This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006XC1208(04)
Commission Notice on Immunity from fines and reduction of fines in cartel cases (Text with EEA relevance)
Avviż tal-Kummissjoni dwar l-Immunità minn multi u tnaqqis ta' multi f'każijiet ta' kartell (Test b'relevanza għaż-ŻEE)
Avviż tal-Kummissjoni dwar l-Immunità minn multi u tnaqqis ta' multi f'każijiet ta' kartell (Test b'relevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 298, 8.12.2006, p. 17–22
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU C 144, 23.4.2016, p. 23–28
(MT)
23.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 144/23 |
Addendum ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 298 tat-8 ta’ Diċembru 2006
(2016/C 144/12)
Avviż tal-Kummissjoni dwar l-Immunità minn multi u tnaqqis ta' multi f'każijiet ta' kartell
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
(2006/C 298/11)
I. INTRODUZZJONI
(1) |
Dan l-Avviż jiddefinixxi qafas li jippermetti li jiġu rrikompensati, għall-kooperazzjoni tagħhom fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni, l-impriżi li huma jew kienu partijiet f'kartelli sigrieti li jolqtu lill-Komunità. Il-kartelli huma ftehimiet u/jew prattiċi miftehma bejn żewġ kompetituri jew iktar bl-iskop li jikkoordinaw l-imġiba kompetittiva tagħhom fuq is-suq u/jew jinfluwenzaw il-parametri tal-kompetizzjoni rilevanti permezz ta' prattiċi bħall-iffissar tal-prezzijiet tax-xiri jew tal-bejgħ jew kundizzjonijiet oħra tal-kummerċ, l-allokazzjoni ta' kwoti ta' produzzjoni jew bejgħ, il-kondiviżjoni tas-suq inkluż l-immanuvrar tal-offerti, ir-ristrizzjonijiet fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni u/jew azzjonijiet kontra l-kompetizzjoni kontra kompetituri oħra. Prattiċi bħal dawn huma fost l-iktar ksur serji tal-Artikolu 81 KE (1). |
(2) |
Meta jillimitaw b'mod artifiċjali l-kompetizzjoni li normalment teżisti bejniethom, l-impriżi jevitaw eżattament dawk il-pressjonijiet li jwassluhom biex jinnovaw, kemm fis-sens ta' żvilupp tal-prodott u kif ukoll fl-introduzzjoni ta' metodi ta' produzzjoni iktar effiċjenti. Dawn il-prattiċi jwasslu anki għal materji primi u komponenti iktar għaljin għall-kumpaniji Komunitarji li jixtru mingħand dawn il-produtturi. Huma finalment jirriżultaw fi prezzijiet artifiċjali u f’anqas għażla għall-konsumatur. Għat-tul, dawn iwasslu għal telf ta' kompettività u opportunitajiet ta' impieg imnaqqsa. |
(3) |
Min-natura stess tagħhom, il-kartelli sigrieti huma ta' sikwit diffiċli biex jiġu identifikati u investigati mingħajr il-koperazzjoni tal-impriżi jew individwi implikati fihom. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li huwa fl-interess tal-Komunità li tippremja lill-impriżi involuti f’dan it-tip ta’ prattiki illegali li huma disposti li jtemmu l-parteċipazzjoni tagħhom u li jikkoperaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni, independentement mill-bqija tal-impriżi involuti fil-kartell. L-interessi tal-konsumatur u ċ-ċittadini biex jiġi żgurat li kartelli sigrieti jiġu mikxufa u kkastigati huma akbar mill-interess li jiġu mmultati dawk l-impriżi li jippermettu lill-Kummissjoni biex tiskopri u tipprojbixxi dawn il-prattiċi. |
(4) |
Il-Kummissjoni tikkonsidra li l-kollaborazzjoni ta' impriża fl-iskoperta tal-eżistenza ta' kartell għandha valur intrinsiku. Kontribuzzjoni deċiżiva għall-ftuħ ta' investigazzjoni jew għall-kostatazzjoni ta' xi ksur tal-liġi tista' tiġġustifika l-għoti ta' immunità minn kwalunkwe multa lill-impriża msemmija, bil-kondizzjoni li jiġu sodisfatti ċerti rekwiżiti addizzjonali. |
(5) |
Barra min hekk, kooperazzjoni bejn impriża waħda jew iktar tista' tiġġustifika tnaqqis f'multa mill-Kummissjoni. Kwalunkwe tnaqqis f'multa għandu jirrifletti l-kontribuzzjoni effettiva tal-impriża, fis-sens ta' kwalità u ta' żmien, għad-determinazzjoni tal-ksur tal-liġi mill-Kummissjoni. It-tnaqqis għandu jkun limitat għal dawk l-impriżi li jipprovdu l-Kummisjoni bi provi li jżidu valur sinifikattiv lil dawk li diġa' qegħdin fil-pussess tal-Kummissjoni. |
(6) |
Minbarra s-sottomissjoni ta’ dokumenti preeżistenti, l-impriżi jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni bi preżentazzjonijiet volontarji dwar l-għarfien tagħhom dwar kartell u r-rwol tagħhom fih, imħejjija apposta sabiex jiġu sottomessi f’dan il-programm ta’ klemenza. Dawn l-inizjattivi rriżultaw utli għall-investigazzjoni effettiva u t-terminazzjoni ta’ ksur ta’ kartelli u m’għandhomx jiġu skoraġġiti permezz ta’ ordnijiet ta’ żvelar maħruġa f’litigazzjoni ċivili. Applikanti prospettivi għal klemenza jistgħu jiġu skoraġġiti milli jikkooperaw mal-Kummissjoni skont dan l-Avviż jekk dan jasal biex jagħmel ħsara lill-pożizzjoni tagħhom fi proċeduri ċivili, meta mqabbla ma’ kumpanniji li ma jikkooperawx. Dan l-effett mhux mixtieq ikun jagħmel ħsara sinjifikattiva lill-interess li għandu l-pubbliku li jiżgura applikazjoni effettiva tal-Artikolu 81 KE mill-awtoritajiet pubbliċi f’każijiet ta’ kartell u b’hekk l-applikazzjoni privata effettiva sussegwenti jew parallela. |
(7) |
Id-dmirijiet ta’ superviżjoni mogħtija lill-Kummissjoni mit-Trattat fil-qasam tal-kompetizzjoni ma jinkludux biss id-dmir li jiġi investigat u kkastigat ksur individwali, iżda jkopri wkoll id-dmir li tiġi implimentata politika ġenerali. Il-ħarsien tal-prospetti korporattivi fl-interess pubbliku mhux limitu għall-iżvelar tagħhom lil destinatarji oħra tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet sabiex jitħarsu d-drittijiet tagħhom ta’ difiża fil-proċedura quddiem il-Kummissjoni, sal-punt li huwa teknikament possibbli li jiġu kkombinati ż-żewġ interessi billi l-prospetti korporattivi jsiru aċċessibbli biss fl-uffiċċji tal-Kummissjoni u normalment f’okkażjoni waħda wara n-notifika formali tal-oġġezzjonijiet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tipproċessa dejta personali fil-kuntest ta’ dan l-avviż f’konformità mal-obbligi tagħha skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (2). |
II. IMMUNITÀ MILL-MULTI
A. Rekwiżiti għall-immunità mill-multi
(8) |
Il-Kummissjoni se tagħti immunità minn kwalunkwe multa li kienet altrimenti tiġi imposta fuq impriża li tiżvela l-parteċipazzjoni tagħha f’kartell allegat li jaffettwa l-Komunità jekk dik l-impriża tkun l-ewwel waħda li tissottometti informazzjoni u evidenza li fil-fehma tal-Kummissjoni jippermettulha li:
|
(9) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq ispezzjoni mmirata skont it-tifsira tal-punt (8)(a), l-impriża trid tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni u l-evidenza elenkati hawn taħt, sakemm dan, fil-fehma tal-Kummissjoni, ma jkunx ta’ ħsara għall-ispezzjonijiet:
|
(10) |
Immunità skont il-punt (8)(a) ma tingħatax jekk, fiż-żmien tas-sottomissjoni, il-Kummissjoni diġà kellha evidenza biżżejjed biex tadotta deċiżjoni biex twettaq spezzjoni f’konnessjoni mal-kartell allegat jew diġà kienet wettqet ispezzjoni bħal din. |
(11) |
Immunità skont il-punt (8)(b) tingħata biss bil-kondizzjonijiet kumulattivi li l-Kummissjoni ma kellhiex, fiż-żmien tas-sottomissjoni, biżżejjed provi biex issib ksur tal-Artikolu 81 KE b'konnessjoni mal-allegat kartell u li ebda impriża ma ngħatat immunità kondizzjonali minn multi taħt il-punt (8)(a) b'konnessjoni mal-allegat kartell. Sabiex tikkwalifika, impriża trid tkun l-ewwel waħda li tipprovdi evidenza inkriminanti kontemporanja tal-kartell allegat, flimkien ma’ prospett korporattiv li jkun fih l-istess tip ta’ informazzjoni speċifikata fil-punt (9)(a), li tippermetti lill-Kummissjoni li tikkostata ksur tal-Artikolu 81 KE. |
(12) |
B'żieda mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (8)(a), (9), u (10) jew fil-punti(8)(b) u 11, kif xieraq, il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin għandhom jkunu milħuqa f'kull każ biex jikkwalifikaw għal xi immunità minn multa:
|
(13) |
Kull impriża li tkun ħadet passi sabiex tisforza impriżi oħra sabiex jidħlu fil-kartell jew jibqgħu fih mhix eliġibbli għall-immunità mill-multi. Hija tista’ xorta waħda tikkwalifika għal tnaqqis fil-multi jekk twettaq ir-rekwiżiti relevanti u tissodisfa l-kundizzjonijiet għal dan. |
B. Il-proċedura
(14) |
Impriża li tkun tixtieq tapplika għall-immunità minn multi għandha tikkuntattja lid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni. L-impriża tista’ inizjalment jew tapplika għal marker jew immedjatament tipproċedi sabiex tagħmel applikazzjoni formali lill-Kummissjoni għall-immunità mill-multi sabiex tissodisfa l-kundizzjonijiet fil-punti (8) (a) jew (8) (b), kif xieraq. Il-Kummissjoni tista’ tinjora kull applikazzjoni għall-immunità mill-multi fuq il-bażi li din tkun tressqet wara li d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tkun diġà nħarġet. |
(15) |
Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jagħtu marker li tipproteġi l-post fil-kju tal-applikanti tal-immunità għal perjodu li jiġi speċifikat każ b’każ sabiex jippermettu l-ġbir tal-informazzjoni u provi neċessarji. Sabiex ikun eliġibbli li jingħata marker, l-applikant irid jipprovdi lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-isem u l-indirizz tiegħu, il-partijiet fil-kartell allegat, il-prodott(i) affettwat(i) u territorju/i, stima tat-tul ta’ żmien tal-kartell allegat u n-natura tal-kondotta tal-kartell allegat. L-applikant għandu jinforma wkoll lill-Kummissjoni dwar applikazzjonijiet oħra passati jew futuri possibbli għall-klemenza quddiem awtoritajiet oħra fir-rigward tal-kartell allegat u jiġġustifika t-talba għal marker. Meta jingħata l-marker, is-servizzi tal-Kummissjoni jiddeterminaw il-perjodu li fih l-applikant għandu jipperfezzjona l-marker billi jissottometti l-informazzjoni u l-provi meħtieġa sabiex jintlaħaq il-minimu relevanti għall-immunità. Impriżi li jkunu ngħataw marker ma jistgħux jipperfezzjonawh billi jagħmlu applikazzjoni formali f’termini ipotetiċi. Jekk l-applikant jipperfezzjona l-marker fil-perjodu stabbilit mis-servizzi tal-Kummissjoni, l-informazzjoni u l-provi pprovduti jitqiesu bħala li ġew sottomessi fid-data meta jkun ingħata l-marker. |
(16) |
Impriża li tagħmel applikazzjoni formali għall-immunità lill-Kummissjoni għandha:
|
(17) |
Jekk mitlub, id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni jipprovdi rċevuta għall-applikazzjoni mill-impriża għall-immunità mill-multi, li tikkonferma d-data u, fejn xieraq, il-ħin tal-applikazzjoni. |
(18) |
La darba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni u l-provi mressqin mill-impriża taħt il-punt (16)(a), u vverifikat li dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (8)(a) jew (8)(b), kif xieraq, hi tagħti lill-impriża immunità kondizzjonali minn multi bil-miktub. |
(19) |
Jekk l-impriża tkun ippreżentat informazzjoni u evidenza f'termini ipotetiċi, il-Kummissjoni ser tivverfika li n-natura u l-kontenut tal-provi deskritti fil-lista dettaljata msemmija fil-punt (16)(b) ser jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (8)(a) jew (8)(b), kif xieraq, u tinforma lill-impriża b'dan. Wara l-iżvelar tal-provi mhux aktar tard mid-data miftehma u wara li vverifikat li dawn jikkorrispondu mad-deskrizzjoni magħmula fil-lista, il-Kummissjoni tagħti lill-impriża l-immunità kondizzjonali minn multi bil-miktub. |
(20) |
Jekk ikun evidenti li l-immunità mhix disponibbli jew li l-impriża naqset milli tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (8) (a) jew (8) (b), kif xieraq, il-Kummissjoni tinforma lill-impriża bil-miktub. F’dan il-każ, l-impriża tista’ tirtira l-evidenza żvelata għall-finijiet tal-applikazzjoni tagħha għall-immunità jew titlob lill-Kummissjoni tikkunsidraha taħt it-taqsima III ta’ dan l-avviż. Dan ma jipprevenix lill-Kummissjoni milli tuża s-segħat normali ta' investigazzjoni tagħha biex tikseb l-informazzjoni. |
(21) |
Il-Kummissjoni mhix ser tikkunsidra applikazzjonijiet oħra għall-immunità minn multi qabel ma tkun ħadet pożizzjoni fuq applikazzjoni eżistenti fir-rigward tal-istess ksur tal-liġi issuspettat, irrispettivament minn jekk l-applikazzjoni għall-immunità tkunx ippreżentata b'mod formali jew b'talba għal marker. |
(22) |
Jekk fl-aħħar tal-proċedura amministrattiva, l-impriża tkun issodisfat il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (12), il-Kummissjoni tagħtiha immunità minn multi fid-deċiżjoni rilevanti. Jekk fl-aħħar tal-proċedura amministrattiva, l-impriża tkun issodisfat il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (12), il-Kummissjoni tagħtiha immunità minn multi fid-deċiżjoni rilevanti. Jekk il-Kummissjoni, wara li tkun tat l-immunità kondizzjonali finalment issib li l-applikant għall-immunità jkun ġiegħel lill-parteċipanti l-oħra, hija ma tagħtix l-immunità. |
III. TNAQQIS TA' MULTA
A. Rekwiżiti għal tnaqqis tal-multi
(23) |
Impriżi li jiżvelaw il-parteċipazzjoni tagħhom f'allegat kartell li jaffettwa lill-Komunità u li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet taħt is-sezzjoni II hawn fuq jistgħu jkunu eliġibbli biex jibbenefikaw minn tnaqqis ta' kull multa li kieku kienet tkun imposta. |
(24) |
Biex tikkwalifika, impriża għandha tipprovdi l-Kummissjoni bi provi tal-ksur allegat li jirrapreżentaw valur miżjud sinifikanti b'rispett għall-evidenza li diġa' tkun tinstab fil-pussess tal-Kummissjoni u għanda tissodisfa l-kundizzjonijiet kumulattivi stabbiliti fil-punti (12)(a) sa (12)(c) ta' hawn fuq. |
(25) |
Il-kunċett ta’ “valur miżjud” jirreferi għall-punt sa fejn il-provi prodotti jsaħħu, bin-natura tagħhom u/jew bil-livell ta’ preċiżjoni tagħhom, il-kapaċità tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-eżistenza tal-akkordju allegat. F'din l-istima, il-Kummissjoni ġeneralment tikkunsidra l-provi bil-miktub li joriġinaw mill-perjodu ta' żmien li miegħu jirrelataw il-fatti biex ikollhom valur ikbar mill-provi stabbiliti wara. Il-provi li huma direttament rilevanti għall-fatti msemmija ġeneralment jiġu kkunsidrati li għandhom valur akbar minn dawk b'rilevanza indiretta biss. Bl-istess mod, il-livell ta’ korroborazzjoni ta’ sorsi oħra, neċessarju sabiex il-provi ppreżentati jistgħu jkunu affidabbli kontra impriżi oħra involuti fil-kawża, jkollu effett fuq il-valur ta' dawk l-provi, b’tali mod li provi determinanti jingħataw valur ogħla minn provi bħal ma huma dikjarazzjonijiet li jkunu jridu jiġu kkorroborati jekk jiġu kkontestati. |
(26) |
F’kull deċiżjoni finali mogħtija fi tmiem il-proċedura amministrattiva, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-livell ta’ tnaqqis li minnu għandha tibbenefika l-impriża, relattiv mal-multa li altrimenti tiġi imposta. Għal:
Biex tiddefinixxi l-livell ta’ tnaqqis f’dawn l-iskali, il-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni d-data li fiha ġew ikkomunikati l-provi li jissodisfaw il-kundizzjoni msemmija fil-punt (24) u l-livell tal-valur miżjud li dawn irrappreżentaw. Jekk impriża li titlob tnaqqis fil-multa tkun l-ewwel li tippreżenta provi determinanti, fis-sens tal-punt (25), li l-Kummissjoni tuża biex tistabbilixxi fatti addizzjonali li jżidu l-gravità jew il-perjodu tal-ksur, il-Kummissjoni ma tiħux f'kunsiderazzjoni dawn il-fatti addizzjonali meta tiffissa l-ammont ta' xi multa imposta fir-rigward tal-impriża li tkun ippreżentathom. |
B. Il-proċedura
(27) |
Impriża li tixtieq tibbenefika minn tnaqqis ta’ multa għandha tagħmel applikazzjoni formali lill-Kummissjoni u għandha tippreżentalha provi suffiċjenti tal-kartell allegat sabiex tikkwalifika għal tnaqqis ta’ multa skont il-punt (24) ta’ dan l-avviż. Kull preżentazzjoni volontarja ta’ provi lill-Kummissjoni li l-impriża li tippreżentaha tkun tixtieq tiġi kkunsidrata għat-trattament benefiku tat-taqsima III ta’ dan l-avviż għandha tiġi identifikata b’mod ċar fiż-żmien tal-preżentazzjoni tagħha bħala parti minn applikazzjoni formali għal tnaqqis ta’ multa. |
(28) |
Jekk mitlub, id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni jipprovdi rċevuta għall-applikazzjoni għal tnaqqis mill-multi u għal kwalunkwe preżentazzjoni sussegwenti ta’ provi, li tikkonferma d-data u, fejn xieraq, il-ħin ta’ kull preżentazzjoni. Il-Kummissjoni mhux ser tieħu pożizzjoni dwar applikazzjoni għat-tnaqqis ta' multa qabel ma tkun ħadet pożizzjoni fuq kull applikazzjoni eżistenti għall-immunità kundizzjonali minn multi fir-rigward tal-istess kartell allegat. |
(29) |
Jekk il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni preliminarja li l-provi mressqin mill-impriża jikkostitwixxu valur miżjud sinifikanti fis-sens tal-punti (24) u (25) u li l-impriza tkun issodisfat il-kundizzjonijiet tal-punti (12) u (27), għandha tinforma lill-impriża bil-miktub, mhux aktar tard mid-data li fiha ġiet notifikata dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet, bl-intenzjoni tagħħa li tapplika tnaqqis ta' multa fi ħdan faxxa speċifika kif previst fil-punt (26). Fl-istess perjodu ta’ żmien, il-Kummissjoni tinforma wkoll lill-impriża bil-miktub jekk hija tasal għall-konklużjoni preliminari li l-impriża ma tikkwalifikax għal tnaqqis tal-multa. Il-Kummissjoni tista’ tinjora kull applikazzjoni għal tnaqqis tal-multi fuq il-bażi li din tkun tressqet wara li tkun ħarġet id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. |
(30) |
Il-Kummissjoni ser tevalwa l-pożizzjoni finali ta' kull impriża li applikat għat-tnaqqis f'multa fl-aħħar tal-proċedura amministrattiva f'kull deċiżjoni adottata. Il-Kummissjoni tiddetermina f’kull deċiżjoni finali bħal din:
Jekk il-Kummissjoni ssib li l-impriża ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (12), hija ma tibbenefika mill-ebda trattament favorevoli taħt dan l-Avviż. |
IV. PROSPETTI KORPORATTIVI MAGĦMULA SABIEX DAWN JIKKWALIFIKAW TAĦT DAN L-AVVIŻ
(31) |
Prospett korporattiv huwa preżentazzjoni volontarja minn impriża, jew f’isimha, lill-Kummissjoni dwar l-għarfien tal-impriża dwar kartell u r-rwol tagħha fih, imħejjija apposta sabiex tiġi ppreżentata taħt dan l-Avviż. Kull dikjarazzjoni miktuba magħmula rigward il-Kummissjoni fir-rigward ta' dan l-avviż, tifforma parti mill-fajl tal-Kummissjoni. |
(32) |
Fuq rikjesta tal-applikant, il-Kummissjoni tista’ taċċetta li d-dikjarazzjonijiet tal-impriża jiġu pprovduti oralment sakemm l-applikant ma jkunx diġà żvela l-kontenut tal-prospett korporattiv lil partijiet terzi. Id-dikjarazzjonijiet korporattivi orali jistgħu jkunu rrekordjati u traskritti fil-bini tal-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (6) u l-Artikoli 3 u 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (7) l-impriżi li jagħmlu prospetti korporattivi bil-fomm jingħataw l-opportunità li jivverifikaw il-preċiżjoni teknika tar-rekord, li jkun disponibbli fil-bini tal-Kummissjoni, u jistgħu jikkoreġu s-sustanza tas-sottomissjonijiet orali tagħhom fi ħdan perjodu definit. L-impriżi jistgħu jirrinunzjaw għal dawn id-drittijiet fil-limitu ta’ żmien imsemmi, u f’dan il-każ ir-reġistrazzjoni titqies minn dak il-mument bħala li ġiet approvata. Wara l-approvazzjoni espliċita jew impliċita tad-dikjarazzjoni orali jew il-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe korrezzjonijiet għaliha, l-impriża għandha tisma’ r-reġistrazzjonijiet fl-uffiċċji tal-Kummissjoni u tivverifika l-preċiżjoni tat-traskrizzjoni f’limitu ta’ żmien stabbilit. In-nuqqas ta’ konformità ma’ dan l-aħħar rekwiżit jista’ jwassal għat-telf ta’ trattament benefiċjarju taħt dan l-Avviż. |
(33) |
L-aċċess għall-prospetti korporattivi jingħata biss lid-destinatarji ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, sakemm dawn jimpenjaw ruħhom, - flimkien mar-rappreżentanti legali li jirċievu l-aċċess f’isimhom -, li ma jagħmlu l-ebda kopja b’mezzi mekkaniċi jew elettroniċi ta’ kwalunkwe informazzjoni fid-dikjarazzjoni ta’ impriża li għaliha jkun ingħata aċċess u li jiżguraw li l-informazzjoni li tinkiseb mill-prospett korporattiv tintuża biss għall-finijiet imsemmija aktar 'l isfel. Partijiet oħra bħal pereżempju l-ilmentaturi ma jingħatawx aċċess għall-prospetti korporattivi. Il-Kummissjoni tqis li din il-protezzjoni speċifika ta’ prospett korporattiv ma tkunx ġustifikata sa mill-mument meta l-applikant jiddivulga l-kontenut tagħha lil partijiet terzi. |
(34) |
Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-regoli għall-aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni (8), l-aċċess għall-fajl jingħata biss lil dawk li lilhom tkun indirizzata dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet bil-kundizzjoni li l-informazzjoni miksuba b’dan il-mod tista’ tintuża biss għall-iskopijiet ta’ proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Komunità in kwistjoni fil-proċeduri amministrativi relatati. L-użu ta' informazzjoni bħal din għal skop different waqt il-proċedura tista' tkun meqjusa bħala nuqqas ta' kooperazzjoni fis-sens tal-punti (12) u (27) ta' dan l-Avviż/. Barra minn hekk, jekk użu bħal dan isir wara li l-Kummissjoni tkun diġà addottat deċiżjoni ta' projbizzjoni fil-proċedimenti, il-Kummissjoni tista', fi kwalunkwe proċediment legali quddiem il-Qrati tal-Komunità, titlob lill-Qorti biex iżżid il-multa fir-rigward tal-impriża responsabbli. F'każ li l-informazzjoni tintuża għal skop ieħor, fi kwalunkwe mument, bl-involviment ta' xi rappreżentant legali estern, il-Kummissjoni tista' tirraporta l-inċident lill-uffiċċju fejn ir-rappreżentant legali jipprattika, bl-għan ta' azzjoni dixxiplinarja. |
(35) |
Il-prospetti korporattivi magħmula skont dan l-Avviż jkunu trasmessi biss lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri skont l-Artikolu 12 tar-Regolmanet Nru 1/2003, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fin-Notifika tan-Netwerk (9) ikunu milħuqa u sakemm il-livell ta' protezzjoni kontra l-iżvelar mogħti mill-awtorità tal-kompetizzjoni riċeventi jkun tal-istess livell ta' dak tal-Kummissjoni. |
V. KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI
(36) |
Il-Kummissjoni ma tiħux pożizzjoni dwar l-opportunità li tingħata jew le immunità kundizzjonali jew inkella li tiġi rikompensata jew le talba, jekk ikun jidher li t-talba tikkonċerna ksur li għalih japplika t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin iffissat fl-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 1/2003, peress li tali talba tkun mingħajr skop. |
(37) |
Sa mid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali, dan l-avviż jieħu post l-avviż tal-Kummissjoni tal-2002 dwar l-immunità mill-multi u t-tnaqqis tal-multi f’każijiet ta’ kartelli għall-każijiet kollha fejn l-ebda impriża ma tkun ikkuntattjat lill-Kummissjoni sabiex tieħu vantaġġ mit-trattament favorevoli stabbilit f’dak l-avviż. Madankollu, il-punti (31) sa (35) tal-avviż preżenti se jiġu applikati mill-mument tal-pubblikazzjoni tiegħu għall-applikazzjonijiet kollha pendenti u ġodda għall-immunità mill-multi jew għal tnaqqis ta’ multi. |
(38) |
Il-Kummissjoni hija konxja li dan l-avviż ser joħloq stennija leġittima li fuqha dawn l-impriżi jistgħu jiddependu meta jiżvelaw l-eżistenza ta' kartell lill-Kummissjoni. |
(39) |
Skont il-prattika tal-Kommissjoni, il-fatt li impriża kkooperat mal-Kummissjoni matul il-proċedura amministrattiva tagħha ser jiġi ndikat f'kull deċiżjoni, biex tiġi spjegata r-raġuni għall-immunità jew tnaqqis tal-multa. Il-fatt li jingħataw immunità jew tnaqqis fir-rigward ta' multi ma jistax jipproteġi lil xi impriża mill-konsegwenzi tal-liġi ċivili għall-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur tal-Artikolu 81 KE. |
(40) |
Il-Kummissjoni ssostni li normalment l-iżvelar pubbliku ta’ dokumenti u dikjarazzjonijiet miktuba jew rekordjati waslu fil-kuntest ta’ dan l-Avviż jimmina ċerti interessi pubbliċi jew privati, pereżempju l-protezzjoni tal-għan ta’ spezzjonijiet u investigazzjonijiet fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (10), anke wara li d-deċiżjoni tkun ittieħdet. |
(1) Referenza f'dan it-test għall-Artikolu 81 KE tkopri wkoll l-Artikolu 53 ŻEE fejn applikat mill-Kummissjoni skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 56 tal-Ftehim ŻEE.
(3) Il-valutazzjoni tal-livell limitu jkollha titwettaq ex ante, jiġifieri mingħajr ma jitqies jekk ispezzjoni partikolari tkunx irnexxiet jew jekk ispezzjoni tkunx ġiet imwettqa jew le. Il-valutazzjoni għandha ssir esklussivament abbażi tat-tip u l-kwalità tal-informazzjoni sottomessa mill-applikant.
(4) Prospetti korporattivi jistgħu jieħdu l-forma ta’ dokumenti miktuba ffirmati minn impriża jew f’isimha jew magħmula oralment.
(5) Dan jeħtieġ b’mod partikolari li l-applikant jipprovdi informazzjoni akkurata, mhux qarrieqa, u sħiħa. Ara s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Ġunju 2006 fil-każ C-301/04 P, il-Kummissjoni vs SGL Carbon AG a.o., fil-paragrafi 68-70, u s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Ġunju 2005 fil-Kawżi C-189/02 P, C-202/02 P, C-205/02 P, C-208/02 P u C-213/02 P, Dansk Rørindustri A/S a.o. vs il-Kummissjoni, fil-paragrafi 395-399.
(7) ĠU L 123 of 27.4.2004, p. 18.
(8) ĠU C 325, 22.12.2005, p. 7.
(9) L-avviż tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi ħdan in-Netwerk tal-Awtorijatjiet tal-Kompentizzjoni, ĠU C 101, 27.4.2004, p. 43.
(10) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.