir-Rumen:

'iradiate' jew 'tratate cu radiaţii ionizate',

– bis-Slovakk:

‘ošetrené ionizujúcim žiarením’,

– bis-Sloven:

‘obsevano’ jew ‘obdelano z ionizirajočim sevanjem’,

- bil-Finlandiż:

"säteilytetty" jew "käsitelty ionisoivalla säteilyllä",

– bl-Isvediż:

bestrålad' jew 'behandlad med joniserande strålning'.’

(b) Fl-Artikolu 10(2), il-lista li tibda ‘bil-Bulgaru’ u tispiċċa b'‘sista förbrukningsdag’ tiġi sostitwita b'li ġej:

– 'bil-Bulgaru: 'използвай преди',

– bl-Ispanjol: 'fecha de caducidad',

– biċ-Ċek: 'spotřebujte do',

– bid-Daniż: 'sidste anvendelsesdato',

– bil-Ġermaniż: 'verbrauchen bis',

– bl-Estonjan: 'kõlblik kuni',

– bil-Grieg: 'ανάλωση μέχρι',

– bl-Ingliż: 'use by',

– bil-Franċiż: 'à consommer jusqu'au',

– bil-Kroat: 'upotrijebiti do',

– bit-Taljan: 'da consumare entro',

– bil-Latvjan: 'izlietot līdz',

– bil-Litwan: 'tinka vartoti iki',

– bl-Ungeriż: 'fogyasztható',

– bil-Malti: 'uża sa',

– bl-Olandiż: 'te gebruiken tot',

– bil-Pollakk: 'należy spożyć do',

– bil-Portugiż: 'a consumir até',

– bir-Rumen: 'expiră la data de',

– bis-Slovakk: 'spotrebujte do',

– bis-Sloven: 'porabiti do',

– bil-Finlandiż: 'viimeinen käyttöajankohta',

– bl-Isvediż: 'sista förbrukningsdag'.’

II. LEĠIŻLAZZJONI VETERINARJA

1.           31964 L 0432: Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta' l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini fil-Komunità (ĠU L 121, 29.7.1964, p. 1977):

Fl-Artikolu 2(2), il-punt (p), jiżdied dan li ġej:

– 'Il-Kroazja: županija;'.

2.           31991 L 0068: Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19):

Fl-Artikolu 2(b), il-lista fil-punt 14 li tibda b’'il-Belġju' u tispiċċa b’"județ 'hija mibdula b' dan li ġej": '

– Il-Belġju:           province —provincie

– Il-Ġermanja:      Regierungsbezirk

– Id-Danimarka:   amt jew island

– Franza:  département

– L-Italja: provincia

– Il-Lussemburgu —

– L-Pajjiżi l-Baxxi:           rrv-kring

– Ir-Renju Unit:    l-Ingilterra, il-Galles u l-Irlanda ta' Fuq: county l-Iskozja: district jew island area

– L-Irlanda:          county

– Il-Greċja:          νομός

– Spanja: provincia

– Il-Portugall:       continente: distrito, u l-partijiet l-oħra tat-territorju tal-Portugall: região autónoma

– L-Awstrija:       Bezirk

– L-Isvezja:          län

– Il-Finlandja:       lääni/län

– Ir-Repubblika Ċeka:     kraj

– L-Estonja:         maakond

– Ċipru:   επαρχία (district)

– Il-Latvja:           rajons

– Il-Litwanja:       apskritis

– L-Ungerija:       megye

– Malta:   —

– Il-Polonja:         powiat

– Is-Slovenja:       območje

– Is-Slovakkja:    kraj

– Il-Bulgarija:       област

– Ir-Rumanija:      județ;

– 'Il-Kroazja: županija'.

3.           31996 L 0023: Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10):

Fl-Artikolu 8(3), is-sottoparagrafu li ġej jiddaħħal wara t-tielet sottoparagrafu:

“Il-Kroazja għandha, għall-ewwel darba sal-31 ta' Marzu 2014, tippreżenta lill-Kummissjoni r-riżultati tal-pjanijiet tagħha biex issib ir-residwi u s-sustanzi u tal-miżuri ta’ kontroll tagħha.”

4.           31997 L 0078: Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9):

L-Anness I huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘ANNESS I

TERRITORJI MNIŻŻLIN FL-ARTIKOLU 1

1. || It-territorju tar-Renju tal-Belġju.

2. || It-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija.

3. || It-territorju tar-Repubblika Ċeka.

4. || It-territorju tar-Renju tad-Danimarka ħlief għall-Gzejjer Faroe u għal Groenlandja.

5. || It-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

6. || It-territorju tar-Repubblika tal-Estonja.

7. || It-territorju tar-Repubblika Ellenika.

8. || It-territorju tar-Renju ta’ Spanja ħlief għal Ceuta u Melilla.

9. || It-territorju tar-Repubblika Franċiża.

10. || It-territorju tar-Repubblika tal-Kroazja

11. || It-territorju tal-Irlanda.

12. || It-territorju tar-Repubblika Taljana.

13. || It-territorju tar-Repubblika ta’ Ċipru.

14. || It-territorju tar-Repubblika tal-Latvja.

15. || It-territorju tar-Repubblika tal-Litwanja.

16. || It-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

17. || It-territorju tar-Repubblika tal-Ungerija.

18. || It-territorju tar-Repubblika ta’ Malta.

19. || It-territorju tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi fl-Ewropa.

20. || It-territorju tar-Repubblika tal-Awstrija.

21. || It-territorju tar-Repubblika tal-Polonja.

22. || It-territorju tar-Repubblika Portugiża.

23. || It-territorju tar-Rumanija.

24. || It-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja.

25. || It-territorju tar-Repubblika Slovakka.

26. || It-territorju tar-Repubblika tal-Finlandja.

27. || It-territorju tar-Renju tal-Isvezja.

28. || It-territorju tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.'

5.           32000 L 0075: Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74)

It-titolu tal-Anness II jinbidel b'dan li ġej:

'L-ANNESS II

A. || LABORATORIO COMUNITARIO DE REFERENCIA DE LA FIEBRE CATARRAL OVINA EF-REFERENCELABORATORIUM FOR BLUETONGUE GEMEINSCHAFTLICHES REFERENZLABORATORIUM FÜR DIE BLAUZUNGENKRANKHEIT ΚΟΙΝΟΤΙΚΟ ΕΡΓΑΣΤΗΡΙΟ ΑΝΑΦΟΡΑΣ ΓΙΑ ΤΟΝ ΚΑΤΑΡΡΟΪΚΟ ΠΥΡΕΤΟ ΤΟΥ ΠΡΟΒΑΤΟΥ COMMUNITY REFERENCE LABORATORY FOR BLUETONGUE LABORATOIRE COMMUNAUTAIRE DE RÉFÉRENCE POUR LA FIÈVRE CATARRHALE DU MOUTON REFERENTNI LABORATORIJ ZAJEDNICE ZA BOLEST PLAVOG JEZIKA LABORATORIO COMUNITARIO DI RIFERIMENTO PER LA FEBBRE CATARRALE DEGLI OVINI COMMUNAUTAIR REFERENTIELABORATORIUM VOOR BLUETONGUE LABORATÓRIO COMUNITÁRIO DE REFERÊNCIA EM RELAÇÃO À FEBRE CATARRAL OVINA LAMPAAN BLUETONGUE-TAUTIA VARTEN NIMETTY YHTEISÖN VERTAILULABORATORIO GEMENSKAPENS REFERENSLABORATORIUM FÖR BLUETONGUE'.

6.           32002 L 0099: Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali dwar il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum tal-bniedem (ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11):

L-Anness II jiġi emedat kif ġej:

(a) l-ewwel inċiż tal-punt 2 hu sostitwit b'dan li ġej:

– 'fil-parti ta’ fuq, l-isem jew il-kodiċi ISO tal-Istat Membru b’ittri kbar: AT, BE, DE, DK, ES, FI, FR, GR, HR, IE, IT, LU, NL, PT, SE u UK,'.

(b), it-tielet inċiż tal-punt 2, jiġi sostitwit b’dan li ġej:

– 'fil-parti ta' isfel, wieħed mis-settijiet ta' inizjali segwenti CE, EC, EF, EG, EK, EZ jew EY,'.

7.           32003 L 0085: Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tħassar id-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1):

Fil-Parti A tal-Anness XI, dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:

'HR || Kroazja || Hrvatski veterinarski institut Savska cesta 143 10 000 Zagreb || Kroazja

8.           32003 L 0099: Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi, temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31):

Fl-Artikolu 9(1) it-tieni sub-paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

'Kull sena, kull Stat Membru sa tmiem Mejju jittrasmetti lill-Kummissjoni , u għall-Kroazja, għall-ewwel darba, sa tmiem Mejju 2014, rapport dwar xejriet u sorsi ta' żoonożi, aġenti żoonotiċi u resistenza antimikrobjali, li jkopri d-data miġbura skont l-Artikoli 4, 7 u 8 matul is-sena preċedenti. Ir-rapporti, u kwalunkwe sommarju tagħhom, ikunu pubblikament disponibbli.'

9.           32009 L 0156: Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1):

Fl-Artikolu 4(6), is-sentenza introduttorja tal-ewwel sottoparagrafu għandha tinbidel b’dan li ġej:

'Meta Stat Membru jħejji jew kien ħejja programm ta’ kontroll volontarju jew obligatorju għal marda li għaliha huma suxxettibbli l-ekwidi, huwa jista’ jippreżenta l-programm lill-Kummissjoni, fi żmien sitt xhur mill-4 ta’ Lulju 1990 għall-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall u r-Renju Unit, mill-1 ta’ Jannar 1995 għall-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, mill-1 ta’ Mejju 2004 għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja u mill-1 ta’ Jannar 2007 għall-Bulgarija u r-Rumanija u mill-1 ta' Lulju 2013 għall-Kroazja, li juri b’mod partikolari:'

[1]               ĠU L 112, 24.4.2012, p. 10.

[2]               ĠU L 112, 24.4.2012, p. 21.

[3]               ĠU L 112, 24.4.2012, p. 95.

[4]               ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1.

[5]               ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977.

[6]               ĠU L 40, 11.2.1989, p. 34.

[7]               ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.

[8]               ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

[9]               ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

[10]               ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

[11]               ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.

[12]               ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

[13]               ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.

[14]             ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31.

[15]             ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

Top