Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0396

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/396 tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2205, ir-Regolament Delegat (UE) 2016/592 u r-Regolament Delegat (UE) 2016/1178 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data li fiha l-obbligu tal-ikklirjar jidħol fis-seħħ għal ċerti tipi ta' kuntratti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    C/2018/9122

    ĠU L 71, 13.3.2019, p. 11–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/396/oj

    13.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 71/11


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/396

    tad-19 ta' Diċembru 2018

    li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2205, ir-Regolament Delegat (UE) 2016/592 u r-Regolament Delegat (UE) 2016/1178 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data li fiha l-obbligu tal-ikklirjar jidħol fis-seħħ għal ċerti tipi ta' kuntratti

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit ressaq in-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' xi ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara li tkun saret in-notifika, jiġifieri mit-30 ta' Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dan il-perijodu.

    (2)

    L-obbligu ta' kklerjar stipulat fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma jiħux f'kunsiderazzjoni l-eventwalità li Stat Membru joħroġ mill-Unjoni. L-isfidi ffaċċjati minn dawk il-partijiet ta' kuntratt ta' derivattivi OTC li l-kontropartijiet tagħhom ikunu stabbiliti fir-Renju Unit huma konsegwenza diretta ta' avveniment li huwa lil hinn mill-kontroll tagħhom u li jista' tpoġġihom fi żvantaġġ meta mqabbla ma' kontropartijiet oħra fl-Unjoni.

    (3)

    Ir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 (2), (UE) 2016/592 (3) u (UE) 2016/1178 (4) jispeċifikaw id-dati minn meta l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ għal kuntratti li jappartjenu għal ċerti klassijiet ta' derivati OTC. Barra minn hekk, dawn ir-Regolamenti jipprovdu għal dati differenti skont il-kategorija ta' kontroparti għal dawk il-kuntratti.

    (4)

    Il-kontropartijiet ma jistgħux jipprevedu x'se jkun l-istatus ta' kontroparti stabbilita fir-Renju Unit jew sa liema punt dik il-kontroparti tkun tista' tkompli tipprovdi ċerti servizzi lil kontrapartijiet stabbiliti fl-Unjoni. Biex din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata, jista' jkun li l-kontropartijiet jkunu jridu jinnovaw il-kuntratt billi l-kontroparti stabbilita fir-Renju Unit tiġi sostitwita b'kontroparti fi Stat Membru.

    (5)

    Jekk, minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, il-partijiet jiddeċiedu li jissostitwixxu kontroparti stabbilita fir-Renju Unit b'kontroparti ġdida stabbilita fl-Unjoni, in-novazzjoni tal-kuntratti se tagħti bidu għall-obbligu tal-ikklerjar jekk din in-novazzjoni sseħħ fi jew wara d-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar għal dak it-tip ta' kuntratt. Bħala riżultat, il-partijiet ikollhom jikklerjaw dak il-kuntratt f'CCP awtorizzata jew rikonoxxuta.

    (6)

    Kuntratti kklerjati b'mod ċentrali huma suġġetti għal reġim kollaterali differenti minn kuntratti kklerjati mhux ċentralment. L-iskattar tal-obbligu tal-ikklerjar jista' għalhekk jobbliga ċerti kontropartijiet li ma jkomplux bit-tranżazzjonijiet tagħhom, b'mod li ċerti riskji jibqgħu mhux iħħeġġjati.

    (7)

    Sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq u li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi bejn il-kontropartijiet stabbiliti fl-Unjoni, jenħtieġ li l-kontropartijiet ikunu jistgħu jissostitwixxu l-kontropartijiet stabbiliti fir-Renju Unit b' kontropartijiet stabbiliti f'xi Stat Membru mingħajr ma jiskatta l-obbligu tal-ikklerjar. Sabiex ikun hemm żmien biżżejjed għas-sostituzzjoni ta' tali kontropartijiet, id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar għan-novazzjoni ta' dawk il-kuntratti għandha tiġi 12-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

    (8)

    Jenħtieġ għalhekk li r-Regolamenti Delegati (UE) 2015/2205, (UE) 2016/592 u (UE) 2016/1178 jiġu emendati skont dan.

    (9)

    Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji ppreżentati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni.

    (10)

    Huwa neċessarju li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet effiċjenti minn parteċipanti fis-suq malajr kemm jista' jkun. Għalhekk, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati iżda ma wettqet ebda konsultazzjoni pubblika miftuħa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

    (11)

    Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta' urġenza u jenħtieġ li ma jibdiex japplika qabel il-jum li jiġi wara dak li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, u fir-Renju Unit, sakemm ma jkunx daħal fis-seħħ xi ftehim ta' ħruġ konkluż mar-Renju Unit sa dik id-data jew sakemm ma jkunx ġie estiż il-perjodu ta' sentejn imsemmi fl-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emenda għar-Regolament Delegat (UE) 2015/2205

    Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2205 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 3, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 u 2, għar-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness, l-obbligu tal-ikklerjar għandu jidħol fis-seħħ 12-il xahar mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    l-obbligu tal-ikklerjar ma jkunx ġie skattat minn sal-14 ta' Marzu 2019;

    (b)

    il-kuntratti jiġu nnovati għall-iskop uniku li tiġi sostitwita l-kontroparti stabbilita fir-Renju Unit ma' kontroparti stabbilita f'xi Stat Membru.”;

    (2)

    fl-Artikolu 4, il-paragrafu 3 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   Fil-każ ta' kontropartijiet finanzjarji fil-Kategorija 3, u ta' tranżazzjonijiet li ssir referenza għalihom fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, konklużi bejn kontropartijiet finanzjarji, il-maturità residwa minima li ssir referenza għaliha fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fid-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar għandha tkun:

    (a)

    50 sena fil-każ ta' kuntratti li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 jew it-Tabella 2 tal-Anness;

    (b)

    tliet (3) snin fil-każ ta' kuntratti li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 3 jew it-Tabella 4 tal-Anness.”.

    Artikolu 2

    Emenda għar-Regolament Delegat (UE) 2016/592

    Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/592 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 3, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 u 2, għar-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness, l-obbligu tal-ikklerjar għandu jidħol fis-seħħ 12-il xahar mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    l-obbligu tal-ikklerjar ma jkunx ġie skattat minn sal-14 ta' Marzu 2019;

    (b)

    il-kuntratti jiġu nnovati għall-iskop uniku li tiġi sostitwita l-kontroparti stabbilita fir-Renju Unit ma' kontroparti stabbilita f'xi Stat Membru.”;

    (2)

    fl-Artikolu 4, il-paragrafu 3 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   Fil-każ ta' kontropartijiet finanzjarji fil-Kategorija 3, u ta' tranżazzjonijiet li ssir referenza għalihom fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, konklużi bejn kontropartijiet finanzjarji, il-maturità residwa minima li ssir referenza għaliha fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fid-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar għandha tkun ta' ħames (5) snin u tliet (3) xhur.”.

    Artikolu 3

    Emenda għar-Regolament Delegat (UE) 2016/1178

    Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1178 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 3, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 u 2, għar-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness, l-obbligu tal-ikklerjar għandu jidħol fis-seħħ 12-il xahar mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    l-obbligu tal-ikklerjar ma jkunx ġie skattat minn sal-14 ta' Marzu 2019;

    (b)

    il-kuntratti jiġu nnovati għall-iskop uniku li tiġi sostitwita l-kontroparti stabbilita fir-Renju Unit ma' kontroparti stabbilita f'xi Stat Membru.”;

    (2)

    fl-Artikolu 4, il-paragrafu 3 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   Fil-każ ta' kontropartijiet finanzjarji fil-Kategorija 3, u ta' tranżazzjonijiet li ssir referenza għalihom fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, konklużi bejn kontropartijiet finanzjarji, il-maturità residwa minima li ssir referenza għaliha fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fid-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar għandha tkun:

    (a)

    15-il sena fil-każ ta' kuntratti li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 stabbilita fl-Anness I;

    (b)

    tliet (3) snin fil-każ ta' kuntratti li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 2 stabbilita fl-Anness I.”.

    Artikolu 4

    Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu japplika mid-data ta' wara dik li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, u fir-Renju Unit, skont l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    Madankollu, dan ir-Regolament ma għandux japplika f'xi waħda minn dawn l-eventwalitajiet:

    (a)

    ikun daħal fis-seħħ sa dik id-data xi ftehim ta' ħruġ konkluż mar-Renju Unit f'konformità mal-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

    (b)

    tkun ittieħdet deċiżjoni li l-perijodu ta' sentejn imsemmi fl-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiġi estiż.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 314, 1.12.2015, p. 13).

    (3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/592 tal-1 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 103, 19.4.2016, p. 5).

    (4)  Ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1178 tal-10 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 195, 20.7.2016, p. 3).

    (5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


    Top