Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1747

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1747 tal-15 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward ta’ rekwiżiti tekniċi għal ċerti liċenzji u ċertifikati tal-ekwipaġġi tat-titjir, regoli dwar l-organizzazzjonijiet tat-taħriġ u l-awtoritajiet kompetenti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2019/7325

    ĠU L 268, 22.10.2019, p. 23–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1747/oj

    22.10.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 268/23


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1747

    tal-15 ta’ Ottubru 2019

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward ta’ rekwiżiti tekniċi għal ċerti liċenzji u ċertifikati tal-ekwipaġġi tat-titjir, regoli dwar l-organizzazzjonijiet tat-taħriġ u l-awtoritajiet kompetenti

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(1), l-Artikolu 27(1) u l-Artikolu 62(14) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati għal rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili.

    (2)

    L-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 uriet li ċerti rekwiżiti kien fihom żbalji editorjali jew ambigwitajiet. Barra minn hekk, għadd ta’ skadenzi jew dispożizzjonijiet, li oriġinarjament ġew inklużi biex l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex iġibu r-regoli nazzjonali tagħhom konformi mar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, skadew. Dan wassal għal problemi fir-rigward tal-implimentazzjoni u ċ-ċarezza tar-regoli tal-Unjoni. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ċċarati u kkorreġuti. Għandhom jiġu introdotti definizzjonijiet ġodda biex jiġi żgurat li t-termini jiġu implimentati b’mod uniformi.

    (3)

    Sabiex jittejbu l-proporzjonalità u t-trasparenza tas-sistema regolatorja għall-avjazzjoni ġenerali, ir-regoli applikabbli għal bdoti ta’ inġenji tal-ajru ħfief, bdoti privati, bdoti ta’ gliders u bdoti ta’ blalen tal-arja għandhom jiġu emendati biex jipprovdu għall-espansjoni tal-privileġġi u biex jiġi ċċarat il-kontenut tat-taħriġ u tal-eżamijiet. Meta tiġi prevista l-espansjoni tal-privileġġi, il-klassifikazzjonijiet fuq il-baħar, ir-rekwiżiti ta’ attivitajiet reċenti, ir-rekwiżiti tal-eżamijiet ta’ għarfien teoriku u r-rekwiżiti tal-ikkreditar għandhom jiġu ċċarati.

    (4)

    Ir-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni tal-istrumenti fir-rigward tal-ajruplani u l-ħelikopters għandhom jiġu emendati biex jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet dwar l-għarfien teoriku u t-tagħlim fit-titjir, kif ukoll ir-rekwiżiti dwar il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid.

    (5)

    Għandhom isiru emendi għar-rekwiżiti dwar il-klassifikazzjoni tal-klassi u tat-tip biex ikun hemm kjarifika u tiġi żgurata l-konsistenza fir-rigward tal-varjanti, il-validità u t-tiġdid. Barra minn hekk, għandhom isiru emendi biex jiġu ċċarati l-klassifikazzjoni ajrubatika, il-klassifikazzjonijiet tal-ġbid ta’ gliders u strixxuni, il-klassifikazzjoni ta’ billejl u r-rekwiżiti dwar il-klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji.

    (6)

    L-implimentazzjoni tar-regoli żvelat li xi wħud mir-rekwiżiti applikabbli għall-għalliema u l-eżaminaturi mhumiex ċari. B’riżultat ta’ dan, fir-rigward tal-għalliema, ir-rekwiżiti b’rabta maċ-ċertifikati, il-prerekwiżiti, il-valutazzjoni tal-kompetenza, il-validità, il-privileġġi u l-kundizzjonijiet, il-kontenut tal-kors ta’ taħriġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-għalliema għandhom jiġu emendati. Fir-rigward tal-eżaminaturi, ir-rekwiżiti b’rabta maċ-ċertifikati, l-istandardizzazzjoni, il-prerekwiżiti, il-valutazzjoni tal-kompetenza, il-validità, il-privileġġi u l-kundizzjonijiet, il-valutazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-eżaminaturi għandhom jiġu emendati.

    (7)

    Ir-Regolament (UE) 2018/1139 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu rikonoxxuti t-taħriġ u l-esperjenza fir-rigward tal-inġenji tal-ajru mhux soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 (l-Anness I “Inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 2(3)”) bil-għan li tinkiseb liċenzja skont il-Parti-FCL. Għal din ir-raġuni, ir-regoli rilevanti għall-organizzazzjonijiet tat-taħriġ u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu emendati biex ikun jista’ jsir tali rikonoxximent.

    (8)

    L-implimentazzjoni tar-regoli relatati mal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ iddikjarati (DTOs) (3) żvelat il-ħtieġa li jiġu ċċarati r-regoli applikabbli biex tiġi żgurata sorveljanza regolatorja effettiva tad-DTOs. Ir-rekwiżiti għandhom jiġu emendati biex jiġi żgurat li l-possibbiltà li wieħed jitħarreġ f’DTO għandha tkun permessa biss jekk dik id-DTO tkun tinsab fit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.

    (9)

    L-implimentazzjoni tar-regoli relatati mal-possibbiltà li jiġu ttrasferiti l-liċenzji skont il-Parti-FCL u ċ-ċertifikati mediċi assoċjati żvelat il-ħtieġa li jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti involuti u l-iskedar tat-trasferiment tar-responsabbiltà tas-sorveljanza. Għal din ir-raġuni, ir-regoli rilevanti għandhom jiġu emendati.

    (10)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ġew issuġġeriti fl-Opinjoni Nru 05/2017 li nħarġet mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 75(2) u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139 u fil-kuntest ta’ diskussjonijiet tekniċi sussegwenti.

    (11)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 1(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(3)   ċertifikati mediċi differenti għall-bdoti, il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka ta’ ċertifikati mediċi, il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi ta’ ċertifikati mediċi;”

    (2)

    Fl-Artikolu 2, jitħassru l-punti (4), (9), (10) u (13);

    (3)

    Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 jitħassar;

    (4)

    L-Artikolu 4(6) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “6.   Minkejja l-paragrafu 3, id-detenturi ta’ ċertifikat ta’ għalliem għall-klassifikazzjoni tal-klassi jew ta’ ċertifikat ta’ eżaminatur li jkollhom privileġġi b’rabta ma’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed għandu jkollhom dawk il-privileġġi kkonvertiti f’ċertifikat ta’ għalliem għall-klassifikazzjoni tat-tip jew ċertifikat ta’ eżaminatur għal ajruplani bi bdot wieħed.”;

    (5)

    L-Artikolu 5 huwa jitħassar;

    (6)

    L-Artikolu 9(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Rigward il-ħruġ ta’ liċenzji skont il-Parti-FCL f’konformità mal-Anness I, taħriġ mibdi qabel ma jibda japplika dan ir-Regolament skont ir-rekwiżiti u l-proċeduri tal-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni, taħt is-sorveljanza regolatorja tal-Istat Membru rrakkomandat għal rikonoxximent reċiproku fis-sistema tal-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni b’rabta mal-JARs rilevanti, għandu jingħata kreditu sħiħ sakemm it-taħriġ u t-testijiet ikunu ġew ikkompletati mhux aktar tard mit-8 ta’ April 2016 u liċenzja skont il-Parti-FCL tinħareġ sa mhux aktar tard mill-1 ta’ April 2020.”;

    (7)

    L-Artikolu 10a huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-organizzazzjonijiet għandhom ikunu intitolati jipprovdu taħriġ għall-bdoti involuti fit-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(b)(i) u (ii) tar-Regolament (UE) 2018/1139 biss meta dawk l-organizzazzjonijiet tkun inħarġitilhom approvazzjoni mill-awtorità kompetenti li tikkonferma li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-rekwiżiti tal-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

    Madankollu, b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 24(6) tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-organizzazzjonijiet li għandhom il-post ta’ negozju ewlieni tagħhom fi Stat Membru għandhom ikunu intitolati li jipprovdu t-taħriġ imsemmi fil-punt DTO.GEN.110 tal-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament mingħajr tali approvazzjoni fit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali meta dawn ikunu għamlu dikjarazzjoni lill-awtorità kompetenti skont ir-rekwiżiti stipulati fil-punt DTO.GEN.115 ta’ dak l-Anness u, meta dan ikun meħtieġ skont il-punt DTO.GEN.230(c) ta’ dak l-Anness, l-awtorità kompetenti tkun approvat il-programm tat-taħriġ. ”;

    (b)

    il-paragrafi 2, 3 u 4 jitħassru;

    (8)

    Fl-Artikolu 10b, il-paragrafi 2 u 3 jitħassru;

    (9)

    Fl-Artikolu 10c, il-paragrafi 2 u 3 jitħassru;

    (10)

    Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 jitħassar;

    (11)

    Fl-Artikolu 11a, il-paragrafi 2 u 3 jitħassru;

    (12)

    Fl-Artikolu 12, il-paragrafi 1b, 2, 3, 5 u 6 jitħassru;

    (13)

    L-Artikolu 12(7) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “7.   Meta Stat Membru jagħmel użu mir-rekwiżiti tal-paragrafi 2a u 4, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija. Din in-notifika għandha tiddeskrivi r-raġunijiet għal tali deroga kif ukoll il-programm tal-implimentazzjoni bl-azzjonijiet previsti u l-iskedar relatat tagħhom.”

    (14)

    L-Anness I (il-Parti-FCL), l-Anness VI (il-Parti-ARA) u l-Anness VIII (il-Parti-DTO) huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Madankollu, il-punti (57), (58), (59) u (66) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-21 ta’ Diċembru 2019.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat- 3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1119 tal-31 ta’ Lulju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ iddikjarati (ĠU L 204, 13.8.2018, p. 13).


    ANNESS

    L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 (il-Parti-FCL) huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Il-punt FCL.010 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    tiddaħħal id-definizzjoni li ġejja wara “Operazzjoni angulari”:

    “‘Valutazzjoni tal-kompetenza’ tfisser il-wiri tal-ħiliet, l-għarfien u l-attitudni għall-ħruġ inizjali, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikat ta’ għalliem jew ta’ eżaminatur.”;

    (b)

    tiddaħħal id-definizzjoni li ġejja wara “Għalliem għal Taħriġ fi Proċeduri ta’ Titjir u Navigazzjoni”:

    “‘Imtajra biss b’referenza għall-istrumenti’ tfisser li l-bdoti jtajru l-inġenju tal-ajru mingħajr ebda referenza viżwali esterna, f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi tal-istrument simulati jew reali (IMC).”;

    (c)

    tiddaħħal id-definizzjoni li ġejja wara “Operazzjoni lineari”:

    “‘Titjir f’linja taħt superviżjoni’ (LIFUS) tfisser titjir f’linja wara kors ta’ taħriġ ta’ klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħin ta’ titjir żero approvat jew it-titjir f’linja meħtieġ minn rapport dwar id-data tal-adegwatezza operattiva (OSD).”;

    (d)

    tiddaħħal id-definizzjoni li ġejja wara “Lejl”:

    “‘OSD’ tfisser id-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont l-Anness I (il-Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.”;

    (e)

    tiddaħħal id-definizzjoni li ġejja wara “Tip ta’ inġenju tal-ajru”:

    “‘Lista tal-klassifikazzjoni tat-tip u tal-approvazzjoni tal-liċenzja’ tfisser lista ppubblikata mill-Aġenzija bbażata fuq ir-riżultati tal-evalwazzjoni tal-OSD u li tinkludi klassijiet ta’ ajruplani u tipi ta’ inġenji tal-ajru għall-iskop ta’ liċenzjar tal-ekwipaġġi tat-titjir.”;

    (f)

    id-definizzjoni ta’ “lejl” hija sostitwita b’dan li ġej:

    “‘Lejl’ tfisser il-perjodu bejn it-tmiem tal-għabex ċivili ta’ filgħaxija u l-bidu tas-sebħ ċivili ta’ filgħodu jew tali perjodu ieħor bejn tlugħ ix-xemx u nżul ix-xemx kif jista’ jiġi preskritt mill-awtorità xierqa.”;

    (g)

    id-definizzjoni ta’ “apparat ieħor ta’ taħriġ (OTD)” hija sostitwita b’dan li ġej:

    “‘Apparat ieħor ta’ taħriġ’ (OTD) tfisser għajnuniet ta’ taħriġ li mhumiex FSTDs li jipprovdu mezz ta’ taħrig meta ma jkunx meħtieġ ambjent komplut ta’ kabina tal-bdot.”;

    (h)

    id-definizzjoni ta’ “kontroll tal-profiċjenza” hija sostitwita b’dan li ġej:

    “‘Kontroll tal-profiċjenza’ tfisser il-wiri ta’ kompetenza biex jiġu vvalidati mill-ġdid jew imġedda l-klassifikazzjonijiet jew il-privileġġi, u dan jinkludi kwalunkwe eżami orali li jista’ jkun meħtieġ.”;

    (2)

    Il-punt FCL.025 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Il-punt (a)(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(1)

    L-applikanti għandhom jagħmlu s-sett kollu ta’ eżamijiet tal-għarfien teoriku għal liċenzja jew klassifikazzjoni speċifika taħt ir-responsabbiltà tal-istess awtorità kompetenti tal-Istat Membru.”;

    (b)

    Il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(b)

    Standards ta’ punti minimi meħtieġa

    (1)

    Il-punti minimi meħtieġa f’karta tal-eżami tal-għarfien teoriku se jingħataw lill-applikant li jikseb mill-inqas 75 % tal-marki allokati f’dik il-karta. Ma għandux jintuża mmarkar b’penali (punti negattivi għal tweġibiet żbaljati).

    (2)

    Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor f’din il-Parti, applikant ikun għadda b’suċċess mill-eżami tal-għarfien teoriku li huwa rikjest għal-liċenzja jew għall-klassifikazzjoni xierqa ta’ bdot jekk ikun għadda mill-eżamijiet kollha meħtieġa tal-għarfien teoriku f’perjodu ta’ 18-il xahar li jibdew minn tmiem ix-xahar kalendarju meta l-applikant ikun għamel l-ewwel eżami.

    (3)

    Jekk l-applikant għall-eżami tal-għarfien teoriku tal-ATPL, jew għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ bdot kummerċjali (CPL), klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti (IR) jew klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti waqt ir-rotta (EIR) ma jkunx għadda minn wieħed mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku wara erba’ darbiet, jew ma jkunx għadda mill-eżamijiet kollha f’sitt darbiet jew fil-perjodu msemmi fil-punt (b)(2), għandu jerġa’ jagħmel is-sett kollu tal-eżamijiet tal-għarfien teoriku.

    (4)

    Jekk l-applikanti għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ bdot għal inġenji tal-ajru ħfief (LAPL), liċenzja ta’ bdot privat (PPL), liċenzja ta’ bdot ta’ glider (SPL) jew liċenzja ta’ bdot ta’ ballun tal-arja (BPL) ma jkunux għaddew minn wieħed mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku wara erba’ darbiet, jew ma jkunux għaddew mill-eżamijiet kollha fil-perjodu msemmi fil-punt (b)(2), għandhom jerġgħu jagħmlu s-sett kollu tal-eżamijiet tal-għarfien teoriku.

    (5)

    Qabel ma jerġgħu jagħmlu l-eżamijiet tal-għarfien teoriku, l-applikanti għandhom jieħdu taħriġ ulterjuri f’DTO jew f’ATO. Il-livell u l-ambitu tat-taħriġ meħtieġ għandhom jiġu stabbiliti mid-DTO jew mill-ATO, abbażi tal-ħtiġijiet tal-applikanti.”;

    (3)

    Il-punt FCL.040 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.040 L-eżerċitar tal-privileġġi tal-liċenzji

    L-eżerċitar tal-privileġġi mogħtija minn liċenzja għandu jiddependi fuq il-validità tal-klassifikazzjonijiet inklużi fiha, jekk applikabbli, u taċ-ċertifikat mediku kif xieraq għall-privileġġi eżerċitati.”;

    (4)

    Il-punt FCL.055 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.055 Profiċjenza fil-lingwa

    (a)

    Ġenerali. Bdoti ta’ ajruplani, ħelikopters, powered-lift u iġfna tal-ajru li huma rikjesti jużaw it-telefon bir-radju m’għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzji u l-klassifikazzjonijiet tagħhom sakemm ma jkollhomx approvazzjoni tal-profiċjenza fil-lingwa fil-liċenzja tagħhom jew bl-Ingliż jew bil-lingwa li tintuża għall-komunikazzjonijiet bir-radju involuti fit-titjira. L-approvazzjoni għandha tindika l-lingwa, il-livell tal-profiċjenza u d-data tal-validità, u għandha tinkiseb skont proċedura stabbilita minn awtorità kompetenti. Il-livell minimu aċċettabbli tal-profiċjenza huwa l-livell operattiv (Livell 4) skont l-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.

    (b)

    L-applikant għal approvazzjoni tal-profiċjenza fil-lingwa għandu juri, skont l-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness, mill-inqas livell operattiv ta’ profiċjenza fil-lingwa kemm fl-użu ta’ frażijiet kif ukoll fil-lingwa komuni lil valutatur iċċertifikat minn awtorità kompetenti jew korp li jittestja l-lingwa approvat minn awtorità kompetenti kif applikabbli. Sabiex jagħmel dan, l-applikant għandu juri l-kapaċità tiegħu li:

    (1)

    jikkomunika b’mod effettiv f’sitwazzjonijiet fejn tintuża l-vuċi biss u f’sitwazzjonijiet wiċċ imb wiċċ;

    (2)

    jikkomunika dwar suġġetti komuni u relatati max-xogħol b’mod preċiż u ċar;

    (3)

    juża strateġiji komunikattivi xierqa sabiex jiskambja messaġġi u biex jagħraf u jsolvi nuqqas ta’ ftehim f’kuntest ġenerali jew relatat max-xogħol;

    (4)

    jegħleb b’suċċess l-isfidi lingwistiċi li jitfaċċaw minħabba kumplikazzjonijiet jew avvenimenti mhux mistennija li jseħħu fil-kuntest tar-rutina tax-xogħol jew waqt kompitu ta’ komunikazzjoni li normalment ikun familjari magħhom; u

    (5)

    juża djalett jew aċċent li jinftiehem fil-komunità ajrunawtika.

    (c)

    Għajr għall-bdoti li jkunu wrew profiċjenza fil-lingwa fil-livell ta’ esperti (livell 6) skont l-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness, l-approvazzjoni tal-profiċjenza fil-lingwa għandha tiġi evalwata mill-ġdid kull:

    (1)

    4 snin, jekk il-livell muri jkun livell operattiv (livell 4); jew

    (2)

    6 snin, jekk il-livell muri jkun livell estiż (livell 5).

    (d)

    Rekwiżiti speċifiċi għad-detenturi tal-kwalifika tat-titjir bl-istrumenti (IR) jew kwalifika tat-titjir bl-istrumenti (EIR) waqt ir-rotta. Mingħajr preġudizzju għall-punti ta’ hawn fuq, id-detenturi ta’ IR jew EIR għandhom ikunu wrew il-kapaċità li jużaw l-Ingliż fil-livell xieraq ta’ profiċjenza kif definit fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.

    (e)

    Il-wiri ta’ profiċjenza fil-lingwa u l-kapaċità li jintuża l-Ingliż għal detenturi ta’ IR jew EIR għandhom isiru permezz ta’ metodu ta’ valutazzjoni stabbilit minn kwalunkwe awtorità kompetenti.”;

    (5)

    Il-punt FCL.060(c)(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(2)

    Jekk il-bdot ma jikkonformax mar-rekwiżit fil-punt (1), huwa għandu jlesti titjira ta’ taħriġ ma’ għalliem ikkwalifikat skont is-Subparti J biex jgħallem għal dak it-tip tal-inġenju tal-ajru. It-titjira ta’ taħriġ għandha ssir fl-inġenju tal-ajru jew FFS tat-tip ta’ inġenju tal-ajru li għandu jintuża u għandha tinkludi mill-inqas ir-rekwiżiti deskritti fil-punti (b)(1) u (2) qabel ma jkun jista’ jeżerċita l-privileġġi tiegħu.”;

    (6)

    Fil-punt FCL.115, jiżdied il-punt ġdid (d) kif ġej:

    “(d)

    Għat-taħriġ fir-rigward tal-privileġġ ta’ ajruplani b’magna waħda bil-pistuni tal-klassi tal-baħar, għandhom jitqiesu l-elementi tal-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness, il-punt 7 (Klassifikazzjoni ta’ klassi – baħar) tat-Taqsima B (Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru).”;

    (7)

    Il-punt FCL.120 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.120 LAPL – Eżami tal-għarfien teoriku

    (a)

    L-applikanti għal LAPL(A) u LAPL(H) għandhom juru livell ta’ għarfien teoriku xieraq għall-privileġġi mogħtija permezz ta’ eżamijiet dwar is-suġġetti li ġejjin:

    (1)

    suġġetti komuni:

    Il-proċeduri dwar il-liġi tal-ajru u l-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC);

    Il-prestazzjoni umana;

    Il-meteoroloġija;

    Il-komunikazzjonijiet;

    In-navigazzjoni.

    (2)

    suġġetti speċifiċi li jikkonċernaw il-kategoriji differenti ta’ inġenji tal-ajru:

    Il-prinċipji tat-titjir;

    Il-proċeduri operattivi;

    L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet;

    Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru.

    (b)

    L-applikanti għal LAPL(B) u LAPL(S) għandhom juru livell ta’ għarfien teoriku xieraq għall-privileġġi mogħtija, permezz ta’ eżamijiet dwar dawn li ġejjin:

    (1)

    suġġetti komuni:

    Il-proċeduri dwar il-liġi tal-ajru u l-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC),

    Il-prestazzjoni umana,

    Il-meteoroloġija, u

    Il-komunikazzjonijiet.

    (2)

    suġġetti speċifiċi li jikkonċernaw il-kategoriji differenti ta’ inġenji tal-ajru:

    Il-prinċipji tat-titjir,

    Il-proċeduri operattivi;

    L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet,

    Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru, u

    In-navigazzjoni.”;

    (8)

    Il-punt FCL.105.A huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.105.A LAPL(A) — Privileġġi u kundizzjonijiet

    (a)

    Privileġġi

    Il-privileġġi tad-detentur ta’ LAPL għall-ajruplani huma li jaġixxi bħala PIC fuq ajruplani b’magna waħda bil-pistuni tal-klassi tal-art (SEP(art)), ajruplani b’magna waħda bil-pistin tal-baħar (SEP(baħar)) jew TMG b’massa ta’ tluq massima ċċertifikata ta’ 2000 kg jew inqas, li jġorr massimu ta’ 3 passiġġieri, b’tali mod li qatt ma jkun hemm aktar minn 4 persuni abbord l-inġenju tal-ajru.

    (b)

    Kundizzjonijiet

    (1)

    Detenturi ta’ LAPL(A) għandhom iġorru biss passiġġieri jekk ikunu wettqu 10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fuq ajruplani jew TMG wara l-ħruġ tal-liċenzja.

    (2)

    Id-detenturi ta’ LAPL(A) li preċedentement kellhom ATPL(A), MPL(A), CPL(A) jew PPL(A), huma eżentati mir-rekwiżiti stipulati fil-punt (b)(1).”;

    (9)

    Il-punt FCL.135.A(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(b)

    Sabiex il-privileġġi jiġu estiżi għal varjant ieħor fi klassi, il-bdot għandu jwettaq jew taħriġ dwar id-differenzi jew jagħmel familjarizzazzjoni. It-taħriġ dwar id-differenzi għandu jitniżżel fil-ġurnal ta’ abbord jew f’rekord ekwivalenti tal-bdot u għandu jiġi ffirmat mill-għalliem.”;

    (10)

    Il-punt FCL.140.A huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.140.A LAPL(A) – Rekwiżiti ta’ attività riċenti

    (a)

    Id-detenturi ta’ LAPL(A) għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom biss jekk fl-aħħar sentejn ikunu ssodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin bħala bdoti ta’ ajruplani jew TMGs:

    (1)

    ikunu wettqu mill-inqas 12-il siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC jew titjir b’żewġ bdoti jew titjir bi bdot wieħed taħt is-superviżjoni ta’ għalliem, inklużi:

    12-il tlugħ u nżul;

    taħriġ ta’ aġġornament ta’ ħin ta’ titjir totali ta’ mill-inqas siegħa ma’ għalliem;

    (2)

    ikunu għaddew minn kontroll tal-profiċjenza ta’ LAPL(a) ma’ eżaminatur. Il-programm dwar il-kontroll tal-profiċjenza għandu jkun ibbażat fuq it-test tal-ħiliet għal-LAPL(A);

    (b)

    Jekk id-detenturi ta’ LAPL(A) ikollhom kemm privileġġ SEP(tal-art) kif ukoll SEP(tal-baħar), dawn jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punt (a)(1) f’waħda mill-klassijiet jew f’kombinament tagħhom li għandhom ikunu validi għaż-żewġ privileġġi. Għal dan il-għan, mill-inqas siegħa (1) ta’ ħin ta’ titjir meħtieġ u sitta (6) mit-12-il tlugħ u nżul meħtieġa għandhom jiġu kkompletati f’kull klassi.”;

    (11)

    Il-punt FCL.140.H huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.140.H LAPL(H) — Rekwiżiti ta’ attività riċenti

    Id-detenturi ta’ LAPL(H) għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom fuq tip speċifiku biss jekk fl-aħħar 12-il xahar ikunu jew:

    (a)

    wettqu mill-inqas sitt sigħat ta’ ħin ta’ titjir fuq il-ħelikopters ta’ dak it-tip bħala PIC, jew titjir b’żewġ bdoti jew bi bdot waħdu taħt is-superviżjoni ta’ għalliem, inklużi sitt telgħat, approċċi u nżulijiet u jkunu wettqu taħriġ ta’ aġġornament ta’ mill-inqas siegħa tal-ħin ta’ titjir totali ma’ għalliem;

    (b)

    jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza ma’ eżaminatur dwar it-tip speċifiku qabel ma jkomplu jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom. Dak il-programm dwar il-kontroll tal-profiċjenza għandu jkun ibbażat fuq it-test tal-ħiliet għal-LAPL(H).”;

    (12)

    Il-punt FCL.215 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.215 Eżami tal-għarfien teoriku

    (a)

    L-applikanti għal PPL għandhom juru livell ta’ għarfien teoriku xieraq għall-privileġġi mogħtija, permezz ta’ eżamijiet dwar is-suġġetti li ġejjin:

    (1)

    suġġetti komuni:

    Il-liġi tal-ajru,

    Il-prestazzjoni umana,

    Il-meteoroloġija, u

    Il-komunikazzjonijiet; u

    In-navigazzjoni.

    (2)

    suġġetti speċifiċi li jikkonċernaw il-kategoriji differenti ta’ inġenji tal-ajru:

    Il-prinċipji tat-titjir,

    Il-proċeduri operattivi,

    L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet, u

    Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru.

    (b)

    L-applikanti għal BPL jew SPL għandhom juru livell ta’ għarfien teoriku xieraq għall-privileġġi mogħtija permezz ta’ eżamijiet f’dawn is-suġġetti li ġejjin:

    (1)

    suġġetti komuni:

    Il-liġi tal-ajru,

    Il-prestazzjoni umana,

    Il-meteoroloġija, u

    Il-komunikazzjonijiet.

    (2)

    suġġetti speċifiċi li jikkonċernaw il-kategoriji differenti ta’ inġenji tal-ajru:

    Il-prinċipji tat-titjir,

    Il-proċeduri operattivi,

    L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet,

    Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru, u

    In-navigazzjoni.”;

    (13)

    Il-punt FCL.205.A(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(a)

    Il-privileġġi tad-detenturi ta’ PPL(A) huma li jaġixxu mingħajr remunerazzjoni bħala PIC jew kopiloti fuq ajruplani jew TMGs involuti f’operazzjonijiet mhux kummerċjali u li jeżerċitaw il-privileġġi kollha tad-detenturi ta’ LAPL(A).”;

    (14)

    Il-punt FCL.205.H(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(a)

    Il-privileġġi tad-detentur ta’ PPL(H) huma li jaġixxi mingħajr remunerazzjoni bħala PIC jew kopilota ta’ ħelikopters involuti f’operazzjonijiet mhux kummerċjali u li jeżerċita l-privileġġi kollha tad-detenturi ta’ LAPL(H).”;

    (15)

    Il-punt FCL.625 IR huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.625 IR– Validità, validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

    (a)

    Validità

    IR għandha tkun valida għal sena.

    (b)

    Validazzjoni mill-ġdid

    (1)

    IR għandha tiġi vvalutata mill-ġdid fi żmien 3 xhur immedjatament qabel id-data ta’ skadenza tagħha billi tikkonforma mal-kriterji tal-validazzjoni mill-ġdid għall-kategorija rilevanti tal-inġenju tal-ajru.

    (2)

    Jekk l-applikanti jagħżlu li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ validazzjoni mill-ġdid aktar kmieni milli preskritt fil-punt (1), il-perjodu l-ġdid tal-validità għandu jibda mid-data tal-kontroll tal-profiċjenza.

    (3)

    L-applikanti li ma jgħaddux mit-taqsima rilevanti ta’ kontroll tal-profiċjenza tal-IR qabel id-data ta’ skadenza tal-IR għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tal-IR biss jekk ikunu għaddew mill-kontroll tal-profiċjenza tal-IR.

    (c)

    Tiġdid

    Jekk IR tkun skadiet, sabiex iġeddu l-privileġġi tagħhom, l-applikanti għandhom jikkonformaw ma’ dawn kollha li ġejjin:

    (1)

    iwettqu taħriġ ta’ aġġornament f’ATO, jekk jitqies bħala meħtieġ mill-ATO sabiex jilħqu l-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex jgħaddu mill-element tat-titjir bl-istrumenti tat-test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness;

    (2)

    jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness fil-kategorija rilevanti tal-inġenju tal-ajru;

    (3)

    ikollhom il-klassifikazzjoni tat-tip jew tal-klassi rilevanti sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness.

    (d)

    Jekk l-IR ma tkunx ġiet ivvalidata mill-ġdid jew imġedda fis-7 snin preċedenti, l-applikanti għall-IR għandhom jerġgħu jgħaddu mill-eżami tal-għarfien teoriku u mit-test tal-ħiliet tal-IR.

    (e)

    Id-detenturi ta’ IR valida fuq liċenzja tal-bdoti li tinħareġ minn pajjiż terz skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali għandhom jiġu eżentati milli jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punti (c)(1) u (d) meta jġeddu l-privileġġi tal-IR inklużi fil-liċenzji li jinħarġu skont dan l-Anness.

    (f)

    Il-kontroll tal-profiċjenza msemmi fil-punti (c)(2) u (e) jista’ jiġi kkombinat ma’ kontroll tal-profiċjenza li jitwettaq għat-tiġdid tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip rilevanti.”;

    (16)

    Il-punt FCL.625.A(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(a)

    Validazzjoni mill-ġdid.

    Biex jivvalidaw mill-ġdid IR(A), l-applikanti għandhom:

    (1)

    ikollhom il-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip rilevanti, sakemm il-validazzjoni mill-ġdid tal-IR ma tkunx ikkombinata mat-tiġdid tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip rilevanti;

    (2)

    jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness jekk il-validazzjoni mill-ġdid tal-IR tkun ikkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip;

    (3)

    jekk l-IR ma tkunx ikkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip:

    (i)

    għal ajruplani bi bdot wieħed, jikkompletaw it-taqsima 3b u dawk il-partijiet tat-taqsima 1 li huma rilevanti għat-titjira maħsuba tal-kontroll tal-profiċjenza preskritta fl-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness;

    (ii)

    għal ajruplani b’aktar minn magna waħda, jikkompletaw it-taqsima 6 tal-kontroll tal-profiċjenza għal ajruplani bi bdot wieħed skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness b’referenza unika għall-istrumenti.

    (4)

    FNPT II jew FFS li jirrappreżenta l-klassi jew it-tip rilevanti ta’ ajruplan jista’ jintuża għall-validazzjoni mill-ġdid skont il-punt (2), dment li mill-inqas jitwettaq kull kontroll tal-profiċjenza alternattiv għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR(A) f’ajruplan.”;

    (17)

    Il-punt FCL.625.H huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.625.H IR(H) – Validazzjoni mill-ġdid

    (a)

    Biex jivvalidaw mill-ġdid IR(H), l-applikanti għandhom:

    (1)

    ikollhom il-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti, sakemm il-validazzjoni mill-ġdid tal-IR ma tkunx ikkombinata mat-tiġdid tal-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti;

    (2)

    jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness għat-tip rilevanti ta’ ħelikopter jekk il-validazzjoni mill-ġdid tal-IR tkun ikkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip;

    (3)

    jekk il-validazzjoni mill-ġdid tal-IR ma tkunx ikkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip, jikkompletaw it-Taqsima 5 u l-partijiet rilevanti tat-Taqsima 1 tal-kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness għat-tip tal-ħelikopter rilevanti.

    (b)

    FTD 2/3 jew FFS li jirrappreżenta t-tip rilevanti tal-ħelikopter rilevanti jista’ jintuża għall-kontroll tal-profiċjenza skont il-punt (a)(3), dment li mill-inqas jitwettaq kull kontroll tal-profiċjenza alternattiv għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR(H) f’ħelikopter.

    (c)

    Il-kreditu trasversali għandu jingħata skont l-Appendiċi 8 ta’ dan l-Anness.”;

    (18)

    Il-punt FCL.710 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.710 Klassifikazzjoni tal-klassi u tat-tip — varjanti

    (a)

    Il-bdoti għandhom ilestu taħriġ dwar id-differenzi jew familjarizzazzjoni sabiex jestendu l-privileġġi tagħhom għal varjant ieħor ta’ inġenju tal-ajru fi klassifikazzjoni waħda tal-klassi jew tat-tip. Fil-każ ta’ varjanti fi klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, it-taħriġ dwar id-differenzi jew il-familjarizzazzjoni għandhom jinkludu l-elementi rilevanti ddefiniti fl-OSD, fejn applikabbli.

    (b)

    It-taħriġ dwar id-differenzi għandu jitwettaq f’wieħed minn dawn li ġejjin:

    (1)

    ATO;

    (2)

    DTO fil-każ ta’ inġenju tal-ajru msemmi fil-punti DTO.GEN.110(a)(1)(c) u (a)(2)(c) tal-Anness VIII;

    (3)

    detentur ta’ AOC li għandu programm ta’ taħriġ approvat dwar id-differenzi għall-klassi jew it-tip rilevanti.

    (c)

    Minkejja r-rekwiżit fil-punt (b), it-taħriġ dwar id-differenzi għat-TMG, għall-ajruplani b’magna waħda bil-pistin (SEP), b’magna waħda b’turbina (SET) u b’aktar minn magna waħda bil-pistin (MEP) jista’ jitwettaq minn għalliem ikkwalifikat kif xieraq sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-OSD.

    (d)

    Jekk il-bdoti ma jkunux tajru l-varjant fi żmien sentejn wara t-taħriġ elenkat fil-punt (b), għandu jitwettaq taħriġ ulterjuri dwar id-differenzi jew kontroll tal-profiċjenza f’dak il-varjant, ħlief għat-tipi jew il-varjanti fi ħdan il-klassifikazzjonijiet tal-klassi SEP u TMG.

    (e)

    It-taħriġ dwar id-differenzi jew il-kontroll tal-profiċjenza f’dak il-varjant għandu jitniżżel fil-ġurnal ta’ abbord jew fir-rekord ekwivalenti tal-bdot u għandu jiġi ffirmat mill-għalliem jew mill-eżaminatur kif xieraq.”;

    (19)

    Fil-punt FCL.725(b), jiżdied il-punt (5) li ġej:

    “(5)

    Għall-ajruplani bi bdot wieħed u b’magna waħda u dawk bi bdot wieħed u b’aktar minn magna waħda (tal-baħar), l-eżami għandu jsir bil-miktub u għandu jinkludi mill-inqas 30 mistoqsija b’għażliet multipli.”;

    (20)

    Il-punt FCL.740 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.740 Validità u tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip

    (a)

    Validità

    Il-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip għandu jkun ta’ sena, ħlief għall-klassifikazzjonijiet tal-klassi ta’ bdot wieħed u magna waħda, li għaliha l-perjodu ta’ validità għandu jkun ta’ sentejn, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fl-OSD. Jekk il-bdoti jagħżlu li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ validazzjoni mill-ġdid aktar kmieni milli preskritt fl-FCL.740.A, l-FCL.740.H, l-FCL.740.PL u l-FCL.740.As, il-perjodu l-ġdid tal-validità għandu jibda mid-data tal-kontroll tal-profiċjenza.

    (b)

    Tiġdid

    Għat-tiġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, l-applikant għandu jikkonforma ma’ dawn kollha li ġejjin:

    (1)

    jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness;

    (2)

    qabel il-kontroll tal-profiċjenza msemmi fil-punt (1), ilesti taħriġ ta’ aġġornament f’ATO, jekk jitqies bħala meħtieġ mill-ATO sabiex jilħaq il-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex iħaddem b’mod sikur il-klassi jew it-tip rilevanti tal-inġenju tal-ajru, ħlief jekk ikollu klassifikazzjoni valida għall-istess klassi jew tip tal-inġenju tal-ajru fuq liċenzja ta’ bdot li tkun inħarġet minn pajjiż terz skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u jekk ikun intitolat li jeżerċita l-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni. L-applikant jista’ jieħu t-taħriġ:

    (i)

    f’DTO jew f’ATO, jekk il-klassifikazzjoni li skadiet kienet tikkonċerna klassifikazzjoni tal-klassi għal inġenji tal-ajru tal-pistuni b’magna waħda mhux ta’ prestazzjoni għolja, klassifikazzjoni tal-klassi ta’ TMG jew klassifikazzjoni tat-tip għal ħelikopters b’magna waħda msemmija fil-punt DTO.GEN.110(a)(2)(c) tal-Anness VIII;

    (ii)

    f’DTO, f’ATO jew ma’ għalliem, jekk il-klassifikazzjoni tkun ilha li skadiet għal mhux iktar minn tliet snin u l-klassifikazzjoni kienet tikkonċerna klassifikazzjoni tal-klassi għal inġenji tal-ajru tal-pistuni b’magna waħda mhux ta’ prestazzjoni għolja jew klassifikazzjoni tal-klassi ta’ TMG.

    (3)

    Minkejja l-punti (b)(1) u (b)(2), il-bdoti li għandhom klassifikazzjoni tat-test tat-titjira li tkun inħarġet skont il-punt FCL.820 li kienu involuti fit-testijiet tat-titjir tal-iżvilupp, iċ-ċertifikazzjoni jew il-produzzjoni għal tip ta’ inġenju tal-ajru u li jkunu lestew jew 50 siegħa ta’ ħin totali ta’ titjir jew 10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fuq titjiriet ta’ ttestjar f’dak it-tip matul is-sena ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni tagħhom, għandhom ikunu intitolati li japplikaw għall-validazzjoni mill-ġdid jew għat-tiġdid tal-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti.”;

    (21)

    Il-punt FCL.805 (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(d)

    Il-privileġġi tal-klassifikazzjonijiet tal-ġbid ta’ gliders u strixxuni għandhom ikunu limitati għal ajruplani jew TMGs, b’mod xieraq għall-inġenju tal-ajru li fuqu jkun tlesta t-tagħlim fit-titjir. Għall-ġbid ta’ strixxuni, il-privileġġi għandhom ikunu limitati għall-metodu tal-ġbid li jintuża għat-tagħlim fit-titjir. Il-privileġġi għandhom jiġu estiżi jekk il-bdoti jkunu wettqu b’suċċess mill-inqas tliet titjiriet ta’ taħriġ ma’ bdiet ieħor li jkopru s-sillabu kollu tat-taħriġ fil-ġbid f’wieħed mill-inġenji tal-ajru u l-metodu tal-ġbid għall-ġbid ta’ strixxuni.”;

    (22)

    Fil-punt FCL.810, is-sentenza introduttorja tal-punt (a)(1) hija sostitwita b’dan li ġej:

    “(1)

    L-applikanti għandhom ikunu lestew kors ta’ taħriġ f’perjodu ta’ mhux aktar minn 6 xhur f’DTO jew f’ATO biex jeżerċitaw il-privileġġi ta’ LAPL, SPL jew PPL għall-ajruplani, it-TMGs jew l-iġfna tal-ajru f’kundizzjonijiet VFR billejl. Il-kors għandu jinkludi:”;

    (23)

    Il-punt FCL.815(e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(e)

    Validazzjoni mill-ġdid

    Sabiex jivvalidaw mill-ġdid klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji, l-applikanti għandhom jew:

    (1)

    ilestu mill-inqas sitt inżulijiet, fuq wiċċ magħżul bħala li jirrikjedi klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji, fis-sentejn ta’ qabel;

    (2)

    jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza li jikkonforma mar-rekwiżiti fil-punt (c).”;

    (24)

    Il-Punt FCL.900(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(c)

    Tagħlim ipprovdut barra mit-territorju tal-Istati Membri

    (1)

    Permezz ta’ deroga mill-punt (a), fil-każ ta’ tagħlim fit-titjir ipprovdut matul kors tat-taħriġ approvat skont dan l-Anness barra mit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta’ għalliem lill-applikanti li:

    (i)

    għandhom liċenzja ta’ bdot li tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

    (A)

    tikkonforma mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili;

    (B)

    fi kwalunkwe każ, hija mill-inqas CPL fil-kategorija rilevanti tal-inġenju tal-ajru bi klassifikazzjoni jew ċertifikat rilevanti;

    (ii)

    tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’din is-Subparti għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ għalliem rilevanti;

    (iii)

    turi lill-awtorità kompetenti livell adegwat ta’ għarfien rigward ir-regoli Ewropej tas-sigurtà fl-avjazzjoni biex ikun jista’ jeżerċita l-privileġġi ta’ tagħlim skont dan l-Anness.

    (2)

    Iċ-ċertifikat għandu jkun limitat biex jipprovdi tagħlim fit-titjir matul kors tat-taħriġ approvat skont dan l-Anness li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (i)

    jiġi pprovdut barra mit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;

    (ii)

    jiġi pprovdut lil bdoti studenti li għandhom għarfien biżżejjed tal-lingwa li biha jingħata t-tagħlim fit-titjir.”;

    (25)

    Il-punt FCL.935(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(a)

    Għajr għall-għalliem tal-kooperazzjoni bejn aktar minn ekwipaġġ wieħed (MCCI), l-għalliem tat-taħriġ sintetiku (STI), l-għalliem tal-klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji (MI) u l-għalliem tat-testijiet tat-titjir (FTI), applikant għal ċertifikat ta’ għalliem għandu jgħaddi minn valutazzjoni tal-kompetenza fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa, fil-klassi jew fit-tip rilevanti jew fl-FSTD xierqa, biex juri lil eżaminatur ikkwalifikat skont is-Subparti K ta’ dan l-Anness il-kapaċità li jgħallem lil bdot student sal-livell meħtieġ għall-ħruġ tal-liċenzja, il-klassifikazzjoni jew iċ-ċertifikat rilevanti.”;

    (26)

    Il-punt FCL.940 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.940 Validità taċ-ċertifikati ta’ għalliem

    Bl-eċċezzjoni tal-MI, u mingħajr preġudizzju għall-punti FCL.900 (b)(1) u FCL.915 (e)(2), iċ-ċertifikati tal-għalliema għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ 3 snin.”;

    (27)

    Il-punt FCL.905.FI huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.905.FI Privileġġi u kundizzjonijiet

    Il-privileġġi tal-FIs huma li jipprovdu tagħlim fit-titjir għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’:

    (a)

    PPL, SPL, BPL u LAPL fil-kategorija tal-inġenji tal-ajru xierqa;

    (b)

    klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip għal inġenji tal-ajru bi bdot wieħed, għajr għall-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed; estensjonijiet tal-klassi u l-grupp għall-blalen tal-ajra u attivitajiet reċenti tal-klassi għal gliders;

    (c)

    klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip għal ajruplani bi bdot wieħed, għajr għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, dment li l-FIs jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    ikollhom jew kellhom ċertifikat ta’ TRI għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed;

    (2)

    ikunu lestew dawn kollha li ġejjin:

    (i)

    mill-inqas 500 siegħa bħala bdoti f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed fuq l-ajruplani;

    (ii)

    il-kors tat-taħriġ għal MCCI skont il-punt FCL.930.MCCI;

    (d)

    klassifikazzjonijiet tat-tip għal iġfna tal-ajru bi bdot wieħed jew b’aktar minn bdot wieħed;

    (e)

    CPL fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa, dment li l-FIs ikunu lestew mill-inqas 200 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir f’dik il-kategorija tal-inġenju tal-ajru;

    (f)

    il-klassifikazzjoni ta’ billejl, dment li l-FIs jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (1)

    huma kkwalifikati biex itiru billejl fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa;

    (2)

    ikunu wrew il-kapaċità li jgħallmu billejl lil FI kkwalifikat skont il-punt (j);

    (3)

    jikkonformaw mar-rekwiżit ta’ esperjenza billejl stabbilit fil-punt FCL.060(b)(2);

    (g)

    klassifikazzjoni għall-irmunkar jew għal tajran akrobatiku, jew fil-każ ta’ FIs(S), klassifikazzjoni ta’ tajran fis-sħab, dment li wieħed ikollu dawn il-privileġġi u l-FIs jkunu wrew l-kapaċità li jagħtu struzzjonijiet għal dik il-klassifikazzjoni lil FI kkwalifikat skont il-punt (j);

    (h)

    EIR jew IR fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa, dment li l-FIs jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (1)

    ikunu lestew mill-inqas 200 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR, li minnhom sa massimu ta’ 50 siegħa jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’FFS, FTD 2/3 jew FNPT II;

    (2)

    ikunu lestew bħala bdoti studenti l-kors ta’ taħriġ tal-IRI u jkunu għaddew minn valutazzjoni ta’ kompetenza għaċ-ċertifikat tal-IRI;

    (3)

    jikkonformaw mal-punti FCL.915.CRI(a), FCL.930.CRI u FCL.935 fil-każ ta’ ajruplani b’aktar minn magna waħda u mal-punti FCL.910.TRI(c)(1) u FCL.915.TRI(d)(2) fil-każ ta’ ħelikopters b’aktar minn magna waħda;

    (i)

    klassifikazzjonijiet tal-klassi jew tat-tip b’aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed, minbarra l-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, dment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (1)

    fil-każ tal-ajruplani, jikkonformaw mal-punti FCL.915.CRI(a), FCL.930.CRI u FCL.935;

    (2)

    fil-każ tal-ħelikopters, jikkonformaw mal-punti FCL.910.TRI(c)(1) u FCL.915.TRI(d)(2);

    (j)

    ċertifikat ta’ FI, IRI, CRI, STI jew MI dment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (1)

    ikunu wettqu mill-inqas 50 siegħa jew 150 launch ta’ tagħlim fit-titjir fuq gliders fil-każ ta’ FI(S), mill-inqas 50 siegħa jew 50 tlugħ mill-art ta’ tagħlim fit-titjir fuq blalen tal-arja fil-każ ta’ FI(B) u 500 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa fil-każijiet l-oħra kollha;

    (2)

    ikunu għaddew minn valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935 fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa biex juru lil eżaminatur tal-għalliema tat-titjir (FIE) il-kapaċità li jgħallmu għaċ-ċertifikat rilevanti;

    (k)

    MPL, dment li l-FIs jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (1)

    għall-fażi tat-titjir ewlenija tat-taħriġ, ikunu wettqu mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq l-ajruplani, inklużi mill-inqas 200 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir;

    (2)

    għall-fażi bażika tat-taħriġ:

    (i)

    ikollhom IR ta’ ajruplan b’aktar minn magna waħda u l-privileġġ li jgħallmu għal IR;

    (ii)

    ikunu wettqu mill-inqas 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir f’operazzjonijiet ta’ aktar minn ekwipaġġ wieħed;

    (3)

    fil-każ ta’ FIs diġà kkwalifikati biex jgħallmu f’korsijiet integrati ATP(A) jew CPL(A)/IR, ir-rekwiżit fil-punt (2)(ii) jista’ jiġi ssostitwit bit-tlestija ta’ kors ta’ taħriġ strutturat li jkun fih:

    (i)

    kwalifika ta’ MCC;

    (ii)

    l-osservazzjoni ta’ 5 sessjonijiet ta’ tagħlim fit-titjir fil-Fażi 3 ta’ kors ta’ MPL;

    (iii)

    l-osservazzjoni ta’ ħames sessjonijiet ta’ tagħlim fit-titjir fil-Fażi 4 ta’ kors ta’ MPL;

    (iv)

    l-osservazzjoni ta’ ħames sessjonijiet ta’ taħriġ fit-titjir orjentati lejn linja rikorrenti tal-operatur;

    (v)

    il-kontenut tal-kors tal-MCCI.

    F’dan il-każ, l-FIs għandhom iwettqu l-ewwel ħames sessjonijiet ta’ għalliema taħt is-superviżjoni ta’ TRI(A), MCCI(A) jew SFI(A) ikkwalifikat għal tagħlim fit-titjir ta’ MPL.”;

    (28)

    Il-punt FCL.915.FI huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt (b)(2)(i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(i)

    ħlief għal FI(A) li jipprovdi taħriġ għal-LAPL(A) biss u li jkun għadda mill-eżami tal-għarfien teoriku tas-CPL, li jista’ jsir mingħajr ma wieħed ilesti kors ta’ taħriġ dwar l-għarfien teoriku tas-CPL u li m’għandux ikun validu għall-ħruġ ta’ CPL; u”;

    (b)

    il-punt (c)(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(2)

    mill-inqas 200 siegħa bħala PIC jekk l-applikant ikollu mill-inqas PPL(H) u jkun għadda mill-eżami tal-għarfien teoriku tas-CPL, li jista’ jsir mingħajr ma wieħed ilesti kors ta’ taħriġ dwar l-għarfien teoriku tas-CPL u li m’għandux ikun validu għall-ħruġ ta’ CPL;”;

    (29)

    Fil-punt FCL.930.FI, jiżdied il-punt (c) li ġej:

    “(c)

    L-applikanti għaċ-ċertifikat ta’ FI li għandhom jew kellhom kwalunkwe ċertifikat ta’ għalliem ieħor li jinħareġ skont dan l-Anness għandhom jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-punt (b)(1).”;

    (30)

    Il-punt FCL.940.FI huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.940.FI– Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

    (a)

    Validazzjoni mill-ġdid

    (1)

    Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ FI, id-detenturi għandhom jissodisfaw mill-inqas tnejn mit-tliet rekwiżiti li ġejjin qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FI:

    (i)

    ikunu lestew:

    (A)

    fil-każ ta’ FI(A) u FI(H), mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa bħala FIs, TRIs, CRIs, IRIs, MIs jew eżaminaturi. Jekk il-privileġġi biex jiġi pprovdut tagħlim għall-IR għandhom jiġu vvalidati mill-ġdid, mill-inqas 10 minn dawk is-sigħat għandhom ikunu tagħlim fit-titjir għal IR u għandhom ikunu tlestew fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FI;

    (B)

    fil-każ ta’ FI(As), mill-inqas 20 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir f’iġfna tal-ajru bħala FIs, IRIs jew bħala eżaminaturi. Jekk il-privileġġi biex jiġi pprovdut tagħlim għall-IR għandhom jiġu vvalidati mill-ġdid, 10 minn dawk is-sigħat għandhom ikunu tagħlim fit-titjir għal IR u għandhom ikunu tlestew fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FI;

    (C)

    fil-każ ta’ FI(S), mill-inqas 60 siegħa ta’ tlugħ mill-art jew 30 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fi gliders, gliders bil-mutur jew TMG bħala FI jew bħala eżaminaturi;

    (D)

    fil-każ ta’ FI(B), mill-inqas 6 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fi blalen tal-arja bħala FIs jew bħala eżaminaturi;

    (ii)

    ikunu lestew taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala FI f’ATO jew fl-awtorità kompetenti. L-FI(B)s u l-FI(S)s jistgħu jlestu dan it-taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem f’DTO;

    (iii)

    ikunu għaddew minn valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935, fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FI.

    (2)

    Għal mill-inqas kull validazzjoni mill-ġdid alternattiva fil-każ ta’ FI(A) jew FI(H), jew kull tielet validazzjoni mill-ġdid, fil-każ ta’ FI(As), FI(S) u FI(B), id-detenturi taċ-ċertifikat ta’ FI rilevanti għandhom jgħaddu minn valutazzjoni tal-kompetenza skont l-FCL.935.

    (b)

    Tiġdid.

    Jekk iċ-ċertifikat ta’ FI jkun skada, l-applikanti għandhom, f’perjodu ta’ 12-il xahar qabel id-data tal-applikazzjoni għat-tiġdid, ilestu taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala FI f’ATO jew f’awtorità kompetenti fil-każ ta’ FI(B) jew FI(S) f’ATO, f’DTO jew f’awtorità kompetenti u jlestu valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935.”;

    (31)

    Fil-punt FCL.905.TRI, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “(b)

    il-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ TRI jew SFI, dment li d-detentur jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (1)

    ikollu mill-inqas 50 siegħa ta’ esperjenza ta’ tagħlim bħala TRI jew SFI skont dan ir-Regolament jew ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012;

    (2)

    ikun wettaq is-sillabu tat-tagħlim fit-titjir tal-parti rilevanti tal-kors ta’ taħriġ tat-TRI skont il-punt FCL.930.TRI(a)(3) għas-sodisfazzjon tal-kap ta’ taħriġ ta’ ATO; u

    (c)

    fil-każ tat-TRI għal ajruplani bi bdot wieħed:

    (1)

    il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed dment li l-applikant jitlob privileġġi biex iħaddem operazzjonijiet bi bdot wieħed.

    Il-privileġġi tat-TRI(SPA) jistgħu jkunu estiżi għal tagħlim fit-titjir għal klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, dment li t-TRI jissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    ikollu jew kellu ċertifikat ta’ TRI għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed;

    (ii)

    ikun wettaq mill-inqas 500 siegħa fuq ajruplani f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed u jkun lesta kors tat-taħriġ għall-MCCI skont il-punt FCL.930.MCCI.

    (2)

    il-kors ta’ MPL dwar il-fażi bażika, dment li għandu l-privileġġi estiżi għal operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed u għandu jew kellu ċertifikat ta’ FI(A) jew IRI(A).”;

    (32)

    Il-punt FCL.910.TRI huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.910.TRI Privileġġi ristretti

    (a)

    Ġenerali. Jekk it-taħriġ ta’ TRI jitwettaq f’FSTDs biss, il-privileġġi tat-TRIs għandhom ikunu ristretti għal taħriġ fl-FSTDs. Madankollu, din ir-restrizzjoni għandha tinkludi l-privileġġi li ġejjin għat-twettiq, fl-inġenju tal-ajru:

    (1)

    LIFUS, dment li l-kors tat-taħriġ ta’ TRI jkun inkluda t-taħriġ speċifikat fil-punt FCL.930.TRI(a)(4)(i);

    (2)

    taħriġ dwar l-inżul, dment li l-kors tat-taħriġ ta’ TRI ikun inkluda t-taħriġ speċifikat fil-punt FCL.930.TRI(a)(4)(ii); jew

    (3)

    it-titjira ta’ taħriġ speċifikata fil-punt FCL.060(c)(2), dment li l-kors tat-taħriġ ta’ TRI jkun inkludi t-taħriġ imsemmi fil-punti (a)(1) jew (a)(2).

    Ir-restrizzjoni għall-FSTD għandha titneħħa jekk it-TRIs ikunu lestew valutazzjoni tal-kompetenza fl-inġenju tal-ajru.

    (b)

    TRIs għal ajruplani u għal inġenji tal-ajru bil-powered-lift — TRI(A) u TRI(PL). Il-privileġġi tat-TRIs huma ristretti għat-tip ta’ ajruplan jew inġenju tal-ajru bil-powered-lift li fih twettqu t-taħriġ u l-valutazzjoni tal-kompetenza. Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fl-OSD, biex jestendu l-privileġġi tat-TRIs għal aktar tipi, it-TRIs għandhom:

    (1)

    ikunu lestew fi żmien 12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni, mill-inqas 15-il settur tar-rotot, inklużi tlugħ u nżul fuq it-tip ta’ inġenju tal-ajru applikabbli, li minnhom massimu ta’ 7 setturi jistgħu jitlestew f’FSTD;

    (2)

    ikunu lestew il-partijiet rilevanti tat-taħriġ tekniku u l-partijiet tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI applikabbli;

    (3)

    ikunu għaddew mit-taqsimiet rilevanti tal-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935 sabiex juru lil FIE jew TRE kkwalifikat skont is-Subparti K ta’ dan l-Anness il-kapaċità tagħhom li jipprovdu tagħlim lil bdot sal-livell meħtieġ għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, inkluż it-tagħlim ta’ qabel it-titjir, ta’ wara t-titjir u tal-għarfien teoriku.

    Il-privileġġi tat-TRIs għandhom jiġu estiżi għal aktar varjanti skont l-OSD jekk it-TRIs ikunu lestew il-partijiet rilevanti tat-taħriġ tekniku u l-partijiet tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI applikabbli.

    (c)

    TRIs għall-ħelikopters — TRI(H).

    (1)

    Il-privileġġi tat-TRIs(H) huma ristretti għat-tip ta’ ħelikopter li fih tkun saret il-valutazzjoni tal-kompetenza għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ TRI. Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fl-OSD, il-privileġġi tat-TRIs għandhom jiġu estiżi għal aktar tipi jekk it-TRIs ikunu:

    (i)

    lestew il-partijiet rilevanti tat-taħriġ tekniku u l-partijiet tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI;

    (ii)

    lestew fi żmien 12-il xahar li jiġu qabel id-data tal-applikazzjoni, mill-inqas 10 sigħat fuq it-tip tal-ħelikopter applikabbli, li minnhom massimu ta’ 5 sigħat jistgħu jitlestew f’FFS jew f’FTD 2/3; u

    (iii)

    għaddew mit-taqsimiet rilevanti tal-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935 sabiex juru lil FIE jew TRE kkwalifikat skont is-Subparti K ta’ dan l-Anness il-kapaċità tagħhom li jipprovdu tagħlim lil bdot sal-livell meħtieġ għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, inkluż it-tagħlim ta’ qabel it-titjir, ta’ wara t-titjir u tal-għarfien teoriku.

    Il-privileġġi tat-TRIs għandhom jiġu estiżi għal aktar varjanti skont l-OSD jekk it-TRIs ikunu lestew il-partijiet rilevanti tat-taħriġ tekniku u l-partijiet tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI applikabbli.

    (2)

    Qabel ma l-privileġġi ta’ TRI(H) ikunu estiżi minn privileġġi ta’ bdot wieħed għal dawk ta’ aktar minn bdot wieħed fuq l-istess tip ta’ ħelikopters, id-detentur għandu jkun wettaq mill-inqas 100 siegħa f’operazzjonijiet ta’ aktar minn bdot wieħed fuq dan it-tip.

    (d)

    Minkejja l-punti ta’ hawn fuq, id-detenturi ta’ ċertifikat TRI li jkunu ngħataw klassifikazzjoni tat-tip skont il-punt FCL.725(e) għandhom ikunu intitolati li jkollhom il-privileġġi TRI tagħhom estiżi għal dak it-tip il-ġdid ta’ inġenji tal-ajru.”;

    (33)

    Il-punt FCL.915.TRI(c)(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(c)

    għal ċertifikat ta’ TRI(SPA):

    (1)

    ikun lesta, fi żmien 12-il xahar li jiġu qabel id-data tal-applikazzjoni, mill-inqas 30 settur tar-rotot, inklużi tlugħ u nżul, bħala PIC fuq it-tip ta’ ajruplan applikabbli, li minnhom massimu ta’ 15-il settur jistgħu jitlestew f’FSTD li jirrappreżenta dak it-tip; u”;

    (34)

    Il-punt FCL.930.TRI huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Is-sentenza introduttorja tal-punt (a) hija sostitwita b’dan li ġej:

    “(a)

    Il-kors tat-taħriġ ta’ TRI għandu jitwettaq fl-inġenju tal-ajru biss jekk l-ebda FSTD ma jkun disponibbli u aċċessibbli u għandu jinkludi:”;

    (b)

    il-punt (3)(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(3)

    5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq l-inġenju tal-ajru xieraq jew FSTD li jirrappreżenta lil dak l-inġenju tal-ajru bi bdot wieħed u 10 sigħat għal inġenji tal-ajru b’aktar minn bdot wieħed jew FSTD li jirrappreżenta lil dak l-inġenju tal-ajru;”;

    (c)

    jiddaħħal il-punt (4) ġdid:

    “(4)

    it-taħriġ li ġej, kif applikabbli:

    (i)

    taħriġ speċifiku addizzjonali qabel ma jitwettaq l-LIFUS;

    (ii)

    taħriġ speċifiku addizzjonali qabel ma jitwettaq it-taħriġ dwar l-inżul. Dak it-taħriġ fl-FSTD għandu jinkludi taħriġ għal proċeduri ta’ emerġenza relatati mal-inġenju tal-ajru.”;

    (35)

    Il-punt FCL.935.TRI huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.935.TRI Valutazzjoni tal-kompetenza

    (a)

    Il-valutazzjoni tal-kompetenza għal TRI għal MPA u PL għandha titwettaq f’FFS. Jekk l-ebda FFS ma jkun disponibbli jew aċċessibbli, għandu jintuża inġenju tal-ajru.

    (b)

    Il-valutazzjoni tal-kompetenza għal TRI għal ajruplani u ħelikopters kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed għandha titwettaq fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

    (1)

    FFS disponibbli u aċċessibbli;

    (2)

    jekk l-ebda FFS ma jkun disponibbli jew aċċessibbli, f’kombinament ta’ FSTD(s) u inġenju tal-ajru;

    (3)

    jekk l-ebda FSTD ma jkun disponibbli jew aċċessibbli, f’inġenju tal-ajru.”;

    (36)

    Il-punt FCL.940.TRI huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.940.TRI Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

    (a)

    Validazzjoni mill-ġdid

    (1)

    Ajruplani

    Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ TRI(A), l-applikanti għandhom, fiż-żmien 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat, jissodisfaw mill-inqas tnejn mit-tliet rekwiżiti li ġejjin:

    (i)

    iwettqu waħda mill-partijiet li ġejjin ta’ kors komplut tal-klassifikazzjoni tat-tip jew ta’ taħriġ rikorrenti: iwettqu sessjoni ta’ simulazzjoni ta’ mill-inqas 3 sigħat jew eżerċizzju wieħed fl-ajru ta’ mill-inqas siegħa li tinkludi minimu ta’ żewġ telgħat u nżulijiet l-art;

    (ii)

    ilestu taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala TRI(A) f’ATO;

    (iii)

    jgħaddu mill-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935. L-applikanti li kkonformaw mal-punt FCL.910.TRI(b)(3) għandhom jitqiesu li jikkonformaw ma’ dan ir-rekwiżit.

    (2)

    Ħelikopters u powered lift

    Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ TRI (H) jew TRI(PL), l-applikanti għandhom, matul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat ta’ TRI, jissodisfaw mill-inqas tnejn mit-tliet rekwiżiti li ġejjin:

    (i)

    ikunu lestew mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fuq kull wieħed mit-tipi ta’ inġenji tal-ajru li fuqhom għandhom il-privileġġi li jipprovdu tagħlim jew f’FSTD li jirrappreżenta dawk it-tipi, li minnhom mill-inqas 15-il siegħa għandhom jitlestew fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ TRI. Fil-każ ta’ TRI(PL), dawk is-sigħat għandhom jitlestew bħala TRI jew eżaminatur tal-klassifikazzjoni tat-tip (TRE), jew bħala SFI jew eżaminatur tat-titjir sintetiku (SFE). Fil-każ ta’ TRI(H), il-ħin ta’ titjir bħala FIs, strutturi tal-kwalifika ta’ titjir bl-istrumenti (IRIs), strutturi tat-taħriġ b’mezzi ta’ simulazzjoni (STIs) jew bħala kwalunkwe tip ta’ eżaminaturi għandu jkun rilevanti għal dan l-għan;

    (ii)

    ilestu taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala TRI(H) jew TRI(PL), kif rilevanti, f’ATO;

    (iii)

    fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat, ikunu għaddew minn valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punti FCL.935, FCL.910.TRI(b)(3) jew FCL.910.TRI(c)(3), kif applikabbli.

    (3)

    Għal mill-inqas kull validazzjoni mill-ġdid alternattiva ta’ ċertifikat ta’ TRI, id-detenturi għandhom jgħaddu mill-valutazzjoni ta’ kompetenza skont il-punt FCL.935.

    (4)

    Jekk it-TRIs ikollhom ċertifikat għal aktar minn tip wieħed ta’ inġenju tal-ajru fi ħdan l-istess kategorija, il-valutazzjoni tal-kompetenza li titwettaq fuq wieħed minn dawk it-tipi għandha tivvalida mill-ġdid iċ-ċertifikat ta’ TRI għat-tipi l-oħra li għandha fi ħdan l-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fl-OSD.

    (5)

    Rekwiżiti speċifiċi għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat ta’ TRI(H)

    It-TRIs(H) li għandhom ċertifikat ta’ FI(H) fuq it-tip rilevanti għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punt (a). F’dan il-każ, iċ-ċertifikat ta’ TRI(H) għandu jkun validu sad-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FI(H).

    (b)

    Tiġdid

    Biex iġeddu ċertifikat ta’ TRI, l-applikanti għandhom, fi żmien 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni, ikunu għaddew mill-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935 u għandhom ikunu lestew dawn li ġejjin:

    (1)

    għall-ajruplani:

    (i)

    mill-inqas 30 settur tar-rotot, inklużi tlugħ u nżul fuq it-tip ta’ inġenju tal-ajru applikabbli, li minnhom massimu ta’ 15-il settur jistgħu jitlestew f’FFS;

    (ii)

    taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala TRI f’ATO, liema taħriġ għandu jkopri l-elementi rilevanti tal-kors ta’ taħriġ ta’ TRI;

    (2)

    għall-ħelikopters u l-powered lift:

    (i)

    mill-inqas 10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir, inklużi tlugħ u nżul fuq it-tip ta’ inġenju tal-ajru applikabbli, li minnhom massimu ta’ 5 sigħat jistgħu jitlestew f’FFS jew f’FTD 2/3;

    (ii)

    taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala TRI f’ATO, liema taħriġ għandu jkopri l-elementi rilevanti tal-kors ta’ taħriġ ta’ TRI.

    (3)

    Jekk l-applikanti jkollhom ċertifikat għal aktar minn tip wieħed ta’ inġenju tal-ajru fi ħdan l-istess kategorija, il-valutazzjoni tal-kompetenza mwettqa fuq wieħed minn dawk it-tipi għandha ġġedded iċ-ċertifikat ta’ TRI għat-tipi l-oħra li għandha fi ħdan l-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fl-OSD.”;

    (37)

    Fil-punt FCL.905.CRI, jiddaħħal il-punt (ba) li ġej wara l-punt (b)

    “(ba)

    Il-privileġġi tas-CRIs huma li jipprovdu tagħlim għall-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip għal ajruplani bi bdot wieħed, għajr għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, dment li s-CRIs jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    ikollhom jew kellhom ċertifikat ta’ TRI għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed;

    (2)

    ikunu wettqu mill-inqas 500 siegħa fuq ajruplani f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed u jkunu lestew kors tat-taħriġ għall-MCCI skont il-punt FCL.930.MCCI.”;

    (38)

    Il-punt FCL.930.CRI(a)(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    (3)

    “5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq ajruplani b’aktar minn magna waħda jew FSTD li jirrappreżenta dik il-klassi jew dak it-tip ta’ ajruplan, inklużi mill-inqas 3 sigħat fuq l-ajruplan, jew mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq ajruplani b’magna waħda, li jingħata minn FI(A) ikkwalifikat skont il-punt FCL.905.FI(j).”;

    (39)

    Il-punt FCL.940.CRI huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.940.CRI Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

    (a)

    Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ CRI, l-applikanti għandhom jissodisfaw, matul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat ta’ CRI, mill-inqas tnejn mit-tliet rekwiżiti li ġejjin:

    (1)

    iwettqu mill-inqas 10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir bħala CRI. Jekk l-applikanti għandhom il-privileġġi ta’ CRI fuq ajruplani kemm b’magna waħda kif ukoll b’aktar minn magna waħda, dawk is-sigħat ta’ tagħlim fit-titjir għandhom jinqasmu b’mod ugwali bejn l-ajruplani b’magna waħda u l-ajruplani b’aktar minn magna waħda;

    (2)

    ilestu taħriġ ta’ aġġornament bħala CRI f’ATO jew f’awtorità kompetenti;

    (3)

    jgħaddu mill-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935 għal ajruplani b’aktar minn magna waħda jew ajruplani b’magna waħda, kif ikun rilevanti.

    (b)

    Għal mill-inqas kull validazzjoni mill-ġdid alternattiva ta’ ċertifikat ta’ CRI, id-detenturi għandhom ikunu kkonformaw mar-rekwiżit fil-punt (a)(3).

    (c)

    Tiġdid

    Jekk iċ-ċertifikat ta’ CRI jkun skada, dan għandu jiġġedded jekk l-applikanti fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni għat-tiġdid:

    (1)

    ikunu lestew taħriġ ta’ aġġornament bħala CRI f’ATO jew f’awtorità kompetenti;

    (2)

    ikunu lestew il-valutazzjoni tal-kompetenza kif meħtieġ mill-punt FCL.935.”;

    (40)

    Il-punt FCL.915.IRI(b)(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(2)

    fil-każ ta’ applikanti għal IR(H) għal ħelikopters b’aktar minn magna waħda, jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt FCL.905.FI (h)(3)(ii);”;

    (41)

    Il-punt FCL.930.IRI(a)(3)(ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(ii)

    għall-IRI(H), mill-inqas 10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq ħelikopter, FFS, FTD 2/3 jew FNPT II/III. Fil-każ ta’ applikanti li għandhom ċertifikat ta’ FI(H), dawk is-sigħat jitnaqqsu għal mill-inqas 5;”;

    (42)

    Il-punt FCL.905.SFI huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.905.SFI Privileġġi u kundizzjonijiet

    (a)

    Il-privileġġi ta’ SFIs huma li jipprovdu tagħlim fit-titjir sintetiku, fi ħdan il-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti, għal:

    (1)

    il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ IR, dment li għandhom jew kellhom IR fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti;

    (2)

    il-ħruġ ta’ IR, dment li għandhom jew kellhom IR fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti u jkunu lestew kors ta’ taħriġ ta’ IRI.

    (b)

    Il-privileġġi ta’ SFIs għal ajruplani bi bdot wieħed huma li jipprovdu tagħlim fit-titjir sintetiku għal:

    (1)

    il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, jekk l-applikanti jitolbu privileġġi biex iħaddmu operazzjonijiet bi bdot wieħed.

    Il-privileġġi ta’ SFIs għal ajruplani bi bdot wieħed jistgħu jkunu estiżi għal tagħlim fit-titjir għal klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, dment li jissodisfaw kwalunkwe kundizzjoni minn dawn li ġejjin:

    (i)

    ikollhom jew kellhom ċertifikat ta’ TRI għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed;

    (ii)

    ikunu wettqu mill-inqas 500 siegħa fuq ajruplani f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed u jkunu lestew kors tat-taħriġ f’MCCI skont il-punt FCL.930.MCCI;

    (2)

    il-korsijiet ta’ taħriġ ta’ MCC u MPL dwar il-fażi bażika, dment li l-privileġġi ta’ SFIs(SPA) ikunu ġew estiżi għal operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed skont il-punt (1).

    (c)

    Il-privileġġi ta’ SFIs għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed huma li jipprovdu tagħlim fit-titjir sintetiku għal:

    (1)

    il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed u jekk l-applikanti jitolbu privileġġi biex joperaw f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed;

    (2)

    il-kors ta’ taħriġ f’MCC;

    (3)

    il-kors ta’ MPL dwar il-fażijiet bażiċi, intermedji u avvanzati, dment li, għall-fażi bażika, huma għandhom jew kellhom ċertifikat ta’ FI(A) jew IRI(A);

    (d)

    Il-privileġġi ta’ SFIs għall-ħelikopters huma li jipprovdu tagħlim fit-titjir sintetiku għal:

    (1)

    il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip tal-ħelikopters;

    (2)

    taħriġ tal-MCC, jekk l-SFIs ikollhom il-privileġġi li jagħtu struzzjoni għal ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed;”

    (43)

    Il-punt FCL.910.SFI huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.910.SFI Privileġġi ristretti

    Il-privileġġi ta’ SFIs għandhom ikunu ristretti għall-FTD 2/3 jew l-FFS tat-tip ta’ inġenji tal-ajru li fih ikun sar il-kors ta’ taħriġ ta’ SFI.

    Il-privileġġi jistgħu jkunu estiżi għal FSTDs oħra li jirrappreżentaw aktar tipi tal-istess kategorija ta’ inġenju tal-ajru jekk id-detenturi jkunu:

    (a)

    lestew il-kontenut tas-simulatur tal-kors tal-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti;

    (b)

    lestew il-partijiet rilevanti tat-taħriġ tekniku u l-kontenut tal-FSTD tas-sillabu tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI applikabbli;

    (c)

    wettqu fuq kors sħiħ tal-klassifikazzjonijiet tat-tip mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir relatati mad-dmirijiet ta’ SFI fuq it-tip applikabbli taħt is-superviżjoni u għas-sodisfazzjon ta’ TRE jew SFE kkwalifikat għal dan il-għan.

    Il-privileġġi tal-SFI għandhom jiġu estiżi għal aktar varjanti skont l-OSD jekk l-SFI ikun lesta l-partijiet rilevanti tat-tip tat-taħriġ tekniku u l-kontenut tal-FSTD tas-sillabu tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI applikabbli.”;

    (44)

    Il-punt FCL.930.SFI(a)(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(2)

    il-partijiet rilevanti tat-taħriġ tekniku u l-kontenut tal-FSTD tas-sillabu tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI applikabbli”;

    (45)

    Il-punt FCL.940.SFI huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.940.SFI Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

    (a)

    Validazzjoni mill-ġdid

    Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ SFI, l-applikanti għandhom jissodisfaw, qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ SFI, mill-inqas tnejn mit-tliet rekwiżiti li ġejjin:

    (1)

    ikunu wettqu mill-inqas 50 siegħa bħala għalliema jew eżaminaturi f’FSTDs, li minnhom mill-inqas 15-il siegħa għandhom ikunu fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ SFI;

    (2)

    ikunu lestew taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala SFI f’ATO;

    (3)

    ikunu għaddew mit-taqsimiet rilevanti tal-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935.

    (b)

    Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu lestew, f’FFS, il-kontrolli tal-profiċjenza għall-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ inġenji tal-ajru speċifiċi li jirrappreżentaw it-tipi li għalihom ikollhom il-privileġġi.

    (c)

    Għal mill-inqas kull validazzjoni mill-ġdid alternattiva ta’ ċertifikat ta’ SFI, id-detenturi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit fil-punt (a)(3).

    (d)

    Jekk SFI jkollu ċertifikat fuq aktar minn tip wieħed ta’ inġenju tal-ajru fi ħdan l-istess kategorija, il-valutazzjoni tal-kompetenza mwettqa fuq wieħed minn dawk it-tipi għandha tivvalida mill-ġdid iċ-ċertifikat ta’ SFI għat-tipi l-oħra li għandu fi ħdan l-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fl-OSD.

    (e)

    Tiġdid

    Biex iġeddu ċ-ċertifikat ta’ SFI, l-applikanti għandhom, fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel l-applikazzjoni għat-tiġdid, jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (1)

    ikunu lestew taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala SFI f’ATO;

    (2)

    ikunu għaddew mill-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935;

    (3)

    ikunu lestew, f’FSTD, it-test tal-ħiliet għall-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ inġenji tal-ajru speċifiċi li jirrappreżentaw it-tipi li għalihom il-privileġġi għandhom jiġu mġedda.”;

    (46)

    Il-punt FCL.910.STI huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.910.STI Privileġġi ristretti

    Il-privileġġi ta’ STIs għandhom ikunu ristretti għall-FSTD li fih ikun ittieħed il-kors ta’ taħriġ ta’ STI.

    Il-privileġġi jistgħu jkunu estiżi għal FSTDs oħra li jirrappreżentaw aktar tipi ta’ inġenji tal-ajru jekk fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel l-applikazzjoni, id-detenturi jkunu:

    (a)

    lestew il-kontenut tal-FSTD tal-kors ta’ CRI jew ta’ TRI dwar il-klassi jew it-tip ta’ inġenju tal-ajru li għalih jintalbu l-privileġġi ta’ tagħlim;

    (b)

    għaddew fl-FSTD li fih għandu jitwettaq it-tagħlim fit-titjir, mit-taqsima applikabbli tal-kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness għall-klassi jew it-tip ta’ inġenju tal-ajru xieraq.

    Għal STIs(A) li jgħallmu fuq BITD biss, il-kontroll tal-profiċjenza għandu jinkludi biss l-eżerċizzji adattati għat-test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ PPL(A);

    (c)

    wettqu, f’CPL, IR, PPL, jew kors tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir taħt is-superviżjoni ta’ FI, CRI(A), IRI jew TRI nominat mill-ATO għal dan il-għan, inkluża mill-inqas siegħa ta’ tagħlim fit-titjir li tkun issorveljata minn FIE fil-kategorija ta’ inġenju tal-ajru xierqa.”;

    (47)

    Il-punt FCL.915.STI huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.915.STI Prerekwiżiti

    (a)

    L-applikanti għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ STI għandu:

    (1)

    ikollhom, jew kellhom, fl-aħħar 3 snin qabel l-applikazzjoni, liċenzja ta’ bdot u privileġġi ta’ tagħlim adattati għall-korsijiet li għalihom ikun intiż it-tagħlim;

    (2)

    ikunu lestew f’FSTD il-kontroll tal-profiċjenza rilevanti għall-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel l-applikazzjoni.

    L-applikanti għall-ħruġ ta’ STI(A) li jkunu jixtiequ jgħallmu fuq il-BITDs biss, għandhom iwettqu biss l-eżerċizzji adattati għal test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ PPL(A);

    (b)

    Minbarra r-rekwiżiti stipulati fil-punt (a), l-applikanti għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ STI(H), għandhom ikunu wettqu mill-inqas siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala osservaturi fil-kokpit tat-tip applikabbli ta’ ħelikopter, fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel l-applikazzjoni.”;

    (48)

    Il-punt FCL.940.STI huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.940.STI Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid ta’ ċertifikat ta’ STI

    (a)

    Validazzjoni mill-ġdid

    Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ STI, l-applikanti għandhom, fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ STI, jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (1)

    ikunu wettqu mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir f’FSTD, bħala parti minn kors sħiħ ta’ CPL, IR, PPL jew tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip;

    (2)

    ikunu għaddew fl-FSTD li fih jitwettaq it-tagħlim fit-titjir, mit-taqsimiet applikabbli tal-kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness għall-klassi jew it-tip tal-inġenju tal-ajru xieraq.

    Għal STIs(A) li jgħallmu fuq BITDs biss, il-kontroll tal-profiċjenza għandu jinkludi biss l-eżerċizzji adattati għal test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ PPL(A).

    (b)

    Tiġdid

    Biex iġeddu ċ-ċertifikat ta’ STI, l-applikanti għandhom fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel l-applikazzjoni għat-tiġdid:

    (1)

    ilestu taħriġ ta’ aġġornament bħala STI f’ATO;

    (2)

    jgħaddu fl-FSTD li fih jitwettaq it-tagħlim fit-titjir, mit-taqsimiet applikabbli tal-kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness għall-klassi jew it-tip tal-inġenju tal-ajru xieraq.

    Għal STI(A) li jgħallem fuq BITDs biss, il-kontroll tal-profiċjenza għandu jinkludi biss l-eżerċizzji adattati għal test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ PPL(A);

    (3)

    iwettqu, fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti, f’kors sħiħ ta’ CPL, IR, PPL jew tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip. mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir taħt is-superviżjoni ta’ FI, CRI, IRI jew TRI nominat mill-ATO għal dan il-għan, inkluża mill-inqas siegħa ta’ tagħlim fit-titjir li tkun issorveljata minn eżaminatur tal-għalliema tat-titjir (FIE).”;

    (49)

    Il-punt FCL.1000 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.1000 Ċertifikati tal-eżaminaturi

    (a)

    Ġenerali

    Id-detenturi ta’ ċertifikat ta’ eżaminatur għandu:

    (1)

    ikollhom, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor f’dan l-Anness, liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat ekwivalenti għal dawk li għalihom huma awtorizzati jwettqu testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza u l-privileġġ li jgħallmu għalihom;

    (2)

    ikunu kkwalifikati li jaġixxu bħala PIC fuq l-inġenji tal-ajru matul test tal-ħiliet, kontroll tal-profiċjenza jew valutazzjoni tal-kompetenza jekk jitwettqu fuq l-inġenju tal-ajru.

    (b)

    Kundizzjonijiet speċjali:

    (1)

    L-awtorità kompetenti tista’ toħroġ ċertifikat speċifiku li jagħti privileġġi għat-twettiq tat-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza u l-valutazzjonijiet tal-konformità jekk il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’din is-Subparti ma tkunx possibbli minħabba li jiġi introdott kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

    (i)

    inġenju tal-ajru ġdid fl-Istati Membri jew fil-flotta ta’ operatur;

    (ii)

    korsijiet ta’ taħriġ ġodda f’dan l-Anness.

    Tali ċertifikat għandu jkun limitat għat-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza u l-valutazzjonijiet tal-kompetenza meħtieġa għall-introduzzjoni tat-tip ġdid ta’ inġenju tal-ajru jew il-kors ta’ taħriġ ġdid u l-validità tiegħu m’għandhiex, fi kwalunkwe każ, taqbeż sena.

    (2)

    Id-detenturi ta’ ċertifikat li jinħareġ f’konformità mal-punt (b)(1) li jkunu jixtiequ japplikaw għal ċertifikat ta’ eżaminatur għandhom jikkonformaw mal-prerekwiżiti u r-rekwiżiti tal-validazzjoni mill-ġdid għal dik il-kategorija taċ-ċertifikat ta’ eżaminatur.

    (3)

    Meta l-ebda eżaminatur ikkwalifikat ma jkun disponibbli, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq bażi ta’ każ b’każ, jawtorizzaw spetturi jew eżaminaturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassifikazzjoni tal-għalliem, tat-tip jew tal-klassi rilevanti, kif speċifikat f’(a), biex iwettqu testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza u valutazzjonijiet tal-kompetenza.

    (c)

    Eżami pprovdut barra mit-territorju tal-Istati Membri:

    (1)

    Permezz ta’ deroga mill-punt (a), fil-każ ta’ testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza li jiġu pprovduti barra mit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta’ eżaminatur lill-applikanti li għandhom liċenzja ta’ bdot li hija konformi mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, dment li dawk l-applikanti:

    (i)

    ikollhom mill-inqas liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat ekwivalenti għal dawk li għalihom huma awtorizzati jwettqu testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza, u fi kwalunkwe każ, mill-inqas CPL;

    (ii)

    ikunu kkwalifikati li jaġixxu bħala PIC fuq l-inġenji tal-ajru matul test tal-ħiliet jew kontroll li jitwettaq fuq l-inġenju tal-ajru;

    (iii)

    jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’din is-Subparti għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ eżaminatur rilevanti; u

    (iv)

    juru lill-awtorità kompetenti li għandhom livell adegwat ta’ għarfien tar-regoli tas-sikurezza tal-avjazzjoni Ewropea biex ikunu jistgħu jeżerċitaw il-privileġġi tal-eżaminatur f’konformità ma’ dan l-Anness.

    (2)

    Iċ-ċertifikat imsemmi fil-punt (1) għandu jkun limitat għat-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet u l-kontrolli tal-profiċjenza:

    (i)

    barra mit-territorji li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali; u

    (ii)

    fir-rigward ta’ bdoti li jkollhom biżżejjed għarfien tal-lingwa li biha jsir it-test/il-kontroll.”;

    (50)

    Il-punt FCL.1005 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.1005 Limitazzjoni tal-privileġġi fil-każ ta’ interessi partikolari

    L-eżaminaturi m’għandhomx iwettqu:

    (a)

    testijiet tal-ħiliet jew valutazzjonijiet tal-kompetenza tal-applikanti għall-ħruġ ta’ liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat li lilhom ikunu pprovdew aktar minn 25 % tat-tagħlim fit-titjir rikjest għal-liċenzja, il-klassifikazzjoni jew iċ-ċertifikat li għalihom ikunu qed isiru t-test tal-ħiliet jew il-valutazzjoni tal-kompetenza; u

    (b)

    testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza kull meta jħossu li l-oġġettività tagħhom tista’ tiġi affettwata.”;

    (51)

    Il-punt FCL.1025 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.1025 Validità, validazzjoni mill-ġdid u tiġdid taċ-ċertifikati ta’ eżaminatur

    (a)

    Validità

    Ċertifikat ta’ eżaminatur għandu jkun validu għal 3 snin.

    (b)

    Validazzjoni mill-ġdid

    Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ eżaminatur, id-detenturi għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (1)

    qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat, ikunu wettqu mill-inqas sitt testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza;

    (2)

    fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat, ikunu lestew, kors ta’ aġġornament għall-eżaminaturi pprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn ATO u approvat mill-awtorità kompetenti. Eżaminatur li jkollu ċertifikat għall-gliders jew għall-blalen tal-arja jista’ jkun wettaq, fil-perjodu ta’ 12-l xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat, kors ta’ aġġornament għall-eżaminaturi pprovdut minn DTO u approvat mill-awtorità kompetenti;

    (3)

    wieħed mit-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza jew il-valutazzjonijiet tal-kompetenza li jitwettqu skont il-punt (1) għandu jsir fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ eżaminatur u għandu:

    (i)

    ikun ġie vvalutat minn spettur mill-awtorità kompetenti jew minn eżaminatur aktar esperjenzat awtorizzat speċifikament biex jagħmel dan mill-awtorità kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikat ta’ eżaminatur; jew

    (ii)

    jikkonforma mar-rekwiżiti fil-punt FCL.1020.

    Jekk l-applikanti għall-validazzjoni mill-ġdid ikollhom privileġġi għal aktar minn kategorija waħda ta’ eżaminatur, il-privileġġi kollha ta’ eżaminatur jistgħu jiġu vvalidati mill-ġdid jekk l-applikanti jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti FCL.1020(b)(1) u (2) għal waħda mill-kategoriji taċ-ċertifikati ta’ eżaminatur li jkollhom, bi ftehim mal-awtorità kompetenti.

    (c)

    Tiġdid

    Jekk iċ-ċertifikat ikun skada, qabel ma jkomplu jeżerċitaw il-privileġġi, l-applikanti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punt (b)(2) u l-punt FCL.1020 fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel l-applikazzjoni għat-tiġdid.

    (d)

    Ċertifikat ta’ eżaminatur għandu jiġi vvalidat mill-ġdid jew imġedded biss jekk l-applikant juri konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti fl-FCL.1010 u FCL.1030.”;

    (52)

    Il-punt FCL.1005.TRE huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Il-punt (a)(5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(5)

    valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikati ta’ TRI jew SFI fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru applikabbli, dment li jkunu wettqu mill-inqas 3 snin bħala TRE u jkunu wettqu taħriġ speċifiku għall-valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt FCL.1015 (b).”;

    (b)

    Il-punt (b)(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(4)

    valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikati ta’ TRI(H) jew SFI(H), dment li jkunu wettqu mill-inqas 3 snin bħala TRE u jkunu wettqu taħriġ speċifiku għall-valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt FCL.1015 (b).”;

    (53)

    Il-punt FCL.1005.CRE(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(b)

    kontrolli tal-profiċjenza għal:

    (1)

    il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip;

    (2)

    il-validazzjoni mill-ġdid tal-IRs, dment li jkunu wettqu mill-inqas 1500 siegħa bħala bdoti tal-ajruplani u jkunu wettqu mill-inqas 450 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR;

    (3)

    it-tiġdid tal-IRs, dment li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt FCL.1010.IRE(a); u

    (4)

    il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ EIRs, dment li jkunu wettqu mill-inqas 1 500 siegħa bħala bdoti fuq ajruplani u jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt FCL.1010.IRE(a)(2).”;

    (54)

    Il-punt FCL.1010.CRE(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(b)

    ikollhom ċertifikat ta’ CRI jew ta’ FI bil-privileġġi li jipprovdu tagħlim għall-klassi jew it-tip applikabbli;”;

    (55)

    Il-punt FCL.1010.IRE huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.1010.IRE Prerekwiżiti

    (a)

    IRE(A)

    L-applikanti għal ċertifikat ta’ IRE għall-ajruplani għandu jkollhom ċertifikat ta’ IRI(A) jew ta’ FI(A) bil-privileġġ li jipprovdu tagħlim għall-IR(A) u għandhom ikunu wettqu:

    (1)

    2000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti tal-ajruplani; u

    (2)

    450 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR, li minnhom 250 siegħa għandhom ikunu bħala għalliema.

    (b)

    IRE(H)

    L-applikanti għal ċertifikat ta’ IRE għall-ħelikopters għandu jkollhom ċertifikat ta’ IRI(H) jew FI(H) bil-privileġġ li jipprovdu tagħlim għall-IR(H) u jkunu wettqu:

    (1)

    2000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti tal-ħelikopters; u

    (2)

    300 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq il-ħelikopters, li minnhom 200 siegħa għandhom ikunu bħala għalliema.

    (c)

    IRE(As)

    L-applikanti għal ċertifikat ta’ IRE għall-iġfna tal-ajru għandu jkollhom ċertifikat ta’ IRI(As) jew FI(As) bil-privileġġ li jipprovdu tagħlim għall-IR(As) u għandhom ikunu wettqu:

    (1)

    500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq l-iġfna tal-ajru; u

    (2)

    100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-iġfna tal-ajru, li minnhom 50 siegħa għandhom ikunu bħala għalliema.”;

    (56)

    Il-punt FCL.1005.SFE huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.1005.SFE Privileġġi u kundizzjonijiet

    (a)

    SFE għall-ajruplani (SFE(A)) u SFE għall-inġenju tal-ajru bil-powered-lift (SFE(PL))

    Il-privileġġi tal-SFEs għall-ajruplani jew għall-inġenji tal-ajru bil-powered-lift huma li jwettqu f’FFS, jew għall-valutazzjonijiet fil-punt (5) fuq l-FSTD applikabbli:

    (1)

    testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani jew inġenji tal-ajru bil-powered-lift, kif ikun applikabbli;

    (2)

    kontrolli tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ IRs jekk ikunu kkombinati mal-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip, dment li jkunu għaddew minn kontroll tal-profiċjenza għat-tip tal-inġenju tal-ajru inkluża l-klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti fl-aħħar sena;

    (3)

    testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ ATPL(A);

    (4)

    testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ MPL, dment li jkunu kkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt FCL.925; u

    (5)

    valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikati ta’ SFI fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti, dment li jkunu wettqu mill-inqas 3 snin bħala SFE(A) u jkunu wettqu taħriġ speċifiku għall-valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt FCL.1015 (b).

    (b)

    SFE għall-ħelikopters (SFE(H))

    Il-privileġġi ta’ SFEs(H) huma li jwettqu f’FFS jew għall-valutazzjonijiet fil-punt (4) fuq l-FSTD applikabbli:

    (1)

    testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip;

    (2)

    kontrolli tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ IRs jekk dawk il-kontrolli jkunu kkombinati mal-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip, dment li l-SFEs ikunu għaddew minn kontroll tal-profiċjenza għat-tip tal-inġenju tal-ajru inkluża l-klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti fl-aħħar sena ta’ qabel il-kontroll tal-profiċjenza;

    (3)

    testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ ATPL(H); u

    (4)

    valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikat ta’ SFI(H), dment li jkunu wettqu mill-inqas 3 snin bħala SFE(H) u jkunu wettqu taħriġ speċifiku għall-valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt FCL.1015 (b).”;

    (57)

    Il-punt FCL.1010.SFE huwa sostitwit b’dan li ġej:

    FCL.1010.SFE Prerekwiżiti

    (a)

    SFE(A)

    L-applikanti għal ċertifikat ta’ SFE(A) għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (1)

    fil-każ ta’ ajruplani b’aktar minn bdot wieħed:

    (i)

    ikollhom jew kellhom ATPL(A), klassifikazzjoni tat-tip għat-tip ta’ ajruplan applikabbli;

    (ii)

    ċertifikat ta’ SFI(A) għat-tip ta’ ajruplan applikabbli; u

    (iii)

    ikunu wettqu mill-inqas 1500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq ajruplani b’aktar minn bdot wieħed;

    (2)

    fil-każ ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed:

    (i)

    ikollhom jew kellhom CPL(A) jew ATPL(A) u klassifikazzjoni tat-tip għat-tip ta’ ajruplan applikabbli;

    (ii)

    ikollhom ċertifikat ta’ SFI(A) għall-klassi jew it-tip ta’ ajruplan applikabbli;

    (iii)

    ikunu wettqu mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq ajruplani bi bdot wieħed;

    (3)

    għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat ta’ SFE, ikunu wettqu mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir sintetiku bħala TRI(A) jew SFI(A) fuq it-tip applikabbli.

    (b)

    SFE(H)

    L-applikanti għal ċertifikat ta’ SFE(H) għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (1)

    ikollhom jew kellhom ATPL(H) u klassifikazzjoni tat-tip għat-tip ta’ ħelikopter applikabbli;

    (2)

    ikollhom ċertifikat ta’ SFI(H) għat-tip ta’ ħelikopter applikabbli;

    (3)

    ikunu wettqu mill-inqas 1000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed;

    (4)

    għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat ta’ SFE, ikunu wettqu mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir sintetiku bħala TRI(H) jew SFI(H) fuq it-tip applikabbli.”;

    (58)

    Il-punti 1.1 u 1.2 tal-Appendiċi 1 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “1.1.

    Għall-ħruġ ta’ LAPL, id-detentur ta’ LAPL f’kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun ikkreditat b’mod sħiħ bl-għarfien teoriku dwar is-suġġetti komuni stabbiliti fil-punt FCL.120. Madankollu, is-suġġett ta’ “navigazzjoni” għandu jkun soġġett biss għal tali kreditu fil-każ ta’ detentur ta’ LAPL(A) li japplika għall-ħruġ ta’ LAPL(H) jew detentur ta’ LAPL(H) li japplika għall-ħruġ ta’ LAPL(A).

    1.2.

    Għall-ħruġ ta’ LAPL(A), LAPL(H) jew PPL, id-detenturi ta’ PPL, CPL jew ATPL f’kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru għandhom ikunu kkreditati b’mod sħiħ bl-għarfien teoriku dwar is-suġġetti komuni stabbiliti fil-punt FCL.215(a)(1).”;

    (59)

    Jiddaħħal il-punt 1.2a. ġdid fl-Appendiċi 1 kif ġej:

    “1.2a

    Għall-ħruġ ta’ LAPL(B), LAPL(S), BPL jew SPL, id-detenturi ta’ liċenzja f’kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru għandhom ikunu kkreditati b’mod sħiħ bl-għarfien teoriku dwar is-suġġetti komuni stabbiliti fil-punt FCL.215(b)(1).”;

    (60)

    Fil-parti A tal-Appendiċi 3Anness II, il-punt 9(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(b)

    70 siegħa bħala PIC, li minnhom 55 siegħa jistgħu jkunu bħala SPIC. Il-ħin ta’ titjir bl-istrumenti bħala SPIC għandu jingħadd bħala ħin ta’ titjir PIC sa massimu ta’ 20 siegħa.”;

    (61)

    Fil-parti C tal-Appendiċi 3, il-punt 8(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(b)

    70 siegħa bħala PIC, li minnhom 55 siegħa jistgħu jkunu bħala SPIC. Il-ħin ta’ titjir bl-istrumenti bħala SPIC għandu jingħadd bħala ħin ta’ titjir PIC sa massimu ta’ 20 siegħa;”;

    (62)

    Fil-parti D tal-Appendiċi 3, il-punt 8(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(b)

    70 siegħa bħala PIC, li minnhom 55 siegħa jistgħu jkunu bħala SPIC.”;

    (63)

    Fil-parti E tal-Appendiċi 3, il-punt 3(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(a)

    ikun wettaq 150 siegħa ta’ ħin ta’ titjir;

    Għajr għar-rekwiżit ta’ 50 siegħa bħala PIC fl-ajruplani, is-sigħat bħala PIC f’kategoriji oħra ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jammontaw għall-150 siegħa ta’ ħin ta’ titjir fuq l-ajruplani fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

    (1)

    20 siegħa f’ħelikopters, jekk l-applikanti jkollhom PPL(H);

    (2)

    50 siegħa f’ħelikopters, jekk l-applikanti jkollhom CPL(H);

    (3)

    10 sigħat f’TMGs jew gliders;

    (4)

    20 siegħa f’iġfna tal-ajru, jekk l-applikanti jkollhom PPL(As);

    (5)

    50 siegħa f’iġfna tal-ajru, jekk l-applikanti jkollhom CPL(As).”;

    (64)

    Fil-parti K tal-Appendiċi 3, il-punt 3(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(a)

    ikun wettaq mill-inqas 155 siegħa ta’ ħin ta’ titjir, inklużi 50 siegħa bħala PIC f’ħelikopters li minnhom 10 sigħat għandhom ikunu cross-country.

    Għajr għar-rekwiżit ta’ 50 siegħa bħala PIC f’ħelikopters, is-sigħat bħala PIC f’kategoriji oħra ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jammontaw għall-155 siegħa ta’ ħin ta’ titjir fuq il-ħelikopters fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

    (1)

    20 siegħa f’ajruplani, jekk l-applikanti jkollhom PPL(A);

    (2)

    50 siegħa f’ajruplani, jekk l-applikanti jkollhom CPL(A);

    (3)

    10 sigħat f’TMGs jew gliders;

    (4)

    20 siegħa f’iġfna tal-ajru, jekk l-applikanti jkollhom PPL(As);

    (5)

    50 siegħa f’iġfna tal-ajru, jekk l-applikanti jkollhom CPL(As);”;

    (65)

    It-tabella tal-KONTENUT TAT-TEST relatat mal-kategorija tal-ajruplani fl-Appendiċi 7 hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

    Ajruplani

    TAQSIMA 1 — OPERAZZJONIJIET TA’ QABEL IT-TITJIRA U TLUQ

    Użu tal-lista ta’ kontroll, ħila fit-titjir, proċeduri ta’ kontra s-silġ/tat-tneħħija tas-silġ, eċċ., għandhom jiġu applikati fit-taqsimiet kollha

    a

    Użu tal-manwal tat-titjira (jew ekwivalenti) speċjalment kalkolu tal-eżekuzzjoni tal-inġenju tal-ajru, massa u bilanċ

    b

    Użu ta’ dokument tas-Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru, dokument tat-temp

    c

    Tħejjija ta’ pjan tat-titjira tal-ATC, pjan/log tat-titjira tal-IFR

    d

    Identifikazzjoni ta’ sistemi ta’ navigazzjoni meħtieġa għat-tluq, għall-wasla u għall-proċeduri tal-avviċinament

    e

    Spezzjoni ta’ qabel it-titjira

    f

    Kundizzjonijiet Meteoroloġiċi

    g

    Taxiing

    h

    Tluq PBN (jekk applikabbli):

    — Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; u — Wettaq Kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tat-tluq.

    i

    Tgħarrif ta’ qabel it-tlugħ mill-art, Tlugħ mill-art

    j (°)

    Tranżizzjoni għal titjira bl-istrumenti

    k (°)

    Proċeduri ta’ tluq bl-istrumenti, inkluż t-tluq PBN, u l-issettjar tal-altimetru

    l (°)

    Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

    TAQSIMA 2 — IMMANIĠĠJAR ĠENERALI (°)

    a

    Kontroll tal-ajruplan b’referenza biss għall-istrumenti, inkluż il-livell tat-titjira f’diversi veloċitajiet, trim

    b

    Dawriet waqt tlugħ fl-ajru u tbaxxija b’dawra sostnuta ta’ Rata 1

    c

    Irkupri minn attitudnijiet mhux tas-soltu, inklużi dawriet bi bbankjar ta’ 45° u dawriet f’daqqa waqt it-tbaxxija

    d (*1)

    Irkupru minn avviċinament għal waqfien tal-magna f’titjira fi pjan, dawriet ta’ tlugħ fl-ajru/tbaxxija u f’konfigurazzjoni ta’ nżul

    e

    Panew limitat: tlugħ fl-ajru jew tbaxxija stabbilizzati, dawriet f’livell b’Rata 1 fuq headings partikolari, irkupru minn attitudnijiet mhux tas-soltu

    TAQSIMA 3 — PROĊEDURI IFR WAQT IR-ROTTA (°)

    a

    Traċċar, inkluża l-interċettazzjoni, eż. NDB, VOR, traċċar bejn waypoints

    b

    Użu ta’ sistema tan-navigazzjoni u għajnuniet bir-radju

    c

    Titjira fi pjan, kontroll ta’ heading, altitudni u airspeed, issettjar tal-qawwa, teknika ta’ trim

    d

    Issettjar tal-altimetru

    e

    Puntwalità u reviżjoni tal-ETAs (żamma waqt ir-rotta, jekk meħtieġ)

    f

    Monitoraġġ tal-progress tat-titjira, log tat-titjira, użu tal-fjuwil, immaniġġjar tas-sistemi

    g

    Proċeduri ta’ protezzjoni mis-silġ, simulati jekk meħtieġ

    h

    Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

    TAQSIMA 3a — PROĊEDURI TAL-WASLA

    a

    Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni u identifikazzjoni tal-faċilitajiet, jekk applikabbli

    b

    Proċeduri tal-wasla, kontrolli bl-altimetru

    c

    Altitudni u limitazzjonijiet tal-veloċità, jekk applikabbli

    d

    Wasla PBN (jekk applikabbli):

    — Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; u— Wettaq kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tal-wasla.

    TAQSIMA 4 (°)— Operazzjonijiet 3D (++)

    a

    Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni

    Ikkontrolla l-angolu tat-Trajettorja Vertikali

    Għall-RNP APCH:

    — Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; u — Wettaq kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tal-avviċinament.

    b

    Tgħarrif tal-avviċinament u tal-inżul, inklużi l-kontrolli ta’ tbaxxija/avviċinament/inżul, inkluża l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet

    c (+)

    Proċedura ta’ żamma

    d

    Konformità mal-proċedura tal-avviċinament ippubblikata

    e

    Puntwalità tal-avviċinament

    f

    Altitudni, veloċità, kontroll tal-heading (avviċinament stabilizzat)

    g (+)

    Azzjoni ta’ tidwir

    h (+)

    Proċedura ta’ avviċinament bla suċċess/inżul

    i

    Kollegament mal-ATC – konformità, proċeduri R/T

    TAQSIMA 5 (°)— OPERAZZJONIJIET 2D (++)

    a

    Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni

    Għall-RNP APCH:

    — Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; u — Wettaq kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tal-avviċinament.

    b

    Tgħarrif tal-avviċinament u tal-inżul, inklużi l-kontrolli ta’ tbaxxija/avviċinament/inżul, inkluża l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet

    c (+)

    Proċedura ta’ żamma

    d

    Konformità mal-proċedura tal-avviċinament ippubblikata

    e

    Puntwalità tal-avviċinament

    f

    Altitudni/Distanza sal-MAPT, veloċità, kontroll tal-heading (avviċinament stabilizzat), Step Down Fixes (SDF(s)), jekk applikabbli

    g (+)

    Azzjoni ta’ tidwir

    h (+)

    Proċedura ta’ avviċinament bla suċċess/inżul

    i

    Kollegament mal-ATC – konformità, proċeduri R/T

    TAQSIMA 6 — TITJIRA B’MAGNA WAĦDA MA TAĦDIMX (ajruplani b’aktar minn magna waħda biss)  (°)

    a

    Ħsara simulata fil-magna wara t-tlugħ jew fit-tidwir

    b

    Avviċinament, tidwir u avviċinament bla suċċess proċedurali b’magna waħda ma taħdimx

    c

    Avviċinament u nżul b’magna waħda ma taħdimx

    d

    Kollegament mal-ATC – konformità, proċeduri R/T

    (66)

    L-Appendiċi 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “APPEDNIĊI 8

    Ikkreditar trasversali tal-parti IR ta’ klassi jew kontroll tal-profiċjenza tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip

    A.   Ajruplani

    Il-krediti għandhom jingħataw biss jekk id-detentur ikunu qed jivvalidaw mill-ġdid jew iġeddu l-privileġġi tal-IR għal ajruplani b’magna waħda u għal ajruplani bi bdot wieħed u b’aktar minn magna waħda, kif xieraq.

    Jekk isir test tal-ħiliet jew kontroll tal-profiċjenza inkluża IR, u d-detenturi jkollhom klassifikazzjoni valida minn dawn li ġejjin:

    Il-kreditu huwa validu fir-rigward tal-parti IR fil-kontroll tal-profiċjenza għal:

    Klassifikazzjoni tat-tip MP;

    Klassifikazzjoni tat-tip ta’ ajruplan kumpless ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed

    Klassifikazzjoni tal-klassi SE (*2), u

    Klassifikazzjoni tat-tip SE (*2), u

    Klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip SP ME għajr għal klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja, krediti biss għat-Taqsima 3B tal-kontroll tal-profiċjenza fl-Appendiċi 9(B.5)

    Klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip tal-ajruplani SP ME għajr għal klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja, imħaddma bħala bdot wieħed

    Klassifikazzjoni tal-klassi SE, u

    Klassifikazzjoni tat-tip SE, u

    Klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip SP ME għal klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja

    Klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip ta’ ajruplani SP ME għajr għal klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja, ristretti għal operazzjonijiet MP

    Klassifikazzjoni tal-klassi SE (*2), u

    Klassifikazzjoni tat-tip SE (*2), u

    Klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip SP ME għajr għal klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja (*2).

    Klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip ta’ ajruplani SP SE

    Klassifikazzjoni tal-klassi SE, u

    Klassifikazzjoni tat-tip SE

    B.   Ħelikopters

    Il-krediti għandhom jingħataw biss jekk id-detenturi jkunu qed jivvalidaw il-privileġġi tal-IR mill-ġdid għal ħelikopters b’magna waħda u ħelikopters b’aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed, kif xieraq.

    Jekk isir test tal-ħiliet jew kontroll tal-kompetenza, inkluża IR u d-detenturi jkollhom klassifikazzjoni

    valida minn dawn li ġejjin:

    Il-kreditu huwa validu fir-rigward tal-parti IR

    f’kontroll tal-profiċjenza għal:

    Klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed (MPH)

    Klassifikazzjoni tat-tip SE (*3); u

    Klassifikazzjoni tat-tip SP ME (*3)

    Klassifikazzjoni tat-tip SP ME, imħaddma bħala bdot waħdieni

    Klassifikazzjoni tat-tip SE (*3); u

    Klassifikazzjoni tat-tip SP ME (*3).

    Klassifikazzjoni tat-tip SP ME, ristretti għal tħaddim b’aktar minn bdot wieħed

    Klassifikazzjoni tat-tip SE (*3); u

    Klassifikazzjoni tat-tip SP ME (*3)

    Klassifikazzjoni tat-tip SE, imħaddma bħala bdot waħdieni

    Klassifikazzjoni tat-tip SP SE, imħaddma bħala bdot waħdieni

    (67)

    Fl-Appendiċi 9, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

    (a)

    it-tabella fil-punt (5)(k) hija sostitwita b’dan li ġej:

     

    (1)

    (2)

    (3)

    (4)

    (5)

    Tip ta’ operazzjoni

    SP

    MP

    SP→MP (inizjali)

    MP→SP (inizjali)

    SP + MP

     

    Taħriġ

    Ittestjar/kontroll

    Taħriġ

    Ittestjar/kontroll

    Taħriġ

    Ittestjar/kontroll

    Taħriġ, ittestjar u kontroll (ajruplani SE)

    Taħriġ, ittestjar u kontroll (ajruplani ME)

    Ajruplani SE

    Ajruplani ME

    L-ewwel ħruġ

    SP kumplessi

    Taqsimiet

    1-6

    1-7

    Taqsimiet

    1-6

    1-6

    Taqsimiet 1, -7

    Taqsimiet

    1-6

    MCC

    CRM

    Fatturi umani

    TEM

    Taqsima 7

    Taqsimiet

    1-6

    1.6, 4.5, 4.6, 5.2 u, jekk applikabbli, avviċinament wieħed mit-Taqsima 3.B

    1.6, Taqsima 6 u, jekk applikabbli, avviċinament wieħed mit-Taqsima 3.B

     

     

    Validazzjoni mill-ġdid

    SP kumplessi

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    Taqsimiet

    1-6

    1-6

    mhux applikabbli

    Taqsimiet

    1-6

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    MPO:

    Taqsimiet 1-7 (taħriġ)

    Taqsimiet 1-6 (kontroll)

    SPO:

    1.6, 4.5, 4.6, 5.2 u, jekk applikabbli, avviċinament wieħed mit-Taqsima 3.B

    MPO:

    Taqsimiet 1-7 (taħriġ)

    Taqsimiet 1-6 (kontroll)

    SPO:

    1.6, Taqsima 6 u, jekk applikabbli, avviċinament wieħed mit-Taqsima 3.B

    Tiġdid

    SP kumplessi

    FCL.740

    Taqsimiet

    1-6

    1-6

    FCL.740

    Taqsimiet

    1-6

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    Taħriġ: FCL.740

    Kontroll: fir-rigward tal-validazzjoni mill-ġdid

    Taħriġ: FCL.740

    Kontroll: fir-rigward tal-validazzjoni mill-ġdid”;

    (b)

    fit-tabella ta’ wara l-punt 5(1), ir-ringiela għall-eżerċizzju 7.2.2. hija sostitwita b’dan li ġej:

    “7.2.2

    L-eżerċizzji li ġejjin b’rabta mal-instabbiltà:

    l-irkupru minn “nose-high” f’diversi angoli ta’ inklinazzjoni laterali; u

    l-irkupru minn “nose-low” f’diversi angoli ta’ inklinazzjoni laterali.

    P

    X

    L-ajruplani m’għandhomx jintużaw għal dan l-eżerċizzju”

     

     

     

    L-Anness VI (il-Parti-ARA) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:

    (68)

    Fil-punt ARA.GEN.220, il-punti (a)(11) u (a)(12) huma sostitwiti u jiddaħħal il-punt (a)(13) ġdid kif ġej:

    “(11)

    informazzjoni dwar is-sikurezza u miżuri ta’ segwitu;

    (12)

    l-użu ta’ dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2018/1139; u

    (13)

    Il-proċess ta’ evalwazzjoni u awtorizzazzjoni tal-inġenju tal-ajru stabbilit fil-punti ORA.ATO.135 (a) u DTO.GEN.240 (a).”;

    (69)

    Jiddaħħal il-punt ARA.GEN.360 ġdid kif ġej:

    ARA.GEN.360 Bdil tal-awtorità kompetenti

    (a)

    Malli tirċievi talba mingħand detentur tal-liċenzja biex jibdel l-awtorità kompetenti kif speċifikat fil-punt FCL.015(d) tal-Anness I (il-Parti-FCL), l-awtorità kompetenti riċeventi għandha, mingħajr dewmien żejjed, titlob lill-awtorità kompetenti tad-detentur tal-liċenzja biex tittrasferixxi, mingħajr dewmien żejjed, dawn kollha li ġejjin:

    (1)

    verifika tal-liċenzja;

    (2)

    kopji tar-rekords mediċi tad-detentur tal-liċenzja li jinżammu minn dik l-awtorità kompetenti skont il-punti ARA.GEN.220 u ARA.MED.150 Ir-rekords mediċi għandhom jiġu ttrasferiti skont il-punt MED.A.015 tal-Anness IV (il-Parti-MED) u għandhom jinkludu sommarju tal-istorja medika rilevanti tal-applikant, ivverifikata u ffirmata mill-valutatur mediku.

    (b)

    L-awtorità kompetenti li twettaq it-trasferiment għandha żżomm ir-rekords oriġinali ta’ liċenzjar u dawk mediċi tad-detentur tal-liċenzja skont il-punti ARA.GEN.220, ARA.FCL.120 u ARA.MED.150.

    (c)

    L-awtorità kompetenti riċeventi għandha, mingħajr dewmien żejjed, toħroġ mill-ġdid il-liċenzja u ċ-ċertifikat mediku dment li tkun irċeviet u pproċessat id-dokumenti kollha speċifikati fil-punt (a). Mal-ħruġ mill-ġdid tal-liċenzja u taċ-ċertifikat mediku, l-awtorità kompetenti riċeventi għandha titlob immedjatament lid-detentur tal-liċenzja biex jipprovdilha l-liċenzja maħruġa mill-awtorità kompetenti li tkun qed tagħmel it-trasferiment u ċ-ċertifikat mediku assoċjat.

    (d)

    L-awtorità kompetenti riċeventi għandha tinnotifika immedjatament lill-awtorità kompetenti li tkun qed twettaq it-trasferiment ladarba tkun ħarġet mill-ġdid il-liċenzja u ċ-ċertifikat mediku lid-detentur tal-liċenzja u d-detentur tal-liċenzja jkun ipprovda l-liċenzja u ċ-ċertifikat mediku skont il-punt (c). Sakemm tasal tali notifika, l-awtorità kompetenti li twettaq it-trasferiment tibqa’ responsabbli għal-liċenzja u ċ-ċertifikat mediku li jkunu nħarġu oriġinarjament lil dak id-detentur tal-liċenzja.”;

    L-Anness VII (il-Parti-ORA) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:

    (70)

    Il-punt ORA.ATO.135(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(a)

    L-ATO għandha tuża flotta adegwata ta’ inġenji tal-ajru jew FSTDs għat-taħriġ, li jkunu mgħammra kif jixraq għall-korsijiet ta’ taħriġ ipprovduti. Il-flotta tal-inġenji tal-ajru għandha tkun magħmula minn inġenji tal-ajru li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha ddefiniti fir-Regolament (UE) 2018/1139. L-inġenji tal-ajru li jaqgħu taħt il-punti (a), (b), (c) jew (d) tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1138, jistgħu jintużaw għat-taħriġ jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (1)

    matul proċess ta’ evalwazzjoni, l-awtorità kompetenti kkonfermat livell ta’ sigurtà li jista’ jitqabbel ma’ dak iddefinit mir-rekwiżiti essenzjali kollha stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139;

    (2)

    l-awtorità kompetenti tat il-permess biex l-inġenju tal-ajru jintuża għat-taħriġ fl-ATO.”;

    L-Anness VIII (il-Parti-DTO) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 (il-Parti-DTO) huwa emendat kif ġej:

    (71)

    Il-punt DTO.GEN.240(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(a)

    DTO għandha tuża flotta adegwata ta’ inġenji tal-ajru jew FSTDs għat-taħriġ, li jkunu mgħammra kif jixraq għall-korsijiet ta’ taħriġ ipprovduti. Il-flotta tal-inġenji tal-ajru għandha tkun magħmula minn inġenji tal-ajru li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha ddefiniti fir-Regolament (UE) 2018/1139. L-inġenji tal-ajru li jaqgħu taħt il-punti (a), (b), (c) jew (d) tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1138, jistgħu jintużaw għat-taħriġ jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (1)

    matul proċess ta’ evalwazzjoni, l-awtorità kompetenti kkonfermat livell ta’ sigurtà li jista’ jitqabbel ma’ dak iddefinit mir-rekwiżiti essenzjali kollha stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139;

    (2)

    l-awtorità kompetenti tat il-permess biex l-inġenju tal-ajru jintuża għat-taħriġ fid-DTO.”.


    (°)  Għandha titwettaq b’referenza għall-istrumenti biss.

    (*1)  Tista’ titwettaq f’FFS, FTD 2/3 jew FNPT II.

    (+)  Tista’ titwettaq fit-Taqsima 4 jew fit-Taqsima 5.

    (++)  Biex jiġu stabbiliti jew jinżammu l-privileġġi PBN, approċċ wieħed fit-Taqsima 4 jew fit-Taqsima 5 għandu jkun RNP APCH. Fejn RNP APCH mhijiex prattikabbli, din għandha titwettaq f’FSTD mgħammar b’mod xieraq.”;

    (*2)  Dment li matul it-12-il xahar preċedenti, l-applikanti jkunu taru mill-inqas tliet tluq u avviċinamenti IFR bil-privileġġi PBN, fosthom mill-inqas avviċinament wieħed RNP APCH fuq ajruplan ta’ klassi jew tip SP f’operazzjonijiet ta’ bdot wieħed, jew, għal ajruplani b’aktar minn magna waħda, għajr ajruplani kumplessi HP, l-applikanti jkunu għaddew mit-Taqsima 6 tat-test tal-ħiliet għal ajruplani SP, għajr dawk kumplessi HP li jittajru biss b’referenza għall-istrumenti f’operazzjoni ta’ bdot wieħed.

    (*3)  Dment li matul it-12-il xahar preċedenti, ikunu twettqu mill-inqas tliet tluq u avviċinamenti IFR bl-eżerċizzju tal-privileġġi PBN, fosthom avviċinament wieħed RNP APCH (jista’ jkun avviċinament Point in Space (PinS)) fuq ħelikopter tat-tip SP f’operazzjoni SP.”;


    Top