Escolha as funcionalidades experimentais que pretende experimentar

Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex

Documento 32016D1811

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1811 tal-11 ta' Ottubru 2016 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tar-rikonoxximent tal-Provinċja ta' Brindisi fir-Reġjun tal-Pulja fl-Italja bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) (notifikata bid-dokument C(2016) 6290) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2016/6290

    ĠU L 276, 13.10.2016, p. 11—13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Estatuto jurídico do documento Já não está em vigor, Data do termo de validade: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/1811/oj

    13.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 276/11


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1811

    tal-11 ta' Ottubru 2016

    li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tar-rikonoxximent tal-Provinċja ta' Brindisi fir-Reġjun tal-Pulja fl-Italja bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis)

    (notifikata bid-dokument C(2016) 6290)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (1), u b'mod partikolari t-Taqsima II tal-Kapitolu 1 tal-Anness A tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 91/68/KEE tiddefinixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ tal-annimali ovini u kaprini fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom jistgħu jitqiesu bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi.

    (2)

    L-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE (2) telenka r-reġjuni tal-Istati Membri li huma meqjusa bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) skont id-Direttiva 91/68/KEE. Il-punt 14 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 91/68/KEE jiddefinixxi t-terminu “reġjun” għall-Italja bħala parti minn dak l-Istat Membru li, inter alia, tinkludi minn tal-inqas provinċja waħda.

    (3)

    L-Italja ressqet quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 91/68/KEE, biex il-Provinċja ta' Brindisi fir-Reġjun tal-Pulja tiġi rikonoxxuta bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis). Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa mill-Italja, il-Provinċja ta' Brindisi fir-Reġjun tal-Pulja għandha tiġi rikonoxxuta bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis).

    (4)

    Għalhekk, l-annotazzjoni tal-Italja fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE għandha tiġi emendata skont dan.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ottubru 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE tal-21 ta' Diċembru 1992 li tieħu nota tal-konformità ta' ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-bruċellożi (B. melitensis) u li tagħtihom l-istatus ta' Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda (ĠU L 13, 21.1.1993, p. 14).


    ANNESS

    Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE, l-annotazzjoni tal-Italja tinbidel b'dan li ġej:

    “Fl-Italja:

    Ir-Reġjun tal-Abruzzo: Il-Provinċja ta' Pescara,

    Il-Provinċja ta' Bolzano,

    Ir-Reġjun tal-Emilja-Romanja,

    Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia,

    Ir-Reġjun tal-Lazjo,

    Ir-Reġjun tal-Liguria,

    Ir-Reġjun tal-Lombardija,

    Ir-Reġjun tal-Marche,

    Ir-Reġjun tal-Moliże,

    Ir-Reġjun tal-Pjemonte,

    Ir-Regjun tal-Pulja: Il-Provinċja ta' Brindisi,

    Ir-Reġjun ta' Sardenja,

    Ir-Reġjun tat-Toskana,

    Il-Provinċja ta' Trento,

    Ir-Reġjun tal-Umbrija,

    Ir-Reġjun tal-Valle d'Aosta,

    Ir-Reġjun tal-Veneto.”


    Início