Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42014X1015(01)

    Ir-Regolament Nru 60 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' muturi b'żewġ roti u mopeds b'żewġ roti fir-rigward ta' kontrolli mħaddma mis-sewwieq inkluż l-identifikazzjoni tal-kontrolli, sinjalaturi u indikaturi

    ĠU L 297, 15.10.2014, p. 23–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/60/oj

    15.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 297/23


    It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, li jinsab fuq:

    http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

    Ir-Regolament Nru 60 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' muturi b'żewġ roti u mopeds b'żewġ roti fir-rigward ta' kontrolli mħaddma mis-sewwieq inkluż l-identifikazzjoni tal-kontrolli, sinjalaturi u indikaturi

    Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

    Suppliment 4 tas-serje ta' emendi 00 — Id-data tad-dħul fis-seħħ: 3 ta' Novembru 2013

    KONTENUT

    REGOLAMENT

    1.

    Kamp ta' applikazzjoni

    2.

    Definizzjonijiet

    3.

    Applikazzjoni għall-approvazzjoni

    4.

    Approvazzjoni

    5.

    Rekwiżiti

    6.

    Modifikazzjonijiet tat-tip ta' vettura

    7.

    Konformità tal-produzzjoni

    8.

    Il-penali għan-nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni

    9.

    Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

    10.

    Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

    L-ANNESSI

    1.

    Komunikazzjoni

    2.

    Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

    1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

    Dan ir-Regolament japplika għal vetturi tal-kategoriji L1 u L3  (1) fir-rigward ta' kontrolli mħaddma mis-sewwieq.

    Dan ir-Regolament jispeċifika r-rekwiżiti għall-pożizzjoni, l-identifikazzjoni, l-illuminazzjoni u t-tħaddim tal-kontrolli, sinjalaturi u indikaturi fuq mopeds u muturi.

    2.   DEFINIZZJONIJIET

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    2.1.

    “Approvazzjoni ta' vettura” tfisser l-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward ta' kontrolli mħaddma mis-sewwieq, fejn dawn il-kontrolli jkunu installati u fir-rigward tal-identifikazzjoni tagħhom.

    2.2.

    “Tip ta' vettura” tfisser kategorija ta' vetturi bil-magna li ma jvarjawx fir-rigward tal-arranġamenti li jistgħu jaffettwaw il-funzjoni jew il-pożizzjoni tal-kontrolli mħaddma mis-sewwieq.

    2.3.

    “Vettura” tfisser mutur b'żewġ roti jew moped b'żewġ roti kif definit fil-paragrafu 2.1.1 jew 2.1.3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni ta' Vetturi (R.E. 3) (1).

    2.4.

    “Kontroll” tfisser kwalunkwe parti tal-vettura jew apparat direttament attivata mis-sewwieq li tibdel l-istat jew il-funzjonament tal-vettura jew ta' kwalunkwe parti tagħha.

    2.5.

    “Apparat” tfisser element jew assemblaġġ ta' elementi li jintuża biex titwettaq funzjoni waħda jew aktar.

    2.6.

    “Manubriji” tfisser kwalunkwe parti ta' bar jew bars konnessi ma' fuq tal-frieket (steering head) li permezz tagħha l-vettura tiġi mmexxija.

    2.7.

    “Manubriji: tan-naħa tal-lemin” tfisser kwalunkwe parti tal-manubriji li, fid-direzzjoni tal-moviment 'il quddiem, tkun qiegħda fuq il-lemin tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

    2.8.

    “Manubriji: tan-naħa tax-xellug” tfisser kwalunkwe parti tal-manubriji li, fid-direzzjoni tal-moviment 'il quddiem, tkun qiegħda fuq ix-xellug tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

    2.9.

    “Manubriji: ta' quddiem” tfisser kwalunkwe parti tal-manubriji li tkun qiegħda fuq in-naħa l-aktar imbiegħda mis-sewwieq meta dan ikun bilqiegħda fil-pożizzjoni tas-sewqan.

    2.10.

    “Manku” tfisser dik il-parti tal-manubriji, l-aktar imbiegħda miċ-ċentru, li s-sewwieq tal-vettura jżomm il-manubriji biha.

    2.11.

    “Manku jdur” tfisser manku, li jħaddem xi mekkaniżmu funzjonali tal-vettura, li jkun jista' jiddawwar mal-manibriju mis-sewwieq tal-vettura.

    2.12.

    “Qafas” tfisser kwalunkwe parti mill-qafas, xażi jew benniena tal-vettura, li magħha titwaħħal il-magna u/jew l-unità tat-trażmissjoni, u/jew il-magna u l-unità tat-trażmissjoni nnifisha.

    2.13.

    “Qafas: tan-naħa tax-xellug” tfisser kwalunkwe parti tal-qafas li, fid-direzzjoni tal-moviment 'il quddiem, tkun qiegħda fuq ix-xellug tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

    2.14.

    “Qafas: tan-naħa tal-lemin” tfisser kwalunkwe parti tal-qafas li, fid-direzzjoni tal-moviment 'il quddiem, tkun qiegħda fuq il-lemin tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

    2.15.

    “Liver” tfisser kwalunkwe apparat magħmul minn driegħ li jdur fuq fulkru, li permezz tiegħu jitħaddem xi mekkaniżmu funzjonali tal-vettura.

    2.16.

    “Liver tal-idejn” tfisser liver li jitħaddem bl-idejn tas-sewwieq;

    Nota: Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, liver tal-idejn jitħaddem permezz ta' kompressjoni, (jiġifieri, il-moviment tal-apiċi tal-liver lejn l-istruttura ta' appoġġ), pereżempju biex jitħaddem il-mekkaniżmu tal-brejk jew biex jiġi rilaxxat il-mekkaniżmu tal-klaċċ.

    2.17.

    “Liver tas-saqajn” tfisser liver imħaddem permezz ta' kuntatt bejn is-sieq tas-sewwieq u sporġenza mid-driegħ tal-liver.

    2.18.

    “Pedala” tfisser liver imħaddem permezz ta' kuntatt bejn is-sieq tas-sewwieq u padding fuq il-liver, f'tali pożizzjoni li jippermetti li tiġi applikata pressjoni fuq id-driegħ tal-liver.

    Nota: Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, il-pedala titħaddem permezz ta' depressjoni, pereżempju, biex jitħaddem il-mekkaniżmu tal-brejk.

    2.19.

    “Pedali riding” tfisser dawk l-apparati li huma konnessi ma' xi forma ta' trażmissjoni u li jistgħu jintużaw biex jinsaq moped

    2.20.

    “driegħ rocker” tfisser liver, bil-pern fiċ-ċentru tiegħu jew qribu u li jkollu padding jew sporġenza f'kull tarf, imħaddem permezz ta' kuntatt bejn is-sieq tas-sewwieq u l-paddings jew sporġenzi msemmija.

    2.21.

    “Favur l-arloġġ” tfisser id-direzzjoni tar-rotazzjoni madwar l-assi tal-parti kkunsidrata, li ssegwi l-mozzjoni tal-idejn arloġġ, kif tidher minn naħa ta' fuq jew in-naħa ta' barra tal-parti kkunsidrata.

    2.22.

    “Kontra l-arloġġ” tfisser l-oppost ta' “Favur l-arloġġ”

    2.23.

    “Brejkijiet kombinati” tfisser sistema ta' tħaddim (permezz ta' azzjoni idrawlika jew konnessjoni mekkanika, jew it-tnejn) fejn iż-żewġ brejkijiet ta' quddiem u ta' wara tal-vettura jitħaddmu mill-inqas parzjalment bl-użu ta' kontroll wieħed biss.

    2.24.

    “Indikatur” tfisser apparat li jagħti informazzjoni dwar il-funzjonament jew is-sitwazzjoni ta' sistema jew ta' parti minn sistema, pereżempju, il-livell tal-fluwidu.

    2.25.

    “Sinjalatur” tfisser sinjal ottiku li jindika l-attwazzjoni ta' apparat, funzjonament jew kundizzjoni tajjeb/tajba jew ħażin(a), jew in-nuqqas ta' funzjonament.

    2.26.

    “Simbolu” tfisser dijagramma li tindentifika kontroll, sinjalatur jew indikatur.

    2.27.

    “Apparat ta' twissija ottika” tfisser fanal ta' quddiem li r-raġġ tiegħu jista' jiġi mteptep biex jagħti sinjali lil vetturi ġejjin min-naħa opposta jew lil vetturi fuq quddiem, pereżempju, meta vettura tkun se taqla' vettura quddiemha miexja aktar bil-mod.

    2.28.

    “Maġenb”, fir-rigward ta' simbolu li jidentifika kontroll, sinjaltur jew indikatur, tfisser li s-simbolu huwa qrib ħafna tal-kontroll, sinjaltur jew indikatur u l-ebda kontroll, sinjalatur, indikatur, simbolu ta' identifikazzjoni jew sors ta' illuminazzjoni ieħor ma jidher bejn is-simbolu ta' identifikazzjoni u l-kontroll, sinjalatur jew indikatur li dak is-simbolu jidentifika.

    2.29.

    “Spazju komuni” tfisser żona li fuqha jistgħu jintwerew iżjed minn sinjalatur, indikatur, simbolu tal-identifikazzjoni, jew messaġġ wieħed ieħor, iżda mhux fl-istess ħin.

    3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

    3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-kontrolli mħaddma mis-sewwieq għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu.

    3.2.   Għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li jissemmew hawn taħt, fi tliet kopji, u mill-partikolaritajiet li ġejjin:

    3.2.1.

    Tpinġijiet, fuq skala xierqa, u b'biżżejjed dettall tal-partijiet tal-vettura li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament huma relatati magħhom u, fejn meħtieġ, tal-vettura nnifisha.

    3.3.   Vettura rappreżentattiva tat-tip ta' vettura li trid tkun approvata, għandha tiġi ppreżentata lis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, għall-kontrolli msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan ir-Regolament.

    4.   APPROVAZZJONI

    4.1.   Jekk it-tip ta' vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 5. u 6. ta' hawn taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dik it-tip ta' vettura.

    4.2.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 00 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-iktar emendi tekniċi imortanti riċenti li saru lir-Regolament meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura.

    4.3.   L-avviż tal-approvazzjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament u permezz ta' tpinġijiet u dijagrammi pprovduti mill-applikant għall-approvazzjoni, f'format mhux akbar minn A4 (210 x 297 mm) jew mitwija f'dak il-format u fuq skala xierqa.

    4.4.   Ma' kull vettura li tikkonforma ma' tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, b'mod li jolqot l-għajn u f'post faċilment aċċessibbli speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti fi:

    4.4.1.

    Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2);

    4.4.2.

    In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit b'ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

    4.5.   Jekk il-vettura tikkonforma ma' tip ta' vettura approvat, skont Regolament wieħed jew aktar annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ma hemmx għalfejn jiġi ripetut; f'każ bħal dan, ir-Regolament u n-numri ta' approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f'kolonni vertikali fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

    4.6.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tinqara b'mod ċar u ma tkunx tista' titħassar.

    4.7.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun faċilment aċċessibbli.

    4.8.   L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempji ta' arranġamenti ta' marki tal-approvazzjoni.

    5.   REKWIŻITI

    5.1.   Ġenerali

    Vettura, jekk mgħammra b'kontroll, sinjalatur jew indikatur identifikat fit-Tabella 1, għandha tkun konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-pożizzjoni, identifikazzjoni, tħaddim, illuminazzjoni u kulur ta' dak il-kontroll, sinjalatur jew indikatur.

    Għal funzjonijiet li għalihom l-ebda simbolu ma jkun disponibbli fit-Tabella 1, il-manifattur jista' juża simbolu skont l-istandards xierqa. Meta l-ebda simbolu ma jkun disponibbli, il-manifattur jista' juża simbolu li joħloq hu stess. Dan is-simbolu m'għandu jikkawża ebda konfużjoni ma' xi simbolu speċifikat fit-Tabella 1.

    5.2.   Pożizzjoni

    5.2.1.   Il-kontrolli, elenkati fit-Tabella 1, għandhom ikunu pożizzjonati b'mod li jistgħu jitħaddmu u jintlaħqu mis-sewwieq meta dan ikun bilqiegħda fil-pożizzjoni tas-sewqan. Il-kontrolli għal “Ċowk Manwali” u “Valv Manwali tal-Għeluq tat-Tank tal-Fjuwil” għandhom ikunu pożizzjonati b'mod li jkunu jistgħu jitħaddmu u jintlaħqu mis-sewwieq meta dan ikun bilqiegħda.

    5.2.2.   Is-sinjalaturi u l-indikaturi elenkati fit-Tabella 1, u s-simboli ta' identifikazzjoni tagħhom għandhom ikunu pożizzjonati b'mod li jkunu viżibbli għas-sewwieq meta dan ikun bilqiegħda fil-pożizzjoni tas-sewqan, waqt is-sewqan kemm binhar u billejl. Is-sinjalaturi, indikaturi u simboli ta' identifikazzjoni tagħhom ma għandhomx għalfejn ikunu viżibbli meta ma jkunux attivati.

    5.2.3.   Is-simboli ta' identifikazzjoni għall-kontrolli, sinjalaturi u indikaturi għandhom jitqiegħdu fuq jew maġenb il-kontrolli, is-sinjalaturi u l-indikaturi li huma jidentifikaw ħlief kif provdut fil-paragrafu 5.2.5. ta' hawn taħt.

    5.2.4.   Il-kontrolli għal fanali ta' twissija ta' periklu, fanali ta' quddiem b'raġġ tal-passaġġ jew raġġ tas-sewqan, indikaturi tad-direzzjoni, fanali tat-twaqqif tal-magna supplementari, apparati ta' twissija akustika, fanali tal-brejkijiet u tal-klaċċ għandhom ikunu dejjem aċċessibbli għas-sewwieq bħala l-funzjoni ewlenija tal-kontroll korrispondenti mingħajr ma s-sewwieq ikollu jitlaq idejh minn fuq il-manku rispettiv.

    5.2.5.   Il-paragrafu 5.2.3. ta' hawn fuq ma japplikax għal kontrolli multifunzjonali, jekk il-kontroll ikun assoċjat ma' displej b'diversi funzjonijiet (multitask) li:

    5.2.5.1.

    Huwa viżibbli għas-sewwieq, u

    5.2.5.2.

    Jidentifika l-kontroll li huwa assoċjati miegħu, u

    5.2.5.3.

    Jidentifika s-sistemi kollha tal-vettura li l-kontroll tagħhom huwa possibbli mill-kontroll multifunzjonali. Is-sottofunzjonijiet ta' dawk is-sistemi ma għandhomx għalfejn jintwerew fuq is-saff ta' fuq tad-displej b'diversi funzjonijiet, u

    5.2.5.4.

    Ma jurix is-sinjalturi elenkati fit-Tabella 1.

    5.3.   Identifikazzjoni

    5.3.1.   Kull kontroll, sinjalatur jew indikatur elenkat fit-Tabella 1, għandu jiġi identifikat permezz tas-simbolu speċifikat rilevanti.

    5.3.2.   Simboli, kliem jew abbrevjazzjonijiet supplimentari jistgħu jintużaw fid-diskrezzjoni tal-manifattur flimkien ma' kwalunkwe simbolu, kelma jew abbrevjazzjoni speċifikati fit-Tabella 1.

    5.3.3.   Kull simbolu, kelma jew abbrevjazzjoni addizzjonali jew supplimentari użat mill-manifattur m'għandu jikkawża ebda konfużjoni ma' xi simbolu speċifikat f'dan ir-Regolament.

    5.3.4.   Meta kontroll, indikatur jew sinjalatur għall-istess funzjoni jiġu kkombinati, jista' jintuża simbolu wieħed biex jidentifika din il-kombinazzjoni.

    5.3.5.   Is-simboli ta' identifikazzjoni kollha għal sinjalaturi, indikaturi u kontrolli provduti fuq il-manubriju jew il-grupp tal-istrumenti għandhom ikunu pożizzjonati b'mod li s-sewwieq dejjem jarahom weqfin ħlief is-simbolu ta' kontroll ta' apparat ta' twissija akustika. Għal kontrolli li jduru li jkollhom pożizzjoni “mitfi”, dan ir-rekwiżit japplika għall-kontroll fil-pożizzjoni “mitfi”.

    5.3.6.   Meta installat, kull kontroll li jirregola funzjoni tas-sistema fuq medda kontinwa għandu jkollu identifikazzjoni provduta għal-limiti tal-medda tal-aġġustament tal-funzjonijiet.

    5.4.   Illuminazzjoni

    5.4.1.   Skont l-għażla tal-manifattur, kalunkwe kontroll, indikatur u s-simboli ta' identifikazzjoni rispettivi tagħhom jista' jiġi illuminat.

    5.4.2.   Is-sinjaltur għandu jixgħel meta sseħħ il-ħsara jew il-kundizzjoni tal-vettura li huwa maħsub biex jindika. Dan ma għandu jixgħel f'ebda ħin ieħor, ħlief waqt il-verifika tal-bozza.

    5.5.   Kulur

    5.5.1.   Il-kulur tad-dawl ta' kull sinjalatur għandu jkun kif speċifikat fit-Tabella 1.

    5.5.2.   Il-kulur ta' sinjalaturi mhux elenkati fit-Tabella 1 jista' jiġi magħżul mill-manifattur skont il-paragrafu 5.5.3 ta' hawn taħt. Il-kulur magħżul m'għandu jaħbi jew ifixkel l-identifikazzjoni ta' ebda sinjalatur, kontroll jew indikatur speċifikat fit-Tabella 1.

    5.5.3.   Il-kuluri huma rrakkomandati skont il-kodiċi tal-kulur li ġej:

    5.5.3.1.

    Aħmar: il-periklu għall-persuni jew ħsara serja ħafna għat-tagħmir huwa immedjat jew imminenti;

    5.5.3.2.

    Ambra (isfar): attenzjoni, 'il barra mil-limiti tat-tħaddim normali, ħsara fis-sistema tal-vettura, periklu ta' ħsara lill-vettura, jew xi kundizzjoni oħra li tista' tipproduċi periklu maż-żmien;

    5.5.3.3.

    Aħdar: sikur, kundizzjoni tat-tħaddim normali (ħlief jekk blu jew ambra jkun meħtieġ skont it-Tabella 1).

    5.5.4.   Kull simbolu li jintuża għall-identifikazzjoni ta' sinjalatur, kontroll jew indikatur għandu jkun ta' kulur li jispikka b'mod ċar fuq l-isfond.

    5.5.5.   Il-parti mimlija ta' kwalunkwe simbolu tista' tiġi sostitwita bil-profil estern tiegħu u l-profil estern ta' kwalunkwe simbolu jista' jiġi mimli.

    5.6.   Spazju komuni għall-wiri ta' messaġġi multipli

    Jista' jintuża spazju komuni biex tintwera informazzjoni minn kwalunkwe sors, suġġett għal dawn ir-rekwiżiti:

    5.6.1.

    Is-sinjalaturi u l-indikaturi li jidhru fl-ispazju komuni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafi 5.3, 5.4 u 5.5 ta' hawn fuq u għandhom jixegħlu malli tibda sseħħ il-kundizzjoni li huma maħsuba biex jidentifikaw.

    5.6.2.

    Is-sinjaltur u l-indikaturi li huma elenkati fit-Tabella 1 u li jidhru fl-ispazju komuni għandhom jixegħlu malli tibda sseħħ kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet ta' hawn taħt.

    5.6.3.

    Ħlief kif provdut fil-paragrafi 5.6.4, 5.6.5 u 5.6.6 ta' hawn taħt, meta sseħħ il-kundizzjoni għall-attwazzjoni ta' żewġ sinjalaturi jew iktar, l-informazzjoni għandha tiġi jew:

    (a)

    Ripetuta awtomatikament f'sekwenza, jew

    (b)

    Indikata b'mezz viżibbli u li tista' tintgħażel biex is-sewwieq jaraha meta jkun bilqiegħda fil-pożizzjoni tas-sewqan.

    5.6.4.

    Is-sinjalaturi għall-ħsara fis-sistema tal-brejkijiet, ir-raġġ tas-sewqan tal-fanal ta' quddiem u l-indikatur tad-direzzjoni m'għandhomx jintwerew fl-istess spazju komuni.

    5.6.5.

    Jekk isseħħ il-kundizzjoni għall-attivazzjoni ta' dawn is-sinjalaturi: ħsara fis-sistema tal-brejkijiet, ir-raġġ tas-sewqan tal-fanal ta' quddiem u l-indikatur tad-direzzjoni li jkunu jidhru fuq spazju komuni ma' sinjalaturi oħra, dawn għandu jkollhom prijorità fuq kull ħaġa oħra fl-ispazju komuni.

    5.6.6.

    L-informazzjoni murija fl-ispazju komuni tista' tkun titħassar awtomatikament jew mis-sewwieq, ħlief is-sinjalaturi tal-ħsara fis-sistema tal-brejkijiet, ir-raġġ tas-sewqan tal-fanal ta' quddiem, l-indikatur tad-direzzjoni u dawk li għalihom il-kulur aħmar huwa meħtieġ skont it-Tabella 1 ma għandhiex tkun tista' titħassar, jekk iseħħ il-kundizzjoni għall-attivazzjoni tagħhom.

    6.   MODIFIKAZZJONIJIET TAT-TIP TA' VETTURA

    6.1.   Kull modifikazzjoni tat-tip ta' vettura għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta' vettura. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip imbagħad tista' jew:

    6.1.1.

    Tqis li l-modifikazzjonijiet magħmula mhux probabbli li jkollhom effett ħażin apprezzabbli u li, fi kwalunkwe każ, il-vettura għadha konformi mar-rekwiżiti; jew

    6.1.2.

    Tesiġi li jsir rapport tat-testijiet ieħor mis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

    6.2.   Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati t-tibdiliet, għandha tiġi kkomunikata skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta' hawn fuq lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

    7.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    7.1.   Kull vettura li jkollha marka tal-approvazzjoni kif preskritt skont dan ir-Regolament għandha tikkonforma mat-tip ta' vettura approvat, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontrolli mħaddma mis-sewwieq.

    7.2.   Sabiex tiġi vverifikata l-konformità kif preskritt fil-paragrafu 7.1 ta' hawn fuq, għandhom isiru numru suffiċjenti ta' kontrolli aleatorji fuq vetturi manifatturati f'serje li jkollhom il-marka tal-approvazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament.

    8.   PENALIGĦAN-NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    8.1.   L-approvazzjoni mogħtija fil-każ ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 7.1 ta' hawn fuq, jew jekk il-vettura jew vetturi magħżula ma jgħaddux mit-testijiet preskritti fil-paragrafu 7.2 ta' hawn fuq.

    8.2.   Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, din għandha minnufih tavża b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' kopja tal-formola tal-approvazzjoni li fl-aħħar tagħha jkollha, f'ittri kbar, l-annotazzjoni “APPROVAZZJONI RTIRATA” ffirmata u datata.

    9.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

    Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta' tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jgħarraf b'dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità għandha tgħarraf b'dan lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, u dan permezz ta' kopja tal-formola tal-approvazzjoni li jkollha miktub fl-aħħar tagħha, b'ittri kbar, l-annotazzjoni “PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX” iffirmata u datata.

    10.   ISMIJIET U INDIRIZZI TA' SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

    Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew rifjut jew irtirar ta' approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.

    Tabella 1

    Simboli li jidentifikaw il-kontrolli, sinjalaturi u indikaturi

    Nru.

    Element

    Simbolu

    Funzjoni

    Pożizzjoni

    Kulur

    Definizzjoni

    Tħaddim

    1.

    Kontroll tat-twaqqif tal-magna supplementari

    (MITFI)

    Image

    Kontroll

    Pożizzjonat fuq il-manubriji: tan-naħa tal-lemin

     

     

    Bħala mezz tat-twaqqif tal-magna, u b'alternattiva għall-iswiċċ prinċipali jew għall-kontroll b'valv ta' dekompressjoni, il-vettura tista' tkun mgħammra b'kontroll ta' qtugħ awtomatiku (cut-out) tal-provvista tal-enerġija elettrika tal-magna (twaqqif tal-magna supplimentari).

    2.

    Kontroll tat-twaqqif tal-magna supplementari

    (ATTIVAT)

    Image

     

     

     

     

     

    3.

    Swiċċ tat-tqabbid

     

    Kontroll

     

     

    L-apparat li jippermetti lill-magna li taħdem, u li jista' wkoll jippermetti t-tħaddim ta' sistemi elettriċi oħra fuq vettura.

    Fil-każ ta' swiċċ li jdur, id-direzzjoni tal-moviment għandha tkun favur l-arloġġ meta jiddawwar mill-pożizzjoni “mitfi” għall-pożizzjoni tat-tqabbid “mixgħul”.

    4.

    Starter Elettriku

    Image

    Kontroll

     

     

     

     

    5.

    Ċowk Manwali

    Image

    Kontroll

    Il-kontroll m'għandux għalfejn ikun viżibbli mill-pożizzjoni tas-sewwieq

     

     

     

    Sinjalatur

     

    Ambra

     

     

    6.

    Newtrali

    (Għażla tal-Gerboks)

    Image

    Sinjalatur

     

    Aħdar

     

    Dan is-sinjalatur jixgħel meta tas-selettur tal-gerijiet ikun fil-pożizzjoni newtrali.

    7.

    Valv Manwali tal-Għeluq tat-Tank tal-Fjuwil

    (MITFI)

    Image

    Kontroll

    Il-kontroll m'għandux għalfejn ikun viżibbli mill-pożizzjoni tas-sewwieq

     

     

    Il-kontroll għandu jkollu pożizzjonijiet pożittivi separati għal “MITFI”, “MIXGĦUL” u “RIŻERVA” (meta tingħata provvista riżerva).

    8.

    Valv Manwali tal-Għeluq tat-Tank tal-Fjuwil

    (MIXGĦUL)

    Image

     

     

     

     

    Il-kontroll għandu jkun fil-pożizzjoni MIXGĦUL meta jkun f'direzzjoni 'l isfel mill-fluss tal-fjuwil bejn it-tank u l-magna: fil-pożizzjoni MITFI meta jkun f'direzzjoni perpendikulari mal-fluss tal-fjuwil, u fil-pożizzjoni RIŻERVA (fejn ikun applikabbli) meta jkun fid-direzzjoni 'l fuq mill-fluss tal-fjuwil.

    9.

    Valv Manwali tal-Għeluq tat-Tank tal-Fjuwil

    (RIŻ)

    Image

     

     

     

     

    Fil-każ ta' sistema li fiha l-fluss tal-fjuwil jiġi mwaqqaf meta l-magna tintefa, u jekk din tkun mgħammra b'kontroll, is-simboli u l-pożizzjonijiet tal-kontroll għandhom ikunu l-istess bħal dawk indikati għal Valv Manwali tal-Għeluq tat-Tank tal-Fjuwil.

    10.

    Spidometru

     

    Indikatur

     

     

     

    Id-displej għandu jixgħel kull meta l-fanal tal-pożizzjoni (jekk disponibbli) jew il-fanal ta' quddiem jiġi attivat.

    11.

    Apparat ta' twissija akustika (ħorn)

    Image

    Kontroll

    Fuq il-manubriji: tan-naħa tax-xellug għall-vetturi b'kontroll tal-għażla tal-gerijiet li jitħaddem indipendentement minn klaċċ manwali jew għall-vetturi mingħajr kontroll tal-għażla tal-gerijiet.

    Alternattivament, fuq il-manubriji: tan-naħa tal-lemin għall-vetturi b'kontroll tal-għażla tal-gerijiet pożizzjonat fuq il-manubriji: tan-naħa tax-xellug u li jitħaddem flimkien ma' klaċċ manwali.

     

     

    Jiġi attivat permezz ta' għafsa.

    12.

    Raġġ tas-sewqan (Raġġ prinċipali, għoli jew ta' fuq — Main, high or upper beam) —

    (Hi)

    Image

    Kontroll

    Fuq il-manubriji: tan-naħa tax-xellug għall-vetturi b'kontroll tal-għażla tal-gerijiet li jitħaddem indipendentement minn klaċċ manwali jew għall-vetturi mingħajr kontroll tal-għażla tal-gerijiet.

    Alternattivament, fuq il-manubriji: tan-naħa tal-lemin għall-vetturi b'kontroll tal-għażla tal-gerijiet pożizzjonat fuq il-manubriji: tan-naħa tax-xellug u li jitħaddem flimkien ma' klaċċ manwali.

     

     

     

     

     

     

    Sinjalatur

     

    Blu

     

     

    13.

    Raġġ tal-passaġġ ('l isfel, baxx jew ta' taħt — Dipped, low or lower Beam) —

    (Lo)

    Image

    Kontroll

    Fuq il-manubriji: tan-naħa tax-xellug għall-vetturi b'kontroll tal-għażla tal-gerijiet li jitħaddem indipendentement minn klaċċ manwali jew għall-vetturi mingħajr kontroll tal-għażla tal-gerijiet.

    Alternattivament, fuq il-manubriji: tan-naħa tal-lemin għall-vetturi b'kontroll tal-għażla tal-gerijiet pożizzjonat fuq il-manubriji: tan-naħa tax-xellug u li jitħaddem flimkien ma' klaċċ manwali.

     

     

     

     

     

     

    Sinjalatur

     

    Aħdar

     

     

    14.

    Apparat ta' twissija ottika

     

    Kontroll

    Maġenb il-Kontroll tar-Raġġ tas-Sewqan/tar-Raġġ tal-Passaġġ.

     

     

    Jista' jkun funzjoni addizzjonali tal-Kontroll tar-Raġġ tas-Sewqan/tar-Raġġ tal-Passaġġ.

    Meta l-kontroll jiġi rilaxxat, ir-raġġ għandu jmur lura għall-istat preċedenti.

    15.

    Fanali ta' kontra ċ-ċpar — ta' quddiem

    Image

    Kontroll

     

     

     

     

     

     

     

    Sinjalatur

     

    Aħdar

     

     

    16.

    Fanali ta' kontra ċ-ċpar — ta' wara

    Image

    Kontroll

     

     

     

     

     

     

     

    Sinjalatur

     

    Ambra

     

     

    17.

    Indikaturi tad-direzzjoni

    Image

    Kontroll

    Il-kontroll(i) għandu/għandhom jiġu pożizzjonati fuq il-manubriju, fejn is-sewwieq ikun jista' jarahom ċar, u għandhom jiġu mmarkati b'mod ċar.

     

     

    Il-kontroll għandu jkun iddisinjat b'tali mod li, kif jidher mid-direzzjoni tas-sit tas-sewwieq, it-tħaddim tal-porzjon tax-xellug jew il-moviment lejn ix-xellug tal-kontroll jattwa l-indikaturi tan-naħa tax-xellug, u viċi versa għall-indikaturi tan-naħa tal-lemin.

     

     

     

    Sinjalatur

     

    Aħdar

     

    Il-par vleġeġ huwa simbolu wieħed. Manadkollu, meta l-kontrolli jew is-sinjalaturi għal tidwir fuq ix-xellug jew fuq il-lemin jitħaddmu indipententement, iż-żewġ vleġeġ jistgħu jitqiesu simboli separati u allura jkun hemm spazju bejniethom.

    18.

    Sinjal ta' twissija ta' periklu

    Image

    Kontroll

     

     

     

     

     

     

     

    Sinjalatur

     

    Aħmar

    Rappreżentat jew mill-indikatur tad-direzzjoni u s-sinjalatur(i) jteptpu (fl-istess ħin), jew mis-simbolu ta' trijangolu rispettiv.

     

     

     

    Image

    Sinjalatur

     

    Aħdar

     

    19.

    Fanal tal-pożizzjoni

    Image

    Kontroll

     

     

    Rappreżentat mis-simboli rispettivi għal fanali tal-pożizzjoni, kontroll tal-fanal prinċipali u fanal tal-ipparkjar iżda jekk il-fanali kollha jinxtegħlu awtomatikament meta l-vettura tkun qed taħdem, ma jkun jeħtieġ li jidher ebda simbolu tal-fanali tal-pożizzjoni jew tal-kontroll tal-fanal prinċipali.

    Fil-każ ta' swiċċ li jdur, id-dawrien tas-swiċċ favur l-arloġġ għandu jħaddem, l-ewwel il-fanali tal-pożizzjoni tal-vettura mbagħad il-fanali prinċipali tal-vettura. Dan m'għandux jipprevjeni l-inklużjoni ta' swiċċijiet tal-pożizzjoni addizzjonali, sakemm dawn ikunu indikati b'mod ċar.

     

     

     

    Sinjalatur

     

    Aħdar

    20.

    Fanal prinċipali

    Image

    Kontroll

     

    Aħdar

     

     

     

     

     

    Sinjalatur

     

     

    Il-funzjoni tas-sinjalatur tista' tiġi provduta permezz tal-illuminazzjoni tal-grupp tal-istrumenti.

    Is-swiċċ ta' kontroll tad-dawl jista' jiġi kkombinat mal-iswiċċ tat-tqabbid, jekk dan ikun mixtieq.

    21.

    Fanal tal-Ipparkjar

    Image

    Kontroll

     

     

     

     

     

     

     

    Sinjalatur

     

    Aħdar

    Jekk il-funzjoni tal-Fanal tal-Ipparkjar tkun inkorporata fl-iswiċċ tat-tqabbid, l-identifikazzjoni hija fakultattiva.

     

    22.

    Indikatur tal-Fjuwil

    Image

    Indikatur

     

     

     

     

     

     

     

    Sinjalatur

     

    Ambra

     

     

    23.

    Temperatura tal-likwidu li jkessaħ il-magna

    Image

    Indikatur

     

     

     

     

     

     

     

    Sinjalatur

     

    Aħmar

     

     

    24.

    Iċċarġjar Elettriku

    Image

    Indikatur

     

     

     

     

     

     

     

    Sinjalatur

     

    Aħmar

     

     

    25.

    Żejt tal-Magna

    Image

    Indikatur

     

     

     

     

     

     

     

    Sinjalatur

     

    Aħmar

     

     

    26.

    Kontroll tal-Veloċità tal-Magna

     

    Kontroll

    Fuq il-manubriji: tan-naħa tal-lemin

     

     

    Kontroll bl-idejn. It-Tidwir tal-Manku f'direzzjoni Kontra l-Arloġġ iżid il-veloċità ta' rotazzjoni. Il-kontroll għandu jillokkja awtomatikament fid-direzzjoni favur l-arloġġ wara li jintelaq mill-idejn, sakemm ma jiġix attivat apparat ta' kontroll tal-veloċità tal-vettura.

    27.

    Brejk tar-rota ta' quddiem

     

    Kontroll

    Fuq il-manubriji: tan-naħa tal-lemin, ta' quddiem

     

     

    Liver tal-idejn

    Il-brejk tar-rota ta' quddiem jista' jitħaddem mal-brejk tar-rota ta' wara fil-każ ta' sistema ta' brejkijiet kombinati.

    28.

    Kontroll bis-sieq tal-brejkijiet tar-rota ta' wara

     

    Kontroll

    Fuq il-manubriji: tan-naħa tal-lemin

     

     

    Pedala

    Il-brejk tar-rota ta' wara jista' jitħaddem mal-brejk tar-rota ta' quddiem fil-każ ta' sistema ta' brejkijiet kombinati.

    29.

    Kontroll manwali tal-brejkijiet tar-rota ta' wara

     

    Kontroll

    Fuq il-manubriji: tan-naħa tax-xellug, ta' quddiem

     

     

    Liver tal-idejn

    Mhux permess għal vetturi bi klaċċ manwali

    Il-brejk tar-rota ta' wara jista' jitħaddem mal-brejk tar-rota ta' quddiem fil-każ ta' sistema ta' brejkijiet kombinati.

    30.

    Brejk tal-ipparkjar

     

    Kontroll

     

     

     

    Pedala jew liver tal-idejn

    31.

    Klaċċ

     

    Kontroll

    Fuq il-manubriji: tan-naħa tax-xellug

     

     

    Liver tal-idejn

    Il-klaċċ jiġi rilaxxat permezz ta' għafsa.

    Dan m'għandux jipprojbixxi l-użu ta' apparati fuq in-naħa tax-xellug tal-vettura li jippermettu t-tħaddim tal-klaċċ u tas-selettur tal-gerijiet flimkien.

    32.

    Selettur bis-saqajn tal-Kontroll Manwali tal-bdil tal-ger

     

    Kontroll

    Fuq il-manubriji: tan-naħa tax-xellug

     

     

    Liver tas-saqajn jew driegħ rocker

    Iċ-ċaqliq tal-parti ta' quddiem tal-liver tas-saqajn jew tad-driegħ rocker għandu jagħżel il-gerijiet f'sekwenza: iċ-ċaqliq 'il fuq tal-parti ta' quddiem tal-liver itella' l-ger pożizzjoni ogħla u ċ-ċaqliq 'l-isfel tagħha iwaqqa' l-ger pożizzjoni aktar baxxa. Jekk tiġi provduta pożizzjoni “newtrali” pożittiva separata, din għandha tkun fl-ewwel jew fit-tieni pożizzjoni fl-ordni tal-għażla tal-gerijiet (jiġifieri 1-N-2-3-4- … or N-1-2-3-4-…).

    Alternattivament, għal vetturi b'kapaċità tal-magna ta' inqas minn 200 cc, dawn jistgħu jiġu mgħammra bi trażmissjonijiet b'dawn l-ordnijiet tal-qlib ta' gerijiet:

    Ordni rotattiva (jiġifieri N-1-2-3-4-5-N-1.)

    Ordni riversa, fejn iċ-ċaqliq tal-parti ta' quddiem tal-liver tas-saqajn jew tad-driegħ rocker għandu jagħżel il-gerijiet f'sekwenza:

    iċ-ċaqliq 'il fuq tal-parti ta' quddiem iwaqqa' l-ger pożizzjoni aktar baxxa, u

    iċ-ċaqliq “l isfel itella” l-ger pożizzjoni ogħla.

    33.

    Selettur bl-idejn tal-Kontroll Manwali tal-bdil tal-ger

     

    Kontroll

    Fuq il-manubriji: tan-naħa tax-xellug

     

     

    Jekk il-kontroll isir permezz ta' tidwir tal-manku, it-tidwir kontra l-arloġġ għandu jagħżel sekwenzjalment gerijiet li jagħtu veloċità 'l quddiem dejjem akbar, u bil-kontra għat-tnaqqis tal-veloċità. Jekk tiġi provduta pożizzjoni “newtrali” pożittiva separata, din għandha tkun fl-ewwel jew fit-tieni pożizzjoni fl-ordni tal-għażla tal-gerijiet (jiġifieri N-1-2-3-4- … or 1-N-2-3-4-…).

    34.

    Ħsara fis-Sistema Antilokk tal-Brejkijiet

    Image

    Sinjalatur

     

    Ambra

     

     

    35.

    Fanal Indikatur ta' Ħsara

    Image

    Sinjalatur

     

    Ambra

    Għandu jintuża biex jindika ħsarat relatati mal-power-train li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet.

     


    (1)  Kif ġew iddefiniti fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para. 2. — www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html).

    (2)  In-numri ta' distinzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 qed jerġgħu jingħataw fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2/Amend.3.


    ANNESS 1

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS 2

    ARRANĠAMENT TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

    Mudell A

    (Ara l-paragrafu 4.4 ta' dan ir-Regolament)

    Image

    Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq li hija mwaħħla ma' vettura turi li t-tip ta' vettura kkonċernat, fir-rigward tal-kontrolli mħaddma mis-sewwieq, ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4) skont ir-Regolament Nru. 60 bin-Numru tal-approvazzjoni 002439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 60 fil-forma oriġinali tiegħu.

    Mudell B

    (Ara l-paragrafu 4.5 ta' dan ir-Regolament)

    Image

    Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla ma' vettura turi li t-tip ta' vettura kkonċernat ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4) skont ir-Regolamenti Nru. 60 u 10. (1)

    In-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 60 ma kienx ġie mmodifikat, u r-Regolament Nru 10 diġà kien jinkludi s-serje tal-emendi 03.


    (1)  Dan l-aħħar numru qed jingħata biss bħala eżempju.


    Top