This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R0532
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/532 of 22 March 2021 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/532 tat-22 ta’ Marzu 2021 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/532 tat-22 ta’ Marzu 2021 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
C/2021/2064
ĠU L 106, 26.3.2021, p. 55–57
(BG, ES, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 106, 26.3.2021, p. 57–59
(CS)
In force
26.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 106/55 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/532
tat-22 ta’ Marzu 2021
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’dik it-tabella. |
(4) |
Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ tliet xhur. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||
Apparat (l-hekk imsejjaħ “stazzjon ta’ bażi għall-kameras” — camera station appliance — jew “apparat li jirrekordja all-in-one”) ippreżentat f’qafas wieħed b’dimensjonijiet ta’ madwar 33 × 23 × 8 cm, li jinkludi l-komponenti li ġejjin:
L-apparat ma għandux tuner tat-televiżjoni. L-apparat huwa mgħammar bl-interfaċċi li ġejjin: RJ45, USB, VGA, SPF and HDMI u eight-port switch integrat b’kapaċità ta’ PoE (Power over Ethernet). Huwa mgħammar b’sistema operattiva ta’ “magna standard għall-ipproċessar awtomatiku tad-data”. Huwa wkoll prekonfigurat u ssettjat b’“software għall-ġestjoni tal-kamera” speċjali u jinkludi liċenzji għal tmien kanali. L-apparat huwa ddiżinjat biex jirċievi data awdjo u vidjow permezz ta’ interfaċċa tat-telekomunikazzjoni (u Protokoll tal-Internet (IP)) minn massimu ta’ tmien kameras ta’ sorveljanza (kameras IP). Id-data tista’ tiġi rrekordjata fuq il-hard disc intern, fuq ħażna esterna (permezz tal-interfaċċa USB) jew l-apparat jista’ jibgħat id-data permezz tan-networks tat-telekomunikazzjoni lil indirizz IP ieħor (pereżempju, lil server, swiċċ, mowbajl, jew magna għall-ipproċessar awtomatiku tad-data). L-apparat jista’ jitqabbad ma’ monitor jew skrin u ma’ kontroll tat-tastiera. Huwa ppreżentat biex jintuża f’sistema ta’ sigurtà u sorveljanza. |
8521 90 00 |
Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, nota 3 tas-Sezzjoni XVI, nota 5(E) tal-Kapitolu 84 u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 8521 u 8521 90 00 . Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, l-apparat huwa maħsub biex jaħdem flimkien ma’ massimu ta’ tmien kameras għal skopijiet ta’ sorveljanza bil-video. Magna li, għal skopijiet bħal dawn, tirrekordja sinjali minn kameras u tista’ jew tibgħathom f’indirizz IP ieħor jew tirriproduċihom fuq skrin jew moniter, twettaq funzjoni speċifika għajr l-ipproċessar tad-data skont it-tifsira tan-nota 5 (E) tal-Kapitolu 84. (Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Marzu 2005, Ikegami Electronics, C-467/03, ECLI:EU:C:2005:182). Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8471 bħala magna għall-ipproċessar awtomatiku tad-data hija eskluża. L-apparat huwa ddiżinjat għall-fini li jwettaq żewġ funzjonijiet komplementari jew aktar skont it-tifsira tan-nota 3 tat-Taqsima XVI, jiġifieri t-trażmissjoni u r-riċezzjoni tad-data tal-intestatura 8517 u l-irrekordjar u r-riproduzzjoni tal-video tal-intestatura 8521 . Abbażi tal-karatteristiċi oġġettivi tal-apparat, il-funzjoni prinċipali hija dik tal-irrekordjar bil-video f’sistema ta’ sigurtà u sorveljanza. It-trażmissjoni u r-riċezzjoni tad-data huma biss funzjoni anċillari maħsuba biex ittejjeb it-tħaddim tas-sistema li fiha jkun inkorporat l-apparat. Għalhekk, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8517 hija eskluża. (Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Frar 2016, G. E. Security, C-143/15, ECLI:EU:C:2016:115, il-paragrafi minn 55 sa 57. Għalhekk l-apparat għandu jiġi kklassifikat bħala apparat ieħor li jirrekordja jew jirriproduċi l-video, li fihom jew ma fihomx tuner, taħt il-kodiċi NM 8521 90 00 . |