This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D0011
Council Decision (EU) 2022/11 of 2 December 2021 on the position to be taken on behalf of the European Union at the 22nd meeting of the Contracting Parties to the Convention for the Protection of the Marine Environment and the Coastal Region of the Mediterranean (Barcelona Convention) and its Protocols as regards the adoption of a decision to amend Annexes I, II, III and IV and Annex VII, section A, to the Protocol for the Protection of the Mediterranean Sea against Pollution Resulting from Exploration and Exploitation of the Continental Shelf and the Seabed and its Subsoil (Offshore Protocol)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/11 tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (il-Konvenzjoni ta’ Barċellona) u l-Protokolli tagħha fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li temenda l-Annessi I, II, III u IV u l-Anness VII, Taqsima A, tal-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-Tniġġis Ikkaġunat mill-Esplorazzjoni u l-Isfruttament tal-Blata Kontinentali, Qiegħ il-Baħar u s-Sottoswol tiegħu (“Protokoll Offshore”)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/11 tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (il-Konvenzjoni ta’ Barċellona) u l-Protokolli tagħha fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li temenda l-Annessi I, II, III u IV u l-Anness VII, Taqsima A, tal-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-Tniġġis Ikkaġunat mill-Esplorazzjoni u l-Isfruttament tal-Blata Kontinentali, Qiegħ il-Baħar u s-Sottoswol tiegħu (“Protokoll Offshore”)
ST/13972/2021/INIT
ĠU L 4, 7.1.2022, pp. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
7.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 4/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/11
tat-2 ta’ Diċembru 2021
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (il-Konvenzjoni ta’ Barċellona) u l-Protokolli tagħha fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li temenda l-Annessi I, II, III u IV u l-Anness VII, Taqsima A, tal-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-Tniġġis Ikkaġunat mill-Esplorazzjoni u l-Isfruttament tal-Blata Kontinentali, Qiegħ il-Baħar u s-Sottoswol tiegħu (“Protokoll Offshore”)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 192(1) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (“il-Konvenzjoni ta’ Barċellona”) għall-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-Tniġġis Ikkaġunat mill-Esplorazzjoni u l-Isfruttament tal-Blata Kontinentali, Qiegħ il-Baħar u s-Sottoswol tiegħu (il-“Protokoll Offshore”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/5/UE (1) u daħal fis-seħħ fid-29 ta’ Marzu 2013. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 18(2), punt (iii), tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona, il-laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha għandha tadotta emendi għall-annessi tal-Protokolli tal-Konvenzjoni. |
|
(3) |
Matul it-22 laqgħa tagħhom mis-7 sal-10 ta’ Diċembru 2021, il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha huma mistennija jadottaw deċiżjoni (‘id-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti’) li temenda l-Annessi I, II, III u IV u l-Anness VII, Taqsima A, tal-Protokoll Offshore. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti tikkonċerna l-protezzjoni tal-ambjent, li hija kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha skont l-Artikolu 4(2), il-punt (e), tat-Trattat. Id-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti ma taqax f’qasam li fil-parti l-kbira tiegħu huwa kopert mir-regoli tal-Unjoni dwar tali protezzjoni. L-Unjoni ma għandhiex l-intenzjoni li tagħmel użu mill-possibbiltà li teżerċita l-kompetenza esterna tagħha fir-rigward ta’ oqsma koperti bid-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti, li fir-rigward tagħha l-kompetenza tagħha għadha ma ġietx eżerċitata internament. |
|
(5) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha, billi d-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti tikkonċerna l-adozzjoni ta’ emendi għall-Annessi I, II, II u IV u l-Anness VII, Taqsima A, tal-Protokoll Offshore li ser ikunu vinkolanti għall-Unjoni. |
|
(6) |
Peress li l-emendi previsti fl-Annessi I, II, III u IV u l-Anness VII, Taqsima A, tal-Protokoll Offshore ser jaġġornaw ir-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tal-Baħar Mediterran, ser jaffettwaw l-impenji u l-ambizzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni, u ser itejbu l-protezzjoni tal-ambjent, jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha għandha tkun li tiġi appoġġata l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li temenda l-Annessi I, II, III u IV u l-Anness VII, taqsima A, tal-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-Tniġġis Ikkaġunat mill-Esplorazzjoni u l-Isfruttament tal-Blata Kontinentali, Qiegħ il-Baħar u s-Sottoswol tiegħu.
Artikolu 2
Fid-dawl tal-iżviluppi fit-22 laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona u l-Protokolli tagħha, l-irfinar tal-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 jista’ jiġi maqbul mir-rappreżentanti tal-Unjoni, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, matul laqgħat ta’ koordinazzjoni fuq il-post mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. VRTOVEC
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/5/UE tas-17 ta’ Diċembru 2012 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-tniġġis ikkaġunat mill-esplorazzjoni u l-isfruttament tal-blata kontinentali, qiegħ il-baħar u s-sottoswol tiegħu (ĠU L 4, 9.1.2013, p. 13).