EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AE0275

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu fil-magħluq ta' mikro-organiżmi modifikati ġenetikament (Riformulazzjoni) COM(2007) 736 finali — 2007/0259 (COD)

ĠU C 162, 25.6.2008, p. 85–85 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 162/85


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu fil-magħluq ta' mikro-organiżmi modifikati ġenetikament (Riformulazzjoni)

COM(2007) 736 finali — 2007/0259 (COD)

(2008/C 162/18)

Nhar l-10 ta' Jannar 2008, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 175 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu fil-magħluq ta' mikro-organiżmi modifikati ġenetikament (Riformulazzjoni)

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li barra minn hekk diġà ta fehmtu fl-opinjonijiet tiegħu CESE 1235/1988, adottata fl-24 ta' Novembru 1988 (1), u CESE 887/1996, adottata fl-10 ta' Lulju 1996 (2), iddeċieda, matul l-442 sessjoni plenarja tiegħu tat-13 u ta' l-14 ta' Frar 2008 (seduta tat-13 ta' Frar), b'133 voti favur, 2 voti kontra u 3 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost u li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokument imsemmi.

 

Brussell, 13 ta' Frar 2008

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-użu fil-magħluq ta' mikro-organiżmi modifikati ġenetikament — COM(1988) 160 finali (ĠU C 23 tat-30.1.1989, p. 45).

(2)  Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda id-Direttiva 90/219/KEE dwar l-użu fil-magħluq ta' mikro-organiżmi modifikati ġenetikament — COM(1995) 640 finali (ĠU C 295 tat-7.10.1996, p. 52).


Top